Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-gvern tal-Kanada li jistabbilixxi qafas għall-kooperazzjoni fil-qasam ta’ l-edukazzjoni ogħla, it-taħriġ u ż-żgħażagħ /* KUMM/2006/0274 finali - CNS 2006/0096 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 7.6.2006 KUMM(2006) 274 finali 2006/0096 (CNS) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada li jistabbilixxi qafas għall-kooperazzjoni fil-qasam ta’ l-edukazzjoni ogħla, it-taħriġ u ż-żgħażagħ Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-gvern tal-Kanada li jistabbilixxi qafas għall-kooperazzjoni fil-qasam ta’ l-edukazzjoni ogħla, it-taħriġ u ż-żgħażagħ (preżentati mill-Kummissjoni) 1. MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA Il-proposta attwali qiegħda fl-isfond doppju ta’ l-aġenda ta’ l-edukazzjoni ogħla ta’ l-Unjoni Ewropea u r-relazzjonijet UE/Kanada li jsejħu, rispettivament, biex l-edukazzjoni ogħla ssir punt ta’ referenza dinjija għar-rilevanza u l-eċċellenza u għal kooperazzjoni edukattiva aktar wiesgħa. L-edukazzjoni saret parti essenzjali mill-Istrateġija ta’ Liżbona li ssejjaħ għall-edukazzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea biex issir referenza dinjija sa l-2010. Dan l-għan jista’ jinkiseb biss billi l-edukazzjoni Ewropea tibqa’ sintonizzata fuq l-iżviluppi fid-dinja u b’mod partikulari billi tikkollabora u tittestja strateġiji u standards bi tqabbil mal-pajjiżi l-aktar żviluppati fid-dinja bħall-Kanada. Ir-relazzjonijiet mal-Kanada huma kkaratterizzati minn espansjoni gradwali li l-espressjoni l-aktar reċenti tagħha hija l-adozzjoni ta’ “Aġenda ta’ Sħubija” fl-2004 li ssemmi t-tisħiħ tal-Ftehim eżistenti bit-titjib ta’ l-aċċess għall-istituzzjonijiet kollha ta’ l-edukazzjoni ogħla u tat-taħriġ, u biż-żieda fin-numru u fl-ambitu ta’ l-iskambji. Hemm referenza speċifika għall-inklużjoni fil-qasam taż-żgħażagħ ta’ attivitajiet li mhumiex marbuta ma’ l-istrutturi ta’ l-edukazzjoni formali. Il-ftehim attwali ġie ffinalizzat fis-sena 2000 u ġedded il-programm KE/Kanada għal ħames snin oħra li jiskadu fl-2005. Saret evalwazzjoni esterna minn Ottubru 2004 sa Marzu 2005. L-evalwazzjoni indipendenti kkonkludiet li l-programm huwa għodda b’saħħitha biex jiġu stabbiliti assoċjazzjonijiet u sinerġiji fl-edukazzjoni ogħla u t-taħriġ vokazzjonali minn naħa għall-oħra ta’ l-Atlantiku u li dan kien ta’ kontribut biex jitjieb il-ftehim reċiproku u l-kwalità ta’ l-iżvilupp tar-riżorsi umani. Fis-27 ta’ Ġunju 2005 il-Kummissjoni adottat komunikazzjoni dwar ir-riżultati ta’ din l-evalwazzjoni. B’konformità mad-direttivi ta’ negozjar fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Ottubru 2005 li jawtorizzaw lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati għal ftehim ġdid mal-Kanada, il-Kummissjoni nnegozjat ftehim ġdid mal-Kanada. Il-proposta attwali tikkonċerna l-iffirmar u l-konklużjoni tal-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada li jistabbilixxi qafas għall-kooperazzjoni fl-oqsma ta’ l-edukazzjoni ogħla, it-taħriġ u ż-żgħażagħ (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ ‘il-ftehim’) għall-perjodu 2006-2013 2. L-OBJETTIVI TAL-PROPOSTA Objettivi 1. L-objettivi ġenerali ta’ dan il-Ftehim għandhom ikunu li: a) Il-promozzjoni ta’ ftehim reċiproku bejn il-popli ta’ l-Unjoni Ewropea u l-Kanada inklużi għarfien aktar wiesa’ tal-lingwi, il-kulturi u l-istituzzjonijiet tagħhom; kif ukoll; b) It-titjib fil-kwalità tar-riżorsi umani kemm fil-Komunità Ewropea kif ukoll fil-Kanada, biex ikun iffaċilitat l-akkwist ta’ abbiltajiet meħtieġa biex tkun iffaċċjata l-isfida ta’ l-ekonomija bbażata fuq it-tagħrif. 2. L-objettivi speċifiċi tal-Ftehim għandhom ikunu: a) It-tisħiħ ta’ dimensjoni b’valur miżjud bejn il-Komunità Ewropea u l-Kanada għal kooperazzjoni transatlantika fl-edukazzjoni ogħla, it-taħriġ u ż-żgħażagħ; b) Il-kontribuzzjoni għal skambji transatlantiċi bejn ċittadini ta’ l-Unjoni Ewropea u tal-Kanada; c) Il-kontribuzzjoni għall-iżvilupp ta’ l-istituzzjonijiet ta’ l-edukazzjoni ogħla u tat-taħriġ, kif ukoll ta’ strutturi u organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ; d) Il-promozzjoni u/jew it-tisħiħ ta’ sħubiji bejn partijiet interessati attivi fl-oqsma ta’ l-edukazzjoni ogħla, it-taħriġ u ż-żgħażagħ fil-Komunità Ewropea u l-Kanada; e) Il-kontribuzzjoni għall-iżvilupp professjonali ta’ l-individwi filwaqt li jintlaħqu l-objettivi ġenerali tal-Ftehim; f) L-iżvilupp ta’ opportunitajiet għad-djalogu u għal skambji fil-politika taż-żgħażagħ u x-xogħol taż-żgħażagħ. 3. L-objettivi operattivi tal-Ftehim għandhom ikunu: a) L-appoġġ għall-kollaborazzjoni bejn edukazzjoni ogħla u istituzzjonijiet ta’ taħriġ bil-ħsieb li jmexxu ’l quddiem u jiżviluppaw programmi konġunti ta’ studju u/jew taħriġ u l-mobbiltà ta’ l-istudenti; b) It-titjib fil-kwalità tal-mobbiltà transatlantika ta’ l-istudenti billi jkunu promossi t-trasparenza, l-għarfien reċiproku tal-kwalifiki u l-perjodi ta’ studju u taħriġ u, fejn xieraq, it-trasferiment tal-krediti; c) L-appoġġ għall-kollaborazzjoni bejn organizzazzjonijiet pubbliċi u privati attivi fil-qasam ta’ l-edukazzjoni ogħla, tat-taħriġ u taż-żgħażagħ bil-ħsieb li jiġu mħeġġa diskussjonijiet u skambju ta’ esperjenza fuq kwistjonijiet politiċi; d) L-appoġġ għall-mobbiltà transatlantika tal-professjonisti (inkluż it-taħriġ intern tal-professjonisti) bil-ħsieb li jittejjeb il-ftehim reċiproku, u l-għarfien, ta’ kwistjonijiet rilevanti għar-relazzjonijiet Unjoni Ewropea/Kanada; e) L-appoġġ għall-kollaborazzjoni fost l-istrutturi u l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ kif ukoll fost dawk li jaħdmu maż-żgħażagħ, mexxejja żgħar u żgħażagħ oħra bil-ħsieb li jiġu mħeġġa skambji ta’ prattiki tajbin u jiġu żviluppati networks ġodda. 3. KONSISTENZA MA’ POLITIKI OħRA Il-ftehim UE/Kanada fl-edukazzjoni ogħla, it-taħriġ u ż-żgħażagħ jista’ jkun totalment konsistenti, u komplementari ma’ strumenti oħra ta’ l-UE f’dawn l-oqsma, u b’hekk jipprovdi l-possibbiltà li jintlaħqu l-objettivi ta’ edukazzjoni ta’ kwalità permezz ta’ kollaborazzjoni bejn l-UE u l-Kanada u fl-istess ħin idaħħal kooperazzjoni transatlantika bejn il-popli. Il-ftehim ikun jista’ jikkomplementa wkoll l-attivitajiet tan-netwerk taċ-Ċentri ta’ Eċċellenza ta’ l-UE fl-universitajiet tal-Kanada billi joffri possibbiltajiet addizzjonali għall-iskambji u jħeġġeġ il-kooperazzjoni strutturali bejn l-istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet fuq iż-żewġ naħat ta’ l-Atlantiku 4. KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI - Studju ta’ l-2001 dwar il-modalitajiet għall-kooperazzjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali L-istudju mqabbad mill-Kummissjoni kkonferma l-valur tal-kooperazzjoni KE/Kanada fit-taħriġ vokazzjonali. L-istituzzjonijiet tat-taħriġ vokazzjonali mhumiex neċessarjament ippreparati biżżejjed għal kooperazzjoni transatlantika, iżda madankollu hemm potenzjal kbir għal arrikkiment komuni permezz ta’ din it-tip ta’ kollaborazzjoni li toffri opportunitajiet ġodda għal mobbiltà transatlantika lill-istudenti, l-imħarrġa u l-istaff li ma jkollhomx aċċess għalihom mod ieħor. L-istudju nnota li biex din il-fergħa ta’ taħriġ vokazzjonali tkun tista’ teżisti flimkien ma’ edukazzjoni ogħla tkun meħtieġa żieda sinifikanti fil-baġit. - Evalwazzjoni esterna temporanja Evalwazzjoni esterna ġiet iffinalizzata fil-bidu ta’ l-2005. L-evalwazzjoni kkonfermat l-effettività u r-rilevanza tal-programm u li l-programm huwa ta’ benefiċċju għall-istituzzjonijiet, il-fakultajiet u l-istudenti involuti. Il-programm, madankollu, huwa kkunsidrat limitat wisq biex ikollu impatt fuq il-ftehim reċiproku bejn il-popli ta’ l-Unjoni Ewropea u l-Kanada. L-evalwaturi jissuġġerixxu b’mod partikulari l-introduzzjoni ta’ sistema ta’ għotjiet għal mobbiltà addizzjonali għall-proġetti li jirnexxu. Fis-27 ta’ Ġunju 2005 il-Kummissjoni adottat komunikazzjoni fuq ir-riżultati ta’ din l-evalwazzjoni.[1] - Is-Seminar taż-Żgħażagħ bejn il-Kanada u l-UE F’Novembru 2004 sar seminar pilota għall-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u għal dawk li jaħdmu maż-żgħażagħ fl-Unjoni Ewropea u fil-Kanada. Is-seminar ikkonferma l-interess u d-domanda miż-żewġ naħat għall-qsim ta’ l-esperjenzi fl-oqsma li jikkonċernaw liż-żgħażagħ, bħalma huma ċ-ċittadinanza u d-diversità kulturali, il-volontarjat, kif ukoll l-għarfien u l-promozzjoni tat-tagħlim mhux-formali. Ir-rakkomandazzjonijiet ewlenin tas-seminar huma li jitkompla d-djalogu bejn min ifassal il-politika u li l-iskambju u t-tixrid ta’ l-aħjar prattiki u tar-riżorsi jkun iffaċilitat fost min jaħdem maż-żgħażagħ. 