|
31.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
404 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-2 ta’ Diċembru 2005
dwar l-effetti ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka u r-Repubblika tal-Polonja ma' l-Unjoni Ewropea fuq il-parteċipazzjoni tal-Komunità Ewropea fil-Konvenzjoni dwar il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni ta' l-Oder u l-Konvenzjoni dwar il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni ta' l-Elbe
(2005/884/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Att ta' Adeżjoni 2003, u b'mod partikolari, l-Artikolu 57 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
|
(1) |
Il-parteċipazzjoni tal-Komunità Ewropea fil-Konvenzjoni dwar il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni ta' l-Oder (1) u l-Konvenzjoni dwar il-Kummissjoni Internazzjoni għall-Protezzjoni ta' l-Elbe (2) (minn issa 'l quddiem imsejħa bħala “il-Konvenzjonijiet dwar l-Oder u l-Elbe”) kienet meħtieġa minħabba li ż-żewġ Konvenzjonijiet ġew konklużi ma' pajjiżi terzi u indirizzaw kwistjonijiet koperti mill-politika ambjentali tal-Komunità. |
|
(2) |
Mill-1 ta' Mejju 2004, wara l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka u r-Repubblika tal-Polonja ma' l-Unjoni Ewropea, il-Partijiet Kontraenti kollha għall-Konvenzjonijiet dwar l-Oder u l-Elbe huma Stati Membri ta' l-Unjoni Ewropea. Għalhekk, il-bażi għall-kunsens tal-Komunità biex tkun marbuta minn tali Konvenzjonijiet m'għadhiex teżisti. Minn dan il-mument, il-parteċipazzjoni tal-Komunità m'għadhiex aktar meħtieġa u lanqas iġġustifikata. |
|
(3) |
Barra minn hekk, it-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea kellu l-effett li ttrasforma radikalment ir-relazzjonijiet legali bejn il-Partijiet Kontraenti. Ma' l-adeżjoni, l-objettivi politiċi sottostanti tal-Konvenzjonijiet dwar l-Oder u l-Elbe jistgħu jinkisbu permezz ta' miżuri stabbiliti fil-leġislazzjoni Komunitarja. |
|
(4) |
L-Att ta' Adeżjoni ta' l-2003 ma pprevediex speċifikament għal din is-sitwazzjoni u għalhekk jeħtieġ li jiġu adottati l-miżuri meħtieġa skond l-Artikolu 57 tiegħu, li jippermetti li tali nuqqasijiet jiġu korretti. |
|
(5) |
Għandu għalhekk isir magħruf b'mod ċar li, mid-data ta' l-adeżjoni, il-Komunità m'għadhiex parti għall-Konvenzjonijiet dwar l-Oder u l-Elbe u li jista' jkun meħtieġ li jittieħdu ċerti miżuri transitorji, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-Komunità Ewropea waqfet milli tkun parti għall-Konvenzjoni dwar il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni ta' l-Oder fn u l-Konvenzjoni dwar il-Kummissjoni Internazzjoni għall-Protezzjoni ta' l-Elbe mill-1 ta' Mejju 2004.
2. Jekk ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha tiftiehem mar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika tal-Polonja dwar soluzzjonijiet għal kwalunkwe problema transitorja li tista' tirriżulta mit-tmiem tal-parteċipazzjoni tal-Komunità fil-Konvenzjonijiet dwar l-Oder u l-Elbe.
Artikolu 2
Din id-deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika tal-Polonja.
Magħmul fi Brussell, 2 ta’ Diċembru 2005.
Ghall-Kunsill
Il-President
M. BECKETT
(1) Deċiżjoni Nru 1999/257/KE tad-29 ta’ Marzu 1999 (ĠU L 100, 15.4.1999, p. 20).
(2) Deċiżjoni Nru 91/598/KEE tat-18 ta’ Novembru 1991 (ĠU L 321, 23.11.1991, p. 24).