European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2024/596

4.1.2024

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.11345 – QIA / OIA / RAKIZA / OMAN BROADBAND COMPANY)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/596)

1.   

Fit-12 ta’ Diċembru 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Qatar Investment Authority (“QIA”, il-QATAR),

—

Oman Investment Authority (“OIA”, l-OMAN),

—

Oman Infrastructure Fund (“Rakiza”, l-OMAN).

QIA, OIA, u Rakiza se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Oman Broadband Company SAOC (“Oman Broadband Company”, l-OMAN).

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

—

QIA huwa l-fond ta’ investimenti sovrani tal-Istat tal-Qatar li twaqqaf fl-2005 biex jinvesti u jimmaniġġa l-fondi ta’ riżerva tal-Istat. Huwa jinvesti f’firxa wiesgħa ta’ klassijiet ta’ assi u reġjuni kif ukoll fi sħubija ma’ istituzzjonijiet ewlenin madwar id-dinja biex jinbena portafoll ta’ investiment globali u diversifikat b’perspettiva fit-tul li jista’ jwassal għal redditi sostenibbli u jikkontribwixxi għall-prosperità tal-Istat tal-Qatar.

—

L-OIA huwa l-fond ta’ ġid sovran tas-Saltna tal-Oman u jwettaq l-investiment ta’ surplus finanzjarju quddiemu b’appoġġ għall-isforzi tal-gvern fid-diversifikazzjoni tar-riżorsi tal-introjtu u fl-iżgurar tar-redditi għall-ġenerazzjonijiet futuri.

—

Rakiza huwa fond magħluq stabbilit fl-Oman bħala parti minn struttura prinċipali-alimentatriċi. Bil-fond feeder tagħha, Rakiza Feeder I LP, hija għandha mandat biex tinvesti fi proġetti ta’ infrastruttura fl-Oman u fl-Arabja Sawdija. Rakiza huwa kkontrollat minn Rakiza GP I Ltd (is-sieħeb ġenerali ta’ Rakiza Feeder Fund I LP).

3.   

L-attivitajiet kummerċjali ta’ Oman Broadband Company huma li ġejjin: Oman Broadband Company hija kumpanija b’ishma bi sħab magħluqa inkorporata skont il-liġijiet tal-Oman u bħalissa hija kkontrollata bi sħab minn OIA u Rakiza. Hija tipprovdi u żżomm l-infrastruttura tal-broadband fl-Oman għall-fornituri tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet.

4.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

5.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11345 – QIA / OIA / RAKIZA / OMAN BROADBAND COMPANY

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/596/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)