5. POSSIBILTAJIET EżAMINATI 5.1. Avviċinamenti u strumenti: Djalogu dwar politika u l-koordinazzjoni Djalogu dwar politika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kanada jista’ ċertament ikun ta’ kontribut għal ftehim aħjar ta’ l-istrateġiji ta’ l-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ, joħloq skambju ta’ l-aħjar prattiki u finalment iwassal għal miżuri li jkollhom impatt dirett fuq iċ-ċittadini. Madankollu, id-djalogu dwar politika waħdu jista’ ma jwassalx għal kollaborazzjoni innovattiva li titlaq mill-għeruq ’il fuq u li timxi minn poplu għal poplu, jew għal tisħiħ ta’ mobbiltà ta’ kwalità ogħla ta’ żgħażagħ u aċċess aħjar għaż-żgħażagħ u organizzazzjonijiet li jesperjenzaw skambju transatlantiku. Biex tkun inkoraġġita u appoġġjata attività bħal din jeħtieġ li jkun hemm azzjonijiet speċifiċi. 5.2. Pjanijiet alternattivi possibbli għal programm ta’ infiq 5.2.1. Integrazzjoni f’oqsma eżistenti jew proposti Il-programmi ta’ edukazzjoni u taħriġ eżistenti bħal “ Socrates ” u “ Leonardo da Vinci ” huma ppjanati u mmirati esklussivament għall-pubbliku ta’ l-Istati Membri. Il-proċess tat-teħid tad-deċiżjoni, it-tipoloġija ta’ l-azzjonijiet u l-mekkaniżmi ta’ implimentazzjoni mhumiex adatti biżżejjed għal kooperazzjoni bilaterali bejn l-UE u l-Kanada fl-oqsma ta’ l-edukazzjoni ogħla u t-taħriġ. L-istess japplika għall-programm futur ta’ tagħlim li jissokta matul il-ħajja. “ Erasmus Mundus ” ifittex li jsaħħaħ il-kwalità ta’ l-edukazzjoni ogħla fl-Unjoni Ewropea u jmexxiha ’l quddiem fid-dinja permezz ta’ skema ta’ boroż ta’ studju għal studenti u studjużi minn pajjiżi terzi. Erasmus Mundus ma ġiex ippjanat għal skambji bilaterali, żvilupp kurrikulari internazzjonali u kooperazzjoni istituzzjonali. Ma jikkonċernax it-taħriġ vokazzjonali jew iż-żgħażagħ u jiffoka fuq il-livell tal-gradwati filwaqt li l-qafas ta’ kooperazzjoni propost mal-Kanada jiffoka primarjament fuq l-attivitajiet fil-livell ta’ studji fl-ewwel grad. Programmi esterni oħra wkoll mhux adattati biex jintlaħqu l-objettivi tal-kooperazzjoni bilaterali bejn l-UE u l-Kanada li hija proposta hawnhekk. Għalkemm il-programm attwali taż-Żgħażagħ (u, jekk ikun adottat, il-programm ġejjieni Żgħażagħ fl-Azzjoni), ma jippermettix, bħala prinċipju, il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi; din il-kooperazzjoni hija limitata fl-ambitu tagħha u tiffoka prinċipalment fuq il-pajjiżi ġirien. Il-ftehim bilaterali propost bejn l-UE u l-Kanada għalhekk ikun jikkomplementa dan il-programm. 5.2.2. Ir-reviżjoni tal-Ftehim u l-estensjoni ta’ l-ambitu tal-programm attwali Il-ftehim propost u l-qafas ta’ kooperazzjoni li jiġi stabbilit minnu ma jirrapreżentax bidla radikali mill-kooperazzjoni attwali. Madankollu dan ikun jista’ jissodisfa l-objettivi ta’ l-Aġenda ta’ Sħubija bejn l-UE u l-Kanada billi jissaħħu l-possibiltajiet għall-iskambju, jingħata iktar aċċess għall-benefiċjarji kollha potenzjali u jkun provdut qafas ġdid għall-kooperazzjoni fil-qasam taż-żgħażagħ. L-azzjonijiet fil-ftehim se jikkunsidraw it-tagħlimiet meħuda mill-esperjenza ta’ l-imgħoddi billi jagħmlu distinzjoni bejn edukazzjoni ogħla u taħriġ vokazzjonali, jibnu fuq l-eċċellenza u jsaħħu l-iskambji ta’ l-istudenti u ż-żgħażagħ. L-evalwazzjoni sabet li l-baġit limitat ta’ dan il-programm illimita l-potenzjal ta’ l-impatt tal-programm fuq l-edukazzjoni ogħla u xekkel l-iżvilupp ta’ kooperazzjoni sinifikanti fil-qasam tat-taħriġ vokazzjonali. Il-qafas għall-kooperazzjoni li għandu jinħoloq mill-ftehim propost jinkludi żieda fil-baġit minn 0,8M€ għal medja ta’ 2 M€ fis-sena. 5.3. Analiżi ta’ impatti pożittivi u negattivi ta’ l-għażliet ikkunsidrati Bil-kisba ta’ l-objettivi tagħhom, l-azzjonijiet previsti fil-ftehim iħallu impatt pożittiv fuq iż-żgħażagħ fuq medda qasira u twila taż-żmien, kif ukoll fuq istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet li jitrattaw il-kwistjonijiet ta’ l-edukazzjoni ogħla, it-taħriġ u ż-żgħażagħ. Il-mobbiltà transatlantika tagħti lill-parteċipanti esperjenza prezzjuża li tgħinhom jintegraw aħjar fis-soċjetà tal-lum u fl-ekonomija ta’ tagħrif. Kollaborazzjoni bejn l-istituzzjonijiet tgħinhom itejbu il-kurrikuli u l-metodi tagħhom ta’ tagħlim billi jitgħallmu minn xuxlin l-aħjar prattiki u billi jiżviluppaw flimkien avviċinamenti ġodda. Fuq medda taż-żmien twila, il-kollaborazzjoni tgħin iżżomm il-livell tajjeb ta’ komprensjoni bejn il-popli li jeżisti bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kanada. Ma hemmx konflitti bejn l-impatti fuq livelli soċjali, ekonomiċi, u ambjentali. 5.4. Raġunijiet għall-għażla attwali Hemm kunsens wiesa’ li edukazzjoni ogħla għandha tibqa’ komponent ċentrali tal-ftehim. Fl-istess waqt, l-azzjonijiet previsti fil-ftehim jagħtu aċċess ukoll għal kooperazzjoni transatlantika għal edukazzjoni vokazzjonali u organizzazzjonijiet ta’ taħriġ li altrimenti dawn ma kinux se jimpenjaw ruħhom f’kooperazzjoni ta’ din ix-xorta. Il-ftehim jista’ jkun estiż ukoll fl-ambitu tiegħu sabiex ikopri azzjonijiet taż-żgħażagħ, li jfittxu li jiżviluppaw kooperazzjoni ġdida bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kanada fil-qasam ta’ l-edukazzjoni mhux-formali għaż-żgħażagħ. Fil-qafas ta’ taħriġ li jissokta matul il-ħajja, u biex tissaħħaħ id-dimensjoni bejn il-popli tar-relazzjonijiet ta’ l-UE/Kanada, l-azzjonijiet ta’ kooperazzjoni għandhom ikunu miftuħa ukoll għal żgħażagħ professjonali, prinċipalment barra l-akkademja u d-dinja ta’ l-amministrazzjoni pubblika, li jridu jkomplu jistudjaw, jew jagħmlu aktar taħriġ, f’oqsma ta’ rilevanza speċifika għar-relazzjoni ta’ l-UE/Kanada, li se jkunu identifikati b’konsultazzjoni ma’ l-awtorijtajiet Kanadiżi. L-impatt tal-ftehim għandu jissaħħaħ bl-introduzzjoni ta’ proġetti orjentati fuq il-politiki b’impatt sistematiku u b’azzjonijiet taż-żgħażagħ. Dawn il-proġetti se jkunu mmirati biex jiżdied it-tagħrif dwar, u l-iskambju ta’, l-aħjar prattiki fir-rigward ta’ tagħlim li jissokta matul il-ħajja u li huma ta’ interess komuni għall-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi imsieħba u li jista’ jkollhom impatt li jmur lilhinn minn dawk involuti direttament fl-implimentazzjoni tagħhom. 6. ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA 6.1. Bażi legali Il-proposta hija bbażata fuq l-Artikoli 149, 150 u 300 tat-Trattat. 6.2. Is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità Il-ftehim ikun jikkomplementa l-iskemi ta’ kooperazzjoni bilaterali bejn l-Istati Membri u l-Kanada billi jipproponi qafas multilaterali għall-kooperazzjoni. Jirrispetta bi sħiħ il-kompetenza ta’ l-Istati Membri billi jħalli l-inizjattiva f’idejn l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet partikulari. Il-ftehim propost ma jikkontempla l-ebda avviċinament regolatorju li jkun konfliġġenti mal-kompetenza esklussiva ta’ l-Istati Membri f’dan il-qasam. Il-kooperazzjoni prevista se tkun operazzjoni bi prezz baxx u b’impatti potenzjalment sinifikanti. Il-proporzjonalità hija assigurata. 7. DESKRIZZJONI TA’ L-INTERVENT Il-ftehim se jsegwi l-objettivi tiegħu permezz ta’ dawn l-azzjonijiet li ġejjin: 7.1. Azzjonijiet għall-edukazzjoni ogħla u t-taħriġ Il-pubbliku mmirat għal din l-azzjoni ser ikun l-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet ta’ l-edukazzjoni ogħla u tat-taħriġ vokazzjonali, l-istaff, l-istudenti u l-imħarrġa tagħhom. L-azzjoni għandha twieġeb għal żewġ objettivi speċifiċi, jiġifieri li tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ l-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet ta’ l-edukazzjoni ogħla u tat-taħriġ vokazzjonali kif ukoll li żżid il-mobbiltà ta’ l-istaff, l-istudenti u l-imħarrġa. Dan it-tip ta’ proġetti għandhom fil-biċċa l-kbira jikkonsistu minn kontinwazzjoni tat-tip ta’ proġetti konġunti attwalment iffinanzjati. Il-proġetti konġunti għandhom jiffukaw fuq oqsma ta’ prijorità li huma ewlenin fil-kooperazzjoni UE/Kanada, u li għandhom ikunu identifikati f’konsultazzjoni ma’ l-awtoritajiet Kanadiżi. Taħt din l-azzjoni wkoll il-proġetti li juru li huma ta’ kwalità tajba ħafna jistgħu jirċievu appoġġ finanzjarju ulterjuri fl-aħħar tal-perjodu inizjali ta’ 3 jew 4 snin, li jkun mogħti esklussivament biex jiffinanzja l-opportunitajiet addizzjonali għall-mobbiltà ta’ l-istudenti. Din il-miżura għandha tgħolli l-profil ta’ din l-azzjoni, u titfa’ l-enfasi fuq l-eċċellenza. Din għandha żżid il-motivazzjoni tal-proġetti ffinanzjati biex iwasslu u jikkontribwixxu għas-sostenibilità tal-proġetti ta’ mobbiltà ta’ kwalità tajba. 