19.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 47/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2019/278

tat-18 ta' Frar 2019

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 dwar ċertu miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/284 tat-18 ta' Frar 2019 li temenda d-Deċiżjoni 2011/101/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 (2) jagħti effett lil diversi miżuri previsti fid-Deċiżjoni 2011/101/PESK (3), inkluż l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi ta' ċerti persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi.

(2)

Fit-18 ta' Frar 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/284 li neħħiet l-isem ta' żewġ persuni mill-Anness II għad-Deċiżjoni 2011/101/PESK.

(3)

Għalhekk l-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 314/2004 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(4)

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 314/2004 huwa sostitwit bl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Frar 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  Ara l-paġna 38 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 tad-19 ta' Frar 2004 dwar ċertu miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe (ĠU L 55, 24.2.2004, p. 1).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK tal-15 ta' Frar 2011 dwar ċertu miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe (ĠU L 42, 16.2.2011, p. 6).


ANNESS

“ANNESS IV

Lista ta' persuni msemmija fl-Artikolu 6(4)

Persuni

 

Isem (u psewdonimi possibbli)

3.

Chiwenga, Constantine

4.

Shiri, Perence (magħruf ukoll bħala Bigboy) Samson Chikerema

5.

Sibanda, Phillip Valerio (magħruf ukoll bħala Valentine)

”