7.2. L-azzjoni taż-żgħażagħ Il-pubbliku mmirat għal din l-miżura se jkun l-istrutturi u l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u l-ħaddiema li jaħdmu maż-żgħażagħ, b’attenzjoni speċjali fuq attivitajiet li għandhom l-għan li: a) jiffaċilitaw id-djalogu u l-iskambju ta’ l-aħjar prattiki kif ukoll it-tixrid ta’ l-għodod dwar il-metodoloġija tal-ħidma maż-żgħażagħ fost min ifassal il-politika, min jaħdem maż-żgħażagħ, l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u strutturi oħra responsabbli minn kwistjonijiet marbuta maż-żgħażagħ inkluż il-mobbiltà taż-żgħażagħ. Dawn l-attivitajiet ikunu jinkludu seminars, korsijiet ta’ taħriġ, verifikazzjoni tax-xogħol u żjajjar ta’ studju dwar suġġetti mmirati, eż. id-diversità kulturali, il-volontarjat u r-rikonoxximent tat-tagħlim mhux-formali. b) joħolqu sħubiji u netwerks multilaterali ġodda li jkunu sostenibbli bil-għan li tikber il-kooperazzjoni u l-mobbiltà taż-żgħażagħ fost l-organizzazzjonijiet parteċipanti, permezz ta’ laqgħat, pjattaformi fuq l-internet, qsim ta’ l-informazzjoni, eċċ. 7.3. Azzjoni komplementari Taħt din l-azzjoni jista’ jingħata appoġġ għal miżuri orjentati fuq il-politika. Il-pubbliku mmirat ta’ dawn il-miżuri orjentati fuq il-politika se jkunu l-organizzjonijiet li jittrattaw l-edukazzjoni ogħla u t-taħriġ vokazzjonali. Dawn il-miżuri se jsegwu l-objettivi speċifiċi li jsaħħu l-kollaborazzjoni bejn l-UE u l-Kanada fir-rigward ta’ l-iżvilupp ta’ l-edukazzjoni ogħla u t-taħriġ vokazzjonali, b’attenzjoni partikolari fuq suġġetti ta’ prijorità. Fuq perjodu itwal ta’ żmien, dawn il-miżuri se jkollhom impatt fuq l-iżvilupp tal-politika u tas-sistema. L-attivitajiet li jidħlu taħt din il-kategorija jistgħu jinkludu l-istudji, il-konferenzi, is-seminars, il-gruppi ta’ ħidma, u l-eżerċizzji ta’ tqabbil. Taħt din l-azzjoni jista’ jkun provdut appoġġ għall-mobbiltà tal-professjonisti, prinċipalment minn barra d-dinja akkademika u l-amministrazzjoni pubblika (dawk li jiddeċiedu, rappreżentanti ta’ l-imsieħba soċjali, ġurnalisti, eċċ.) li jixtiequ jistudjaw jew jitħarrġu, f’oqsma ta’ rilevanza speċifika għar-relazzjonijiet ta’ l-UE/Kanada, li għandhom ikunu identifikati b’konsultazzjoni ma’ l-awtoritajiet Kanadiżi. Appoġġ finanzjarju jista’ jkun provdut ukoll lil xi Assoċjazzjoni ta’ ex-studenti universitarji li tinvolvi studenti li jkunu ħadu sehem fi skambji implimentati mill-konsorzju KE/Kanada fl-edukazzjoni ogħla u fit-taħriġ vokazzjonali. 8. IMPLIKAZZJONI BAġITARJA L-azzjonijiet proposti għandhom jiswew massimu ta’ 17.4 M€ (li minnhom 1m€ ikun għall-azzjonijiet taż-żgħażagħ) mifruxa fuq perjodu ta’ tmien snin (2006-2013), bil-kundizzjoni li fondi ekwivalenti jkunu disponibbli mill-Kanada. Il-ftehim jinkludi klawżola li tippermetti rijorjentament ta’ l-attivitajiet u, għalhekk, l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-baġit allokat għall-ftehim fi ħdan il-limiti tal-perspettiva finanzjarja. 8.1. Prinċipji ġustifikattivi għal żieda fil-baġit Kif indikat taħt 5.2, il-baġit limitat tal-programm attwali llimita l-impatt potenzjali tiegħu fuq l-edukazzjoni ogħla u impedixxa l-iżvilupp ta’ kooperazzjoni sinifikanti fil-qasam tat-taħriġ vokazzjonali. 8.2. Ammonti ta’ Kostjar - Referenzi għall-għanijiet ikkalkulati Din it-taqsima hija bbażata fuq l-ipotesi attwali li tikkonċerna t-tħaddim tad-diversi azzjonijiet previsti fil-ftehim. Madankollu, l-ispiża definittiva se tiddependi fuq il-fondi annwali li jkunu effettivament disponibbli u fuq il-modalitajiet preċiżi ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-azzjonijiet, li għad iridu jiġu definiti fid-dettall mill-Partijiet. 8.2.1. L-azzjonijiet ta’ l-edukazzjoni ogħla u t-taħriġ Konsorzju: 138.000 € li jirriżultaw minn 120.000 € għal għotjiet għall-mobbiltà (1000 € fix-xahar + 1000 € għall-ivvjaġġar għal kull student għal perjodu medju ta’ studju ta’ 4 xhur għal total ta’ 24 student) u 18.000 € f’somma sħiħa għall-imsieħba tal-konsorzji. Fejn il-proġetti ma jinvolvux il-mobbiltà, l-għotja medja tkun ta’ 100.000 €. Eċċellenza: 100.000 € għal opportunitajiet addizzjonali ta’ mobbiltà (1000 € kull xahar + 1000 € għall-ivvjaġġar għal kull student għal perjodu medju ta’ studju ta’ 4 xhur għal total ta’ 20 student). 8.2.2. Iż-żgħażagħ L-iskambju ta’ l-aħjar prattiki, sħubiji u networks multilaterali: il-kalkolu huwa bbażat fuq spiża medja ta’ 20.000 € għal kull proġett. Il-kontribuzzjoni ta’ l-UE se tkopri prinċipalment l-ispejjeż ta’ l-ivjaġġar kif ukoll l-ispejjeż relatati ma’ l-organizzazzjoni ta’ l-attività fl-UE (b’mod speċjali l-flus għall-akkomodazzjoni u għall-ħajja ta’ kuljum). 8.2.3. Azzjoni komplementari Miżuri Orjentati fuq il-Politika: 100.000 € Għotjiet individwali ta’ mobbiltà: 32.000 € (5.000 € kull xahar + 2.000 € għall-ivvjaġġar għal kull persuna li tingħata l-għotja, għal tul ta’ żmien medju ta’ 6 xhur) L-appoġġ lill-assoċjazzjoni ta’ l-ex-studenti universitarji jista’ jkun ikkalkulat għal 15,000 € fis-sena. 8.3. Kontribuzzjonijiet immirati L-azzjonijiet previsti se jappoġġaw madwar 210 proġetti mifruxa fuq perjodu ta’ tmien snin (ara d-dettalji taħt il-punt 8 tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja). 4,430 persuna mill-UE u mill-Kanada se jipparteċipaw f’attivitajiet ta’ mobbiltà mifruxa fuq it-tul ta’ żmien tal-ftehim. Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada li jistabbilixxi qafas għall-kooperazzjoni fil-qasam ta’ l-edukazzjoni ogħla, it-taħriġ u ż-żgħażagħ IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikularment l-Artikoli 149 u 150, flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300 (2) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[2], Billi: 1. Bid-deċiżjoni tiegħu ta’ l-24 ta’ Ottubru 2005 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja mal-gvern tal-Kanada ftehim li jġedded il-programm ta’ kooperazzjoni fl-oqsma ta’ l-edukazzjoni ogħla, it-taħriġ u ż-żgħażagħ. 2. F’isem il-Komunità, il-Kummissjoni nnegozjat ftehim mal-gvern tal-Kanada b’konformità mad-direttivi fl-Anness għad-deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni tinnegozja mal-gvern tal-Kanada ftehim li jġedded mill-ġdid il-programm ta’ kooperazzjoni fl-oqsma ta’ l-edukazzjoni ogħla, it-taħriġ u ż-żgħażagħ. 3. Il-Komunità u l-gvern tal-Kanada jippretendu li jiksbu benfiċċju reċiproku minn kooperazzjoni ta’ din ix-xorta, li għandha, min-naħa tal-Komunità, tikkomplementa l-programmi bilaterali bejn l-Istati Membri u l-gvern tal-Kanada u tipprovdi valur miżjud Ewropew; 4. Huwa meħtieġ li jkun iffirmat il-Ftehim negozjat mill-Kummissjoni minħabba konklużjoni possibbli tiegħu f’data aktar tard. IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu Uniku 1. Suġġett għal konklużjoni tiegħu f’data aktar tard, il-President tal-Kunsill qed ikun hawnhekk awtorizzat jinnomina l-persuna jew il-persuni bis-setgħa li t/jiffirma/w f’isem il-Komunità l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-gvern tal-Kanada li jistabbilixxi qafas għall-kooperazzjoni fl-oqsma ta’ l-edukazzjoni ogħla, it-taħriġ u ż-żgħażagħ. 2. It-test tal-Ftehim huwa anness ma’ din id-Deċiżjoni Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President 2006/0096 (CNS) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-gvern tal-Kanada li jistabbilixxi qafas għall-kooperazzjoni fil-qasam ta’ l-edukazzjoni ogħla, it-taħriġ u ż-żgħażagħ IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikoli 149 u 150 flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300 (2) u l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300 (3) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[3] Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew, Billi: 5. Bid-deċiżjoni tiegħu ta’ l-24 ta’ Ottubru 2005 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja mal-gvern tal-Kanada ftehim li jġedded il-programm ta’ kooperazzjoni fl-oqsma ta’ l-edukazzjoni ogħla, it-taħriġ u ż-żgħażagħ. 6. F’isem il-Komunità, il-Kummissjoni nnegozjat ftehim mal-gvern tal-Kanada b’konformità mad-direttivi fl-Anness għad-deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni tinnegozja mal-gvern tal-Kanada ftehim li jġedded mill-ġdid il-programm ta’ kooperazzjoni fl-oqsma ta’ l-edukazzjoni ogħla, it-taħriġ u ż-żgħażagħ. 7. Il-Komunità u l-gvern tal-Kanada jippretendu li jiksbu benefiċċju reċiproku minn kooperazzjoni ta’ din ix-xorta, li għandha, min-naħa tal-Komunità, tikkomplementa l-programmi bilaterali bejn l-Istati Membri u l-Kanada u tipprovdi valur miżjud Ewropew. 8. Il-Ftehim kien iffirmat f’isem il-Komunità fi ..........suġġett għal possibbiltà tal-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard, b’konformità mad-Deċiżjoni .../.../KE tal-Kunsill fi …….; 9. Il-Ftehim għandu jkun approvat, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 1. Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-gvern tal-Kanada li jistabbilixxi qafas ta’ kooperazzjoni fl-oqsma ta’ l-edukazzjoni ogħla, it-taħriġ u ż-żgħażagħ huwa hawnhekk approvat f’isem il-Komunità. 2. It-test tal-Ftehim huwa anness ma’ din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Id-delegazzjoni tal-Komunità Ewropea fil-Kumitat Konġunt indikata fl-Artikolu 6 tal-Ftehim għandha tikkonsisti f’rappreżentant mill-Kummissjoni assistit minn rappreżentant minn kull Stat Membru. Arti kolu 3 Il-President tal-Kunsill huwa hawnhekk awtorizzat li jinnomina l-persuna li għandha s-setgħa tagħmel in-notifika prevista fl-Artikolu 12(1) tal-Ftehim. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President ANNESS FTEHIM BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-GVERN TAL-KANADA LI JISTABBILIXXI QAFAS TA’ KOOPERAZZJONI FL-EDUKAZZJONI OGĦLA, IT-TAĦRIĠ U Ż-ŻGĦAŻAGĦ IL-KOMUNITÀ EWROPEA, minn naħa waħda, u IL-GVERN TAL-KANADA, min-naħa l-oħra, minn hawn ’il quddiem indikati kollettivament bħala “Il-Partijiet”, JINNOTAW li d-Dikjarazzjoni dwar ir-Relazzjonijiet bejn il-Komunità Ewropea u l-Kanada adottata mill-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha u l-Gvern tal-Kanada fit-22 ta’ Novembru 1990 tagħmel referenza speċifika biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni reċiproka f’oqsma diversi li direttament jaffettwaw il-benesseri preżenti u ġejjieni taċ-ċittadini tagħhom, bħalma huma skambji u proġetti konġunti fl-edukazzjoni u l-kultura, inklużi l-iskambji akkademiċi u taż-żgħażagħ; JINNOTAW li d-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tal-Kanada u l-UE u l-Pjan ta’ Azzjoni adottat fis-17 ta’ Diċembru 1996 jiddikjara li sabiex iġeddu r-rabtiet tagħhom ibbażati fuq l-iskambju ta’ kulturi u valuri, il-Partijiet se jinkoraġġixxu l-kuntatti bejn iċ-ċittadini tagħhom f’kull livell b’mod speċjali fost iż-żgħażagħ; u li l-Pjan ta’ Azzjoni Konġunt anness mad-Dikjarazzjoni jinkoraġġixxi lill-Partijiet biex isaħħu ulterjorment il-kooperazzjoni permezz tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada li Jistabbilixxi Programm ta’ Kooperazzjoni fl-Edukazzjoni Ogħla u t-Taħriġ li ġie ratifikat fl-1996; JINNOTAW li l-Aġenda ta’ Sħubija bejn l-UE u l-Kanada adottata fit-18 ta’ Marzu fis- Summit UE-Kanada tirreferi għall-ħtieġa li jkunu mfittxija mezzi ġodda biex jitrawmu rabtiet bejn il-popli rispettivi tagħna, b’mod speċjali billi jitwessa’ l-ambitu tal-programmi Kanadiżi u ta’ l-Unjoni Ewropea fir-rigward ta’ skambji għaż-żgħażagħ u billi jkunu esplorati rotot ġodda biex jissaħħaħ u jitwessa’ l-ambitu tal-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Kanada meta jiġġedded il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada li Jġedded il-Programm ta’ Kooperazzjoni fl-Edukazzjoni Ogħla u t-Taħriġ ratifikat f’Marzu 2001; JINNOTAW li d-Dikjarazzjoni Konġunta adottata fis- Summit UE-Kanada fid-19 ta’ Ġunju 2005 tirreferi wkoll għall-ħsieb tal-mexxejja ta’ l-UE u tal-Kanada li jġeddu, jsaħħu u jwessgħu l-ambitu tal-Ftehim li Jġedded il-Programm ta’ Kooperazzjoni fl-Edukazzjoni Ogħla u t-Taħriġ, ratifikat fl-2001, b’mod partikolari permezz taż-żieda fil-kooperazzjoni dwar iż-żgħażagħ, biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni akkademika kif ukoll l-iskambju transatlantiku bejn iċ-ċittadini tagħna; JIKKUNSIDRAW b’rispett sħiħ ir-responsabbiltajiet ta’ l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u s-setgħat leġislattivi tal-provinċji u t-territorji tal-Kanada fl-oqsma ta’ l-edukazzjoni u t-taħriġ, u l-awtonomija ta’ l-istituzzjonijiet ta’ l-edukazzjoni ogħla u tat-taħriġ; JIKKUNSIDRAW li l-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta’ l-1996 u l-2001 dwar l-Edukazzjoni Ogħla u t-Taħriġ jissodisfaw l-impenji tad-Dikjarazzjonijiet bejn l-UE u l-Kanada; u li l-kooperazzjoni kienet ferm pożittiva għaż-żewġ Partijiet; JIRRIKONOXXU l-kontribuzzjoni kruċjali ta’ l-edukazzjoni ogħla u t-taħriġ għall-iżvilupp tar-riżorsi umani li kapaċi jipparteċipaw fl-ekonomija dinjija bbażata fuq it-tagħrif; JIRRIKONOXXU li l-kooperazzjoni fl-edukazzjoni ogħla, fit-taħriġ u fil-qasam taż-żgħażagħ għandha tikkomplementa inizjattivi rilevanti ta’ kooperazzjoni oħra bejn il-Komunità Ewropea u l-Kanada; JIRRIKONOXXU l-importanza li tkun assigurata l-komplementarjetà ma’ inizjattivi rilevanti mwettqa fil-qasam ta’ l-edukazzjoni ogħla u t-taħriġ vokazzjonali minn organizzazzjonijiet interattivi attivi f’dawn l-oqsma bħalma huma l-OECD, l-UNESCO u l-Kunsill ta’ l-Ewropa; JIRRIKONOXXU li l-Partijiet għandhom interess komuni fil-kooperazzjoni fl-edukazzjoni ogħla, fit-taħriġ u fil-qasam taż-żgħażagħ bħala parti mill-kooperazzjoni aktar wiesgħa li teżisti bejn il-Komunità Ewropea u l-Kanada; JISTENNEW li jiksbu benefiċċju reċiproku mill-kooperazzjoni fl-edukazzjoni ogħla, fit-taħriġ u fil-qasam taż-żgħażagħ; JIRRIKONOXXU l-bżonn li jwessgħu l-aċċess għall-attivitajiet appoġġati permezz ta’ dan il-Ftehim, b’mod partikulari dawk l-attivitajiet fis-setturi tat-taħriġ u taż-żgħażagħ; JIXTIEQU li jġeddu l-bażi għal kooperazzjoni kontinwa fl-edukazzjoni ogħla u t-taħriġ; FTIEHMU KIF ĠEJ: ARTIKOLU 1 Għan Dan il-Ftehim jistabbilixxi qafas għall-kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Kanada fl-edukazzjoni ogħla, fit-taħriġ u fil-qasam taż-żgħażagħ. ARTIKOLU 2 Definizzjonijiet Għall-għan ta’ dan il-Ftehim: 1. “istituzzjoni ta’ edukazzjoni ogħla” tfisser kwalunkwe stabbiliment, skond il-liġijiet jew prattiki applikabbli ta’ kull Parti, li joffri kwalifiki jew diplomi fil-livell ta’ edukazzjoni ogħla, ikun xi jkun imsejjaħ l-istabbiliment ta’ din ix-xorta; 2. “istituzzjoni ta’ taħriġ” tfisser kull tip ta’ entità pubblika, semi-pubblika jew privata, li, irrispettivament mill-isem mogħti lilha, skond il-liġijiet u l-prattiki applikabbli ta’ kull Parti, tippjana u timplimenta edukazzjoni vokazzjonali jew taħriġ, aktar taħriġ vokazzjonali, taħriġ vokazzjonali ta’ aġġornament jew taħriġ mill-ġdid li jikkontribwixxi għal kwalifiki rikonoxxuti mill-awtoritajiet kompetenti; 3. “studenti” tfisser dawk il-persuni kollha li jipparteċipaw fit-tagħlim jew f’korsijiet ta’ taħriġ jew programmi li huma mmexxija minn istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla jew ta’ taħriġ kif definit f’dan l-Artikolu, u li huma rikonoxxuti jew appoġġati finanzjarjament mill-awtoritajiet kompetenti; 4. “żgħażagħ” tfisser oqsma ta’ attivitajiet marbuta mat-tagħlim mhux-formali u informali li jinvolvu organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u assoċjazzjonijiet oħra taż-żgħażagħ, mexxejja żgħar u persuni oħra li jaħdmu għal jew maż-żgħażagħ. ARTIKOLU 3 Objettivi 1. L-objettivi ġenerali ta’ dan il-Ftehim għandhom ikunu: a) Il-promozzjoni ta’ ftehim reċiproku bejn il-popli ta’ l-Unjoni Ewropea u l-Kanada inkluż għarfien aktar wiesa’ tal-lingwi, il-kulturi u l-istituzzjonijiet tagħhom; b) It-titjib fil-kwalità tar-riżorsi umani kemm fil-Komunità Ewropea kif ukoll fil-Kanada, billi jkun iffaċilitat l-akkwist ta’ abbiltajiet meħtieġa biex tkun iffaċċjata l-isfida ta’ l-ekonomija bbażata fuq it-tagħrif. 2. L-objettivi speċifiċi tal-Ftehim għandhom ikunu: a) It-tisħiħ ta’ dimensjoni ta’ valur miżjud bejn il-Komunità Ewropea u l-Kanada għal kooperazzjoni transatlantika fl-edukazzjoni ogħla, it-taħriġ u ż-żgħażagħ; b) Il-kontribuzzjoni għal skambji transatlantiċi bejn iċ-ċittadini ta’ l-Unjoni Ewropea u l-Kanada; c) Il-kontribuzzjoni għall-iżvilupp ta’ l-istituzzjonijiet ta’ l-edukazzjoni ogħla u tat-taħriġ, kif ukoll ta’ strutturi u organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ; d) Il-promozzjoni u/jew it-tisħiħ ta’ sħubiji fost partijiet interessati attivi fl-oqsma ta’ l-edukazzjoni ogħla, it-taħriġ u ż-żgħażagħ fl-Unjoni Ewropea u l-Kanada; e) Il-kontribuzzjoni għall-iżvilupp professjonali ta’ individwi filwaqt li jintlaħqu l-objettivi ġenerali tal-Ftehim; f) L-iżvilupp ta’ opportunitajiet għad-djalogu u għall-iskambji fir-rigward tal-politika taż-żgħażagħ u l-ħidma taż-żgħażagħ. 3. L-objettivi operattivi tal-Ftehim għandhom ikunu: a) L-appoġġ għall-kollaborazzjoni bejn edukazzjoni ogħla u istituzzjonijiet ta’ taħriġ bil-ħsieb li jmexxu ’l quddiem u jiżviluppaw programmi konġunti ta’ studju u/jew taħriġ u l-mobbiltà ta’ l-istudenti; b) It-titjib fil-kwalità tal-mobbiltà transatlantika ta’ l-istudenti billi jkunu promossi t-trasparenza, l-għarfien reċiproku tal-kwalifiki u l-perjodi ta’ studju u taħriġ u, fejn xieraq, it-trasferiment tal-krediti; c) L-appoġġ għall-kollaborazzjoni bejn organizzazzjonijiet pubbliċi u privati attivi fil-qasam ta’ l-edukazzjoni ogħla, tat-taħriġ u taż-żgħażagħ bil-ħsieb li jiġu mħeġġa diskussjonijiet u skambju ta’ esperjenza fuq kwistjonijiet politiċi; d) L-appoġġ għall-mobbiltà transatlantika tal-professjonisti (inkluż it-taħriġ intern tal-professjonisti) bil-ħsieb li jittejjeb il-ftehim reċiproku, u l-għarfien, ta’ kwistjonijiet rilevanti għar-relazzjonijiet Unjoni Ewropea/Kanada; e) L-appoġġ għall-kollaborazzjoni fost l-istrutturi u l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ kif ukoll fost dawk li jaħdmu maż-żgħażagħ, mexxejja żgħar u żgħażagħ oħra bil-ħsieb li jiġu mħeġġa skambji ta’ prattiki tajbin u jiġu żviluppati netwerks ġodda. ARTIKOLU 4 Il-Prinċipji Il-kooperazzjoni taħt dan il-Ftehim għandha tkun iggwidata bil-prinċipji li ġejjin: 10. Rispett sħiħ għar-responsabbiltajiet ta’ l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u għas-setgħat leġislattivi tal-Provinċji u t-Territorji tal-Kanada fl-oqsma ta’ l-edukazzjoni u t-taħriġ, u l-awtonomija ta’ l-istituzzjonijiet ta’ l-edukazzjoni ogħla u tat-taħriġ; 11. Bilanċ totali tal-benefiċċji minn attivitajiet implimentati permezz ta’ dan il-Ftehim; 12. Parteċipazzjoni wiesgħa bejn id-diversi Stati Membri tal-Komunità Ewropea u l-Provinċji u t-Territorji tal-Kanada; 13. Rikonoxximent tad-diversità kulturali, soċjali, u ekonomika sħiħa tal-Komunità Ewropea u l-Kanada; 14. Kollaborazzjoni msaħħa bejn il-Komunità Ewropea u l-Kanada u komplementarjetà mal-programmi bilaterali bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u l-Kanada, kif ukoll ma’ programmi u inizjattivi oħra tal-Komunità Ewropea u tal-Kanada fl-edukazzjoni ogħla, it-taħriġ u ż-żgħażagħ. ARTIKOLU 5 Kooperazzjoni Il-kooperazzjoni għandha titkompla permezz ta’ l-azzjonijiet deskritti fl-Anness, li hu parti integrali ta’ dan il-Ftehim. ARTIKOLU 6 Kumitat Konġunt 1. Kumitat Konġunt hu hawnhekk stabbilit. Dan għandu jinkludi numru ndaqs ta’ rappreżentanti minn kull waħda mill-Partijiet. 2. Il-funzjonijiet tal-Kumitat Konġunt għandhom ikunu: a) L-analiżi ta’ l-kooperazzjoni prevista taħt dan il-Ftehim; b) Ir-rapportar lill-Partijiet dwar il-livell, l-istat u l-effettività tal-kooperazzjoni skond l-objettivi u l-prinċipji ta’ dan il-Ftehim; c) Il-qsim ta’ l-informazzjoni dwar żviluppi u strateġiji politiċi reċenti, tendenzi ġodda jew prattiki innovattivi li għandhom x’jaqsmu ma’ l-edukazzjoni ogħla, it-taħriġ u ż-żgħażagħ. 3. Il-Kumitat Konġunt għandu jaħdem biex jiltaqa’ kull tieni sena, u l-laqgħat ta’ din ix-xorta għandhom jinżammu darba fil-Komunità Ewropea u darba fil-Kanada. Jistgħu jinżammu laqgħat oħra skond kif determinat b’mod reċiproku. 4. Id-Deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt għandhom jintleħqu b’kunsens. Il-minuti għandhom ikunu approvati minn dawk il-persuni magħżula minn kull naħa biex imexxu flimkien il-laqgħa, u għandhom, flimkien mar-rapport ta’ kull sentejn, ikunu disponibbli għall-Kumitat Konġunt ta’ Kooperazzjoni stabbilit taħt il-Ftehim Qafas ta’ l-1976 dwar il-Kooperazzjoni Kummerċjali u Ekonomika bejn il-Komunità Ewropea u l-Kanada kif ukoll għall-Ministri xierqa ta’ kull Parti. ARTIKOLU 7 Monitoraġġ u evalwazzjoni Il-kooperazzjoni għandha tkun immonitorjata u evalwata kif xieraq fuq bażi kooperattiva. Dan għandu jippermetti, kif meħtieġ, ir-riorjentazzjoni ta’ l-attivitajiet kooperattivi fid-dawl ta’ kwalunkwe ħtieġa jew opportunità li ssir evidenti matul il-kooperazzjoni ta’ l-implimentazzjoni tagħhom. ARTIKOLU 8 Iffinanzjar 1. Il-kooperazzjoni għandha tkun soġġetta għad-disponibilità ta’ fondi u għal-liġijiet u r-regolamenti applikabbli, l-istrateġiji politiċi u l-programmi tal-Komunità Ewropea u l-Kanada. L-iffinanzjar għandu jkun fuq il-bażi ta’ ekwivalenza ġenerali ta’ fondi bejn il-Partijiet. 2. Kull Parti għandha tipprovdi fondi għall-benefiċċju dirett ta’: - għall-Komunità Ewropea, iċ-ċittadini ta’ wieħed mill-Istati Membri tal-Komunità Ewropea jew il-persuni rikonoxxuti minn xi Stat Membru bħala li għandhom stat uffiċjali bħala residenti permanenti; - għall-Kanada, iċ-ċittadini u r-residenti permanenti tagħha kif definit mil-liġi Kanadiża. 3. L-ispejjeż li jsiru mill-Kumitat Konġunt jew f’ismu għandhom jitħallsu mill-Parti li għaliha l-membru li jkun nefaq il-flus ikun responsabbli. L-ispejjeż, minbarra dawk ta’ l-ivvjaġġar u s-sussistenza, li huma direttament assoċjati ma’ laqgħat tal-Kumitat Konġunt, għandhom jitħallsu mill-Parti ospitanti. ARTIKOLU 9 Dħul ta’ personell Kull Parti għandha tieħu l-passi kollha raġonevoli u twettaq l-aħjar sforzi tagħha biex tiffaċilita d-dħul u l-ħruġ fit-territorju tagħha ta’ personell, studenti, materjal u tagħmir tal-Parti l-oħra impenjati jew użati fil-kooperazzjoni taħt dan il-Ftehim skond il-liġijiet u r-regolamenti rispettivi tagħhom. ARTIKOLU 10 Ftehimiet oħra 1. Dan il-Ftehim huwa mingħajr preġudizzju għal kooperazzjoni li tista’ ssir skond ftehimiet oħra bejn il-Partijiet. 2. Dan il-Ftehim huwa mingħajr preġudizzju għal ftehimiet bilaterali eżistenti jew futuri bejn kull wieħed mill-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u l-Kanada fl-oqsma koperti hawnhekk. ARTIKOLU 11 Applikazzjoni territorjali ta’ dan il-Ftehim Dan il-Ftehim għandu japplika, min-naħa l-waħda, għat-territorji li għalihom japplika t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u bil-kundizzjonijiet preskritti f’dak it-Trattat u, min-naħa l-oħra, għat-territorju tal-Kanada. ARTIKOLU 12 Klawżoli finali 1. Kull Parti għandha tinnotifika bil-miktub lill-Parti l-oħra dwar il-kunsens tagħha li tintrabat b’dan il-Ftehim. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar ta’ wara d-data li fiha l-aħħar Parti tkun innotifikat lill-oħra. 2. Dan il-Ftehim għandu jibqa’ fis-seħħ għal perjodu ta’ tmien snin, li warajh ikun jista’ jiġi estiż permezz ta’ ftehim bil-miktub tal-Partijiet. 3. Dan il-Ftehim jista’ jiġi emendat permezz ta’ ftehim reċiproku bil-miktub min-naħa tal-Partijiet. 4. L-emendi jew l-estensjonijiet għandhom ikunu bil-miktub u għandhom jidħlu fis-seħħ f’data determinata mill-Partijiet. 5. Dan il-Ftehim jista’ jintemm fi kwalunkwe ħin minn kull waħda mill-Partijiet billi jkun ipprovdut avviż bil-miktub ta’ tnax-il xahar. L-għeluq taż-żmien jew it-tmiem ta’ dan il-Ftehim ma għandux jaffettwa l-validità jew it-tul ta’ żmien ta’ kwalunkwe arranġament previst fih jew l-obbligi stabbiliti skond l-Anness ta’ dan il-Ftehim. B’XHIEDA TA’ DAN, il-firmatarji iffirmaw dan il-Ftehim. Magħmul fi (lokalità) illum (XX) ta’ (xahar) 2006, b’żewġ testi oriġinali bl-Ingliż, il-Franċiż, iċ-Ċek, id-Daniż, l-Olandiż, l-Estonjan, il-Finlandiż, il-Ġermaniż, il-Grieg, l-Ungeriż, it-Taljan, il-Latvjan, il-Litwan, il-Malti, il-Pollakk, il-Portugiż, is-Slovakk, is-Sloven, l-Ispanjol u l-Iżvediż, bit-testijiet ikunu awtentiċi bl-istess mod. GĦALL-KOMUNITÀ EWROPEA GĦALL-GVERN TAL-KANADA ANNESS AZZJONIJIET 1. L-AZZJONI DWAR L-EDUKAZZJONI OGĦLA U T-TAĦRIĠ 1.1. Il-Partijiet għandhom jipprovdu appoġġ lill-istituzzjonijiet ta’ l-edukazzjoni ogħla u lill-istituzzjonijiet tat-taħriġ li jifformaw konsorzji konġunti KE/Kanada bl-għan li jkunu implimentati proġetti konġunti fil-qasam ta’ l-edukazzjoni ogħla u t-taħriġ. 1.2. Kull konsorzju konġunt għandu jkun ifformat minn sħubija multilaterali li tinkludi istituzzjonijiet minn mill-inqas żewġ Stati Membri tal-Komunità Ewropea u mill-inqas żewġ provinċji jew territorji tal-Kanada. 1.3. Attivitajiet b’konsorzji konġunti għandhom normalment jinvolvu mobbiltà transatlantika ta’ studenti fil-qafas ta’ programmi konġunti ta’ studju, rikonoxximent reċiproku tal-krediti, tħejjija lingwistika u kulturali, b’mira ugwali fil-flussi li jiġu miż-żewġ naħat. 1.4. Għandu jkun hemm ftehim reċiproku mill-awtoritajiet adegwati ta’ kull waħda mill-Partijiet dwar is-suġġetti prijoritarji u eleġibbli għall-konsorzji konġunti ta’ kooperazzjoni KE/Kanada. 1.5. Il-Partijiet jistgħu jipprovdu appoġġ finanzjarju għall-mobbiltà ta’ l-istudenti lejn konsorzji konġunti ta’ edukazzjoni ogħla u/jew istituzzjonijiet ta’ taħriġ vokazzjonali li għandhom rekord ipprovat ta’ eċċellenza fl-implimentazzjoni ta’ proġetti konġunti ffinanzjati mill-Partijiet. 2. AZZJONI DWAR IŻ-ŻGĦAŻAGĦ Il-Partijiet jistgħu jipprovdu appoġġ finanzjarju lil attivitajiet li jinvolvu strutturi u organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, lil min jaħdem maż-żgħażagħ, lil mexxejja żgħar u lil persuni li jaħdmu fil-qasam taż-żgħażagħ. Dawn l-attivitajiet jistgħu jinkludu seminars, korsijiet ta’ taħriġ, verifikazzjoni tax-xogħol u żjajjar ta’ studju dwar suġġetti mmirati, eż. iċ-ċittadinanza, id-diversità kulturali, ix-xogħol fil-komunità/il-volontarjat u r-rikonoxximent tat-tagħlim mhux-formali u informali. 3. AZZJONI KOMPLEMENTARI 3.1. Il-Partijiet jistgħu jappoġġaw numru limitat ta’ attivitajiet komplementari skond l-objettivi ta’ dan il-Ftehim. Dawn jinkludu l-iskambju ta’ esperjenzi u ta’ prattiki tajbin u l-ġbir ta’ riżorsi u materjal elettroniku fl-oqsma ta’ l-edukazzjoni ogħla, it-taħriġ u ż-żgħażagħ. 3.2. Il-Partijiet jistgħu jipprovdu appoġġ finanzjarju lil miżuri orjentati fuq il-politika li jinvolvu organizzazzjonijiet attivi fl-edukazzjoni ogħla, fit-taħriġ u maż-żgħażagħ; dawn il-miżuri jistgħu jinkludu studji, konferenzi, seminars, gruppi ta’ ħidma, workshops għall-iżvilupp professjonali, eżerċizzji ta’ tqabbil u jistgħu jindirizzaw kwistjonijiet dwar l-edukazzjoni ogħla u t-taħriġ vokazzjonali, inkluż ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki u t-trasferiment ta’ krediti taħt is-Sistema Ewropea ta’ Trasferiment tal-Krediti (ECTS). 3.3. Il-Partijiet jistgħu jipprovdu appoġġ finanzjarju għall-mobbiltà tal-professjonisti (inkluż gradwati ġodda jew taħriġ intern tal-professjonisti) li jkunu jixtiequ jwettqu studji qosra, jew programmi ta’ taħriġ biex jiżviluppaw il-kompetenza tagħhom, fl-oqsma b’rilevanza speċifika għar-relazzjoni KE/Kanada, li jkunu ġew identifikati mill-Partijiet. 3.4. Il-Partijiet jistgħu jipprovdu appoġġ lil xi Assoċjazzjoni ta’ ex-studenti universitarji li pparteċipaw fi skambji implimentati mill-konsorzji tal-KE/Kanada fl-edukazzjoni ogħla u t-taħriġ vokazzjonali. L-Assoċjazzjoni ta’ ex-studenti universitarji tista’ tkun immexxija minn organizzazzjoni waħda jew aktar li l-Partijiet għandhom jaħtru b’mod konġunt. IMMANIĠĠJAR TA’ L-AZZJONIJIET 1. Kull Parti tista’ tipprovdi appoġġ finanzjarju għal attivitajiet imsemmija taħt dan il-Fteihim. 2. L-immaniġġjar ta’ dawn l-Azzjonijiet għandu jkunu implimentat mill-uffiċjali kompetenti ta’ kull Parti. Dawn il-kompiti jistgħu jinkludu: - it-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar ir-regoli u l-proċeduri għall-preżentazzjoni tal-proposti, inkluża l-preparazzjoni ta’ linji ta’ gwida komuni għall-applikanti; - it-twaqqif ta’ skeda għall-pubblikazzjoni ta’ sejħiet għal proposti, sottomissjoni u selezzjoni ta’ proposti; - il-forniment ta’ informazzjoni dwar attivitajiet taħt dan il-ftehim u dwar l-implimentazzjoni tagħhom; - il-ħatra ta’ konsulenti u esperti akkademiċi, inkluż għal valutazzjoni indipendenti tal-proposti; - ir-rakkomandazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Parti dwar liema proġetti għandhom ikunu ffinanzjati; - l-amministrazzjoni finanzjarja; - strateġija kollaborattiva għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni. 3. Fil-prinċipju, il-Komunità Ewropea se tipprovdi appoġġ (inkluż boroż ta’ studju) biex jintuża mill-imsieħba tal-proġetti tal-KE; il-Kanada se tipprovdi appoġġ lill-imsieħba tal-proġetti Kanadiżi. MIŻURI TA’ APPOĠĠ TEKNIKU Il-Partijiet għandhom jagħmlu fondi disponibbli għax-xiri ta’ servizzi biex tkun żgurata l-aħjar implimentazzjoni tal-Ftehim; b’mod partikulari il-Partijiet jistgħu jorganizzaw seminars, konferenzi akkademiċi jew laqgħat oħra ta’ esperti, iwettqu evalwazzjonijiet, jipproduċu pubblikazzjonjiet jew ixerrdu informazzjoni relatata. DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠISLATTIVA 1. L-ISEM TAL-PROPOSTA: Proposta għal deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-gvern tal-Kanada li jistabbilixxi qafas għal kooperazzjoni fl-oqsma ta’ l-edukazzjoni ogħla, it-taħriġ u ż-żgħażagħ. 2. QAFAS ABM / ABB Qasam ta’ politika: EDUKAZZJONI U KULTURA Obbjettiv: “It-titjib reċiproku tal-kwalità ta’ l-edukazzjoni permezz ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi.” Attività: EDUKAZZJONI 3. LINJI BAĠITARJI 3.1. Il-linji baġitarji (linji operattivi u linji relatati ta’ għajnuna teknika u amministrattiva (eks-linji B.A) inklużi l-intestaturi: 15.02.03 Ko-operazzjoni ma’ pajjiżi li mhumiex membri fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali 15.01.04.17 Ko-operazzjoni ma’ pajjiżi li mhumiex membri fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali – Nefqa għall-immaniġġjar amministrattiv 15.01.04.32 Aġenzija eżekuttiva għall-edukazzjoni, l-awdjoviżwali u l-kultura – sussidji għall-programmi taħt l-intestatura 4. Il-linji baġitarji msemmija hawn fuq, minbarra li jkopru l-ftehim mal-Kanada, ikopru wkoll l-iffinanzjar ta’ ftehimiet simili dwar l-edukazzjoni ogħla u t-taħriġ vokazzjonali li jistgħu jiġu konklużi ma’ pajjiżi industrijalizzati oħra, b’mod partikolari l-Istati Uniti ta’ l-Amerika. 3.2. It-tul ta’ żmien ta’ l-azzjoni u ta’ l-impatt finanzjarju: 2006-2013 3.3. Karatteristiċi baġitarji ( żid ir-ringieli jekk meħtieġ ) : Linja baġitarja | Tip ta’ nefqa | Ġdid | Kontribuzzjoni ta’ l-EFTA | Kontribuzzjonijiet minn pajjiżi applikanti | Intestatura fil-prospettiva finanzjarja | 15.02.03 | Mhux obblig. | Diff | LE | LE | LE | Nru 4 | 15.01.04.17 | Mhux obblig. | Diff | LE | LE | LE | Nru 4 | 15.01.04.32 | Mhux obblig. | Diff | LE | LE | LE | Nru 4 | 4. SOMMARJU TAR-RIŻORSI 4.1. Riżorsi finanzjarji 4.1.1. Sommarju ta’ l-approprjazzjonijiet ta’ impenn (AI) u l-approprjazzjonijiet ta’ pagament (AP) Miljuni EUR (sat-3 skala deċimali) Rekwiżiti annwali | 2006 | 2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 u aktar tard | Numru totali ta’ riżorsi umani | 1,5 | 2,5 | 2,5 | 2,5 | 2,5 | 2,5 | 5. KARATTERISTIċI U OBJETTIVI 5.1. Ħtieġa li trid tintlaħaq tul medda qasira jew twila ta’ żmien Il-ftehim ta’ kooperazzjoni bilaterali fil-qasam ta’ l-edukazzjoni ogħla, tat-taħriġ u taż-żgħażagħ se jfittex li jsaħħaħ il-komprensjoni reċiproka fost il-popli ta’ l-UE u l-Kanada, biex iċ-ċittadini jkunu preparati aħjar għas-soċjetà ta’ tagħrif u biex b’mod reċiproku tissaħħaħ il-kwalità ta’ l-edukazzjoni ogħla, it-taħriġ u l-edukazzjoni mhux-formali għaż-żgħażagħ fl-UE u l-Kanada. Il-ftehim ta’ kooperazzjoni bilaterali jwieġeb għal xewqa politika mill-partijiet fl-ogħla livell. 5.2. Il-valur miżjud ta’ l-involviment tal-Komunità, il-kompatibilità tal-proposta ma’ strumenti finanzjarji oħrajn u s-sinerġija possibbli Ir-relazzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea mal-Kanada huma fost l-eqdem u l-iktar mill-qrib. Huma kkaratterizzati minn espansjoni qawwija li l-aktar espressjoni reċenti tagħha kienet l-adozzjoni ta’ l-“Aġenda ta’ Sħubija” fl-2004. Din tistipula x-xewqa li ssaħħaħ u twessa’ l-ambitu tal-kooperazzjoni edukattiva b’mod speċjali fir-rigward tat-tiġdid tal-Ftehim dwar l-Edukazzjoni Ogħla u t-Taħriġ. Din issemmi wkoll it-titjib tal-Ftehim eżistenti bħala possibbiltà li għandha tiġi esplorata billi jittejjeb l-aċċess għall-istituzzjonijiet kollha ta’ l-edukazzjoni ogħla u tat-taħriġ, u billi jiżdiedu l-iskambji fin-numru u fl-ambitu. Hemm referenza speċjali għall-inklużjoni ta’ attivitajiet fil-qasam taż-żgħażagħ li mhumiex marbuta ma’ l-istrutturi ta’ l-edukazzjoni formali. Il-ftehim UE-Kanada għandu jipprovdi valur miżjud f’numru ta’ livelli: billi jservi bħala pont istituzzjonali transatlantiku, jipprovdi individwi, akkademiċi u staff amministrattiv u studenti b’netwerks transatlantiċi tagħhom stess, jiżviluppa suġġetti u dixxiplini speċifiċi. L-azzjonijiet previsti għandhom ukoll jippreservaw u jiżviluppaw l-avviċinament multilaterali billi jinvolvu f’kull azzjoni istituzzjonijiet u popli minn Stati Membri differenti. Dan l-avviċinament multilaterali s’issa wera lilu nnifsu effettiv fit-tkabbir reċiproku ta’ komprensjoni u fit-titjib tal-kwalità fl-edukazzjoni u t-taħriġ fl-UE fil-Kanada. Dan wera wkoll li jiflaħ ċerti ekonomiji ta’ ambitu, ta’ kobor u ta’ tisħiħ fil-kwalità fir-rigward tal-programmi bilaterali. L-objettivi tal-ftehim UE/Kanada se jkunu kompletament konsistenti ma’ dawk ta’ l-istrumenti l-oħra ta’ l-UE f’dawn l-oqsma. Il-ftehim se jistabbilixxi qafas li għandu jikkomplementa programmi oħra u jippermetti li jitkomplew l-objettivi ta’ edukazzjoni ta’ kwalità permezz ta’ kollaborazzjoni bejn l-UE u l-Kanada. Barra minn hekk, l-azzjonijiet previsti għandhom iġibu kooperazzjoni transatlantika minn poplu għal poplu li hija nieqsa fi programmi oħra ta’ l-UE li għandhom x’jaqsmu ma’ l-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ. B’mod partikulari, l-azzjonijiet tal-ftehim se jikkomplementaw l-Programm Erasmus Mundus billi se jiffokaw fuq il-mobbiltà ta’ l-istudenti li qed jippreparaw għall-ewwel grad u jinkludu skambji transatlantiċi fil-qasam tat-taħriġ vokazzjonali u taż-żgħażagħ. Dawn l-azzjonijiet se jikkomplementaw ukoll l-attivitajiet taċ-Ċentri ta’ l-UE appoġġati mill-Unjoni Ewropea billi joffru possibilitajiet addizzjonali għal skambji, u jinkuraġġixxu kooperazzjoni strutturali bejn l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet miż-żewġ naħat ta’ l-Atlantiku. 5.3. L-objettivi, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi relatati tal-proposta fil-kuntest tal-qafas ABM Obbjettiv | Lista mhix eżawrjenti ta’ indikaturi | Objettivi ġenerali | it-tisħiħ tal-komprensjoni reċiproka bejn il-popli ta’ l-Unjoni Ewropea u l-Kanada inkluż għarfien iktar estiż tal-lingwi, tal-kulturi u ta’ l-istituzzjonijiet tagħhom; it-titjib tal-kwalità tar-riżorsi umani kemm fil-Komunità Ewropea u kemm fil-Kanada, billi jkun iffaċilitat il-ksib ta’ ħiliet meħtieġa biex ikunu ffaċċjati l-isfidi ta’ l-ekonomija globali bbażata fuq l-għarfien. | Data kwantitativa dwar il-perċezzjoni fost l-utenti u l-partijiet interessati akkwistata permezz ta’ servejs imwettqa matul evalwazzjoni temporanja u ex-post | Objettivi speċifiċi | It-tisħiħ ta’ dimensjoni b’valur miżjud bejn il-Komunità Ewropea u l-Kanada għal kooperazzjoni transatlantika fl-edukazzjoni ogħla, it-taħriġ u ż-żgħażagħ; Il-kontribuzzjoni għal skambji transatlantiċi bejn ċittadini ta’ l-Unjoni Ewropea u tal-Kanada; Il-kontribuzzjoni għall-iżvilupp ta’ l-istituzzjonijiet ta’ l-edukazzjoni ogħla u tat-taħriġ, kif ukoll ta’ strutturi u organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ; Il-promozzjoni u/jew it-tisħiħ ta’ sħubiji bejn partijiet interessati attivi fl-oqsma ta’ l-edukazzjoni ogħla, it-taħriġ u ż-żgħażagħ fil-Komunità Ewropea u l-Kanada; Il-kontribuzzjoni għall-iżvilupp professjonali ta’ l-individwi filwaqt li jintlaħqu l-objettivi ġenerali tal-Ftehim; L-iżvilupp ta’ opportunitajiet għad-djalogu u għal skambji fil-politika taż-żgħażagħ u x-xogħol taż-żgħażagħ. | Data kwantitativa dwar il-perċezzjoni ta’ l-uffiċjali u l-amministraturi miksuba permezz ta’ intervisti diretti; Data kwantitativa dwar il-perċezzjoni ta’ l-individwi responsabbli mill-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet involuti fl-azzjonijiet proposti, li tinkiseb permezz ta’ servejs; Data kwantitativa dwar il-perċezzjoni fost l-individwi responsabbli mill-politika taż-żgħażagħ u mill-ħidma maż-żgħażagħ, li tinkiseb permezz ta’ servejs; Data kwantitativa dwar il-perċezzjoni ta’ parteċipanti individwali, li tinkiseb permezz ta’ servejs. | Ir-riżultati jistgħu jkunu definiti bħala vantaġġ jew żvantaġġ li destinatarji diretti jakkwistaw fl-aħħar tal-parteċipazzjoni tagħhom f’intervent pubbliku. Għalhekk dawn għandhom ikunu identifikati rigward l-objettivi operattivi ta’ l-intervent. Objettivi operattivi | Riżultati miksuba mill-parteċipanti | L-appoġġ għall-kollaborazzjoni bejn edukazzjoni ogħla u istituzzjonijiet ta’ taħriġ bil-ħsieb li jmexxu ’l quddiem u jiżviluppaw programmi konġunti ta’ studju u/jew taħriġ u l-mobbiltà ta’ l-istudenti; | Istituzzjonijiet: kurrikuli mtejba u metodoloġiji ta’ tagħlim; trasparenza akbar u komprensjoni tas-sistemi ta’ krediti rispettivi; preparazzjoni mtejba għall-kooperazzjoni transatlantika; | It-titjib fil-kwalità tal-mobbiltà transatlantika ta’ l-istudenti billi jkunu promossi t-trasparenza, l-għarfien reċiproku tal-kwalifiki u l-perjodi ta’ studju u taħriġ u, fejn xieraq, it-trasferiment tal-krediti; | Studenti: esperjenza transatlantika li tarrikkixxi; edukazzjoni u komprensjoni kulturali aħjar | L-appoġġ għall-kollaborazzjoni bejn organizzazzjonijiet pubbliċi u privati attivi fil-qasam ta’ l-edukazzjoni ogħla, tat-taħriġ u taż-żgħażagħ bil-ħsieb li jiġu mħeġġa diskussjonijiet u skambju ta’ esperjenza fuq kwistjonijiet politiċi; | Organizzazzjonijiet, istituzzjonijiet: komprensjoni aħjar tal-kwistjonijiet ta’ politika; | L-appoġġ għall-mobbiltà transatlantika tal-professjonisti (inkluż it-taħriġ intern tal-professjonisti) bil-ħsieb li jittejjeb il-ftehim reċiproku, u l-għarfien, ta’ kwistjonijiet rilevanti għar-relazzjonijiet Unjoni Ewropea/Kanada; | Individwi: komprensjoni aħjar ta’ kwistjonijiet bażiċi fir-relazzjonijiet UE/Kanada. | L-appoġġ għall-kollaborazzjoni fost l-istrutturi u l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ kif ukoll fost dawk li jaħdmu maż-żgħażagħ, mexxejja żgħar u żgħażagħ oħra bil-ħsieb li jiġu mħeġġa skambji ta’ prattiki tajbin u jiġu żviluppati netwerks ġodda. | Min ifassal il-politika, min jaħdem maż-żgħażagħ, l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ: arrikkiment reċiproku permezz ta’ skambju ta’ prattiki tajbin. Organizzazzjonijiet: sħubiji u netwerks multilaterali ġodda. | 5.4. Metodu ta’ l-implimentazzjoni (indikattiv) Hawn taħt uri l-modalità(jiet)[5] magħżula għall-implimentazzjoni ta’ l-azzjoni. X Maniġment Ċentralizzat X Direttament mill-Kummissjoni X Indirettament permezz ta’ delegazzjoni lil: X Aġenzija Eżekuttiva ٱ Korpi mwaqqfa mill-Komunitajiet hekk kif jissemma fl-Art. 185 tar-Regolament Finanzjarju ٱ Entità/jiet nazzjonali fis-settur pubbliku b’missjoni ta’ servizz pubbliku ٱ Maniġment bi sħab jew deċentralizzat ٱ Ma’ Stati Membri ٱ Ma’ Pajjiżi Terzi ٱ Immaniġgjar konġunt ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (jekk jogħġbok speċifika) Il-qafas propost għall-kooperazzjoni hu bbażat fuq il-prinċipju ta’ finanzjament konġunt mill-Unjoni Ewropea u mill-Kanada. Is-sejħiet għall-proposti huma amministrati mill-Kummissjoni Ewropea abbażi ta’ linji ta’ gwida konġunti miftiehma minn qabel ma’ l-awtoritajiet Kanadiżi. Il-Kummissjoni Ewropea tista’ tirrikorri għal Aġenzija Eżekuttiva. Il-pakkett finanzjarju allokat għall-ftehim UE/Kanada jista’ ma jkunx biżżejjed biex jiġġustifika r-rikors għal Aġenzija Eżekuttiva. Madankollu, x’aktarx li ftehim simili għandu jkun konkluż ma’ l-Istati Uniti u li b’hekk iżid l-ekonomiji ta’ skala kbira u jipprovdi prinċipji ġustifikati għall-implimentazzjoni ta’ wħud mill-azzjonijiet permezz ta’ Aġenzija Eżekuttiva. 6. MONITORAĠĠ U EVALWAZZJONI 6.1. Sistema ta’ monitoraġġ Il-monitoraġġ tal-proġetti konġunti UE/Kanada għandu jkun implimentat permezz ta’ tagħqid u taħlit ta’ monitoraġġ ta’ fajls (ibbażat fuq rapporti regolari mill-benefiċjarji ta’ l-għotjiet), u minn monitoraġġ li jsir fuq il-post mill-Kummissjoni u minn struttura adatta nnominata mill-Gvern tal-Kanada. 6.2. Evalwazzjoni 6.2.1. Evalwazzjoni ex-ante L-evalwazzjoni ex-ante hi bbażata fuq l-esperjenza akkwistata fl-implimentazzjoni tal-programm attwali, informazzjoni diretta mill-benefiċjarji, studju dwar il-qasam tat-taħriġ vokazzjonali fi ħdan il-programm, konsultazzjonijiet minn esperti u evalwazzjoni temporanja tal-fażi attwali tal-programm. Il-memorandum ta’ spjegazzjoni jkopri l-aspetti prinċipali ta’ l-evalwazzjoni ex-ante u l-istima ta’ l-impatt. Is-sejbiet prinċipali ta’ l-evalwazzjoni ex-ante fir-rigward ta’ l-edukazzjoni ogħla u tat-taħriġ vokazzjonali huma li ġejjin: - il-progamm hu ta’ benefiċċju għall-istituzzjonijiet, fakultajiet u studenti involuti. B’mod partikulari l-programm hu effettiv fit-titjib tal-komprensjoni interkulturali ta’ l-istudenti u l-istaff. - il-programm ikkontribwixxa wkoll għall-iżvilupp kurrikulari u b’mod speċjali għall-konsolidazzjoni tan-netwerks transatlantiċi ta’ universitajiet u ta’ istituzzjonijiet vokazzjonali ta’ taħriġ. - il-programm, madankollu, huwa kkunsidrat limitat wisq biex seta’ jħalli impatt fuq il-komprensjoni reċiproka bejn il-popli ta’ l-Unjoni Ewropea u l-Kanada. - kien hemm dubji dwar is-sostenibilità ta’ proġetti ta’ mobbiltà minħabba n-nuqqas ta’ segwitu fl-iffinanzjar. - biex il-qasam tat-taħriġ vokazzjonali jkun jista’ jeżisti flimkien ma’ l-edukazzjoni ogħla, hi meħtieġa żieda sinifikanti fil-baġit; - avviċinament speċifiku kien meħtieġ għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali li jadatta ċerti kriterji ta’ implimentazzjoni għar-realtà speċifika ta’ dan il-qasam; - l-evalwazzjoni temporanja tissuġġerixxi xi tibdil operattiv: a) żieda għat-tul ta’ żmien tal-proġetti b’konsorzji; b) enfasi fuq l-identifikazzjoni u l-iskambju ta’ l-aħjar prattiki; c) introduzzjoni ta’ sistema ta’ għotjiet addizzjonali għall-mobbiltà għal proġetti li rnexxew; - f’dak li għandu x’jaqsam maż-żgħażagħ, ir-rakkomandazzjonijiet ewlenin li ħarġu mis-seminar UE/Kanada dwar il-kooperazzjoni f’dan il-qasam huma li jitkompla d-djalogu fost min ifassal il-politika u li jkun iffaċilitat l-iskambju ta’ l-aħjar prattiki u tar-riżorsi fost il-ħaddiema li jaħdmu maż-żgħażagħ. 6.2.2. Miżuri meħuda wara evalwazzjoni intermedja/ex-post (tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi) Il-qafas propost għall-kooperazzjoni se jkun ippjanat b’tali mod li jikkunsidra l-konklużjonijiet ta’ l-evalwazzjoni ex-ante, jiġifieri, hu se - iżomm u jiżviluppa l-komponenti tal-programm attwali li kienu ttestjati u pprovati b’mod tajjeb; - jiżviluppa avviċinament speċifiku għat-taħriġ vokazzjonali; - jibni fuq proġetti ta’ eċċellenza pprovata; - isaħħaħ il-mobbiltà; - jintroduċu komponent żgħażugħ ġdid; - iżid il-pakkett finanzjarju attwali. 6.2.3. Termini u frekwenza ta’ l-evalwazzjoni fil-ġejjieni Fit-teorija, evalwazzjoni temporanja għandha tkun imwettqa wara l-ewwel tliet snin ta’ implimentazzjoni u evalwazzjoni finali ex-post se tkun imnedija fl-aħħar ta’ l-intervent. 7. MIżURI KONTRA L-FRODI Deċiżjonijiet dwar finanzjament u kuntratti bejn il-Kummissjoni u l-benefiċjarji jipprovdu għal verifiki fuq il-post li għandhom jitwettqu mill-Kummissjoni u l-Qorti ta’ l-Awdituri fil-lokalitajiet tal-benefiċjarji ta’ għotja mill-Komunità Ewropea, u dawn jagħtu s-setgħa li tkun meħtieġa evidenza ta’ kull nefqa li ssir bis-saħħa ta’ kuntratti, ftehimiet u impenji legali ta’ din ix-xorta sa ħames snin wara l-għeluq tal-perjodu kontraenti. Il-benefiċjarji huma soġġetti għal obbligi ta’ dikjarazzjoni u ta’ kontabilità finanzjarja u dawn għandhom ikunu analizzati mil-lat tal-kontenut u l-eliġibilità tan-nefqa, filwaqt li jkun ikkunsidrat l-għan tal-finanzjament tal-Komunità Ewropea, u filwaqt li jkunu kkunsidrati l-obbligi kontraenti u l-prinċipji ta’ mmaniġġjar ekonomiku u finanzjarju adatt. Annessa mal-ftehimiet finanzjarji hemm informazzjoni ta’ natura amministrattiva u finanzjarja, maħsuba biex tispeċifika t-tip ta’ nefqa li hi eliġibbli skond ftehimiet ta’ din ix-xorta. Fejn adatt, il-kopertura tal-Komunità Ewropea ta’ ċerti elementi ta’ spejjeż se tkun limitata għal entrati li huma konkreti, identifikabbli u verifikabbli fl-arranġamenti tal-kontabilità tal-benefiċjarju, sabiex ikun iffaċilitat l-iċċekkjar u l-awditjar (u l-evalwazzjoni għal skopijiet ta’ selezzjoni) ta’ proġetti li jirċievu finanzjamant. 8. DETTALJI TAR-RIŻORSI 8.1. Objettivi tal-proposta f’termini ta’ l-ispiża finanzjarja tagħhom Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (sat-3 skala deċimali) Intestaturi ta’ l-objettivi operattivi | Tip ta’ twettiq | L-ispiża medja | 2006 | 2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 2011-2013 | TOTAL | 2006 | 2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 2011-2013 fuq bażi annwali | L-uffiċjali jew l-istaff temporanju [6] (XX 01 01) | A*/AD | 1 | 1 | 1 | 1 | 1 | 1 | B*, C*/AST | 1 / 4 1 / 4 | 1 / 4 1 / 4 | 1 / 4 1 / 4 | 1 / 4 1 / 4 | 1 / 4 1 / 4 | 1 / 4 1 / 4 | Staff iffinanzjat[7] mill-Art. XX 01 02 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | Staff ieħor[8] iffinanzjat skond l-Art. XX 01 04/05 | 0 | 1 | 1 | 1 | 1 | 1 | TOTAL | 1,5 | 2,5 | 2,5 | 2,5 | 2,5 | 2,5 | 8.2.2. Deskrizzjoni ta’ kompiti li ġejjin mill-azzjoni 1 A*/AD: Żvilupp tal-politika u maniġer ta’ programm 1,25 B*/AST Assistent finanzjarju 1 / 4 C*/AST Appoġġ segretarjali u finanzjarju 8.2.3. Sorsi ta’ riżorsi umani (statutorji) (Meta jissemma’ iktar minn sors wieħed, jekk jogħġbok indika l-għadd ta’ karigi li joriġinaw minn kull wieħed minnhom) 1,5 Karigi attwalment allokati għall-immaniġġjar tal-programm li għandu jinbidel jew jittawwal. ( Karigi allokati minn qabel fi ħdan l-eżerċizzju APS/PDB għas-sena n ( Karigi li għandhom jintalbu fil-proċedura APS/PDB li jmiss ( Karigi li għandhom jiġu allokati mill-ġdid permezz tar-riżorsi eżistenti fi ħdan is-servizz ta’ mmaniġġjar (ri-allokazzjoni interna) ( Karigi neċessarji għas-sena n iżda li ma kinux previsti fl-eżerċizzju APS/APB tas-sena finanzjarja kkonċernata 8.2.4. Nefqa amministrattiva oħra li hija inkluża fl-ammont ta’ referenza (XX 01 04/05 – In-nefqa fuq l-immaniġġjar amministrattiv) Miljun EUR (sat-3 skala deċimali) Linja baġitarja (numru u intestatura) | 2006 | 2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 2011-2013 | TOTAL | 1 Assistenza teknika u amministrattiva (inklużi l-ispejjeż relatati ta’ l-istaff) | Aġenziji eżekuttivi[9] 15.01.04.32 | 0,128 | 0,128 | 0,128 | 0,128 | 0,128 | 0,896 | Assistenza teknika u amministrattiva oħra 15.01.04.17 | - intra muros | 0,160 | 0,200 | 0,200 | 0,200 | 0,600 | 1,360 | - extra muros | Total ta’ assistenza teknika u amministrattiva | 0,288 | 0,328 | 0,328 | 0,328 | 0,984 | 2.256 | Il-Baġit ta’ l-2006 ma jinkludix linja baġitarja speċifika għall-assistenza amministrattiva. Infiq bħal dak li jinħoloq mill-esperti għall-evalwazzjoni tal-proposti hu ffinanzjat taħt il-pakkett globali tad-DĠ. Mill-2007 se tkun maħluqa linja baġitarja għall-appoġġ amministrattiv. Dan huwa ġustifikat bil-baġit potenzjalment ogħla allokat għal mhux biss il-ftehim UE/Kanada iżda wkoll għall-Ftehim ġejjieni UE/Stati Uniti (iż-żewġ programmi flimkien se jammontaw għal 8M€ fis-sena, meta mqabbla mat-3M€ attwali fis-sena). Il-linja baġitarja għall-assistenza amministrattiva hi ġġustifikata wkoll bil-possibbiltà li jkunu implimentati l-azzjonijiet previsti fil-ftehim permezz ta’ l-Aġenzija Eżekuttiva eżistenti ta’ l-Edukazzjoni, l-Awdjoviżwali u l-Kultura. Jekk ftehim simili jkun konkluż ma’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika għandu jkun hemm ekonomiji ta’ skala kbira u raġunijiet fundamentali b’saħħithom għall-implimentazzjoni ta’ xi azzjonijiet ta’ dawn il-ftehimiet permezz ta’ l-Aġenzija Eżekuttiva eżistenti ta’ l-Edukazzjoni, l-Awdjoviżwali u l-Kultura. Għal din ir-raġuni, it-tabella ta’ hawn fuq tinkludi l-ammont ekwivalenti għal aġent kuntrattwali wieħed għall-Aġenzija Eżekuttiva. 8.2.5. Spiża għar-riżorsi umani u spejjeż assoċjati li mhumiex inklużi fl-ammont ta’ referenza Miljuni ta’ EUR (sat-3 skala deċimali) Tipi ta’ riżorsi umani | 2006 | 2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 2011-2013 | Uffiċjali u staff temporanju (XX 01 01) | 0,162 | 0,162 | 0,162 | 0,162 | 0,162 | 0,486 | Staff iffinanzjat bl-Art. XX 01 02 (awżiljaru, END, staff bil-kuntratt, eċċ.) (speċifika l-linja baġitarja) | Spiża totali għar-Riżorsi Umani u spejjeż assoċjati (li MHUMIEX fl-ammont ta’ referenza) | 0,162 | 0,162 | 0,162 | 0,162 | 0,162 | 0,486 | Kalkolu– Uffiċjali u aġenti Temporanji 1,5 staff x 108.000 EUR x 8 snin = EUR 1.296.000 Dan il-kalkolu hu bbażat fuq l-ipotesi li l-Aġenzija Eżekuttiva ta’ l-Edukazzjoni, l-Awdjoviżwali u l-Kultura se tkun involuta fl-implimentazzjoni tal-ftehim. Jekk dan ma jkunx il-każ, tkun meħtieġa persuna addizzjonali mill-istaff tal-Kummissjoni. Kalkolu– Staff iffinanzjat skond l-Art. XX 01 02 M.D. (mhux disponibbli) 8.2.6. Infiq amministrattiv ieħor li mhux inkluż fl-ammont ta’ referenza Miljuni ta’ EUR (sat-3 skala deċimali) 2006 | 2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 2011- 2013 | TOTAL | XX 01 02 11 01 – Missjonijiet | 0,004 | 0,004 | 0,004 | 0,004 | 0,004 | 0,012 | 0,032 | XX 01 02 11 02 – Laqgħat u Konferenzi | XX 01 02 11 03 – Kumitati[10] Kumitat Konġunt UE/Kanada mwaqqaf mill-ftehim | 0,018 | 0,018 | 0,035 | 0,070 | XX 01 02 11 04 – Studji u konsultazzjonijiet | XX 01 02 11 05 – Sistemi ta’ informazzjoni | 2 Total tan-Nefqa ta’ mmaniġġjar ieħor (XX 01 02 11) | 3 Nefqa oħra ta’ natura amministrattiva (speċifika u inkludi referenza għal-linja baġitarja) | Nefqa Amministrattiva totali, ħlief għar-riżorsi umani u l-ispejjeż assoċjati (li MHUMIEX inklużi fl-ammont ta’ referenza) | 0,004 | 0,022 | 0,004 | 0,022 | 0,004 | 0,047 | 0,102 | Kalkolu - Nefqa amministrattiva oħra li mhix inkluża fl-ammont ta’ referenza Missjonijiet: 1 x 3000 (għall-Kanada) + 2 x 700 (għall-Istati Membri) = EUR 4.400 Laqgħa tal-Kumitat Konġunt ma’ l-Istati Membri kull sentejn: 25 x 700 x 4 = EUR 70.000 [1] COM(2005) 274 [2] ĠU C , , p. . [3] ĠU C , , p. . [4] Ara l-punti 19 u 24 tal-ftehim Inter-istituzzjonali. [5] Jekk jiġi indikat aktar minn metodu wieħed jekk jogħġbok agħti dettalji addizzjonali fit-taqsima "Kummenti Rilevanti" ta’ dan il-punt [6] L-ispiża tagħhom MHIX koperta mill-ammont ta’ referenza. [7] L-ispiża tagħhom MHIX koperta mill-ammont ta’ referenza. [8] L-ispiża tiegħu hija inkluża fi ħdan l-ammont ta’ referenza. [9] Il-possibbiltà li jkun hemm rikors għall-Aġenzija Eżekuttiva eżistenti ta’ l-Edukazzjoni, l-Awdjoviżwali u l-Kultura se tkun eżaminata fil-kuntest ta’ l-evalwazzjoni ta’ l-Aġenzija. L-evalwazzjoni għandha ssir fl-2006 fid-dawl ta’ l-implimentazzjoni l-ġdida tal-programmi edukattivi 2007-2013. [10] Speċifika t-tip ta’ kumitat kif ukoll il-grupp li għalih jappartjeni.