<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑423/13</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62013CJ0423</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2186">EU:C:2014:2186</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20140910">10.9.2014</DATE> — KAWŻA C-423/13</P><P>VILNIAUS ENERGIJA</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20140910">10 ta’ Settembru 2014</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Litwan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Moviment liberu tal-merkanzija</KEYWORD><KEYWORD>Miżuri li għandhom effett ekwivalenti</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2004/22/KE</KEYWORD><KEYWORD>Verifiki metroloġiċi tas-sistemi ta’ kejl</KEYWORD><KEYWORD>Arloġġ tal-ilma sħun li jissodisfa r-rekwiżiti kollha ta’ din id-direttiva u li huwa konness ma’ mezz għat-trażmissjoni ta’ data minn distanza (ta’ telemetrija)</KEYWORD><KEYWORD>Projbizzjoni li dan l-arloġġ jintuża mingħajr verifika metroloġika minn qabel tas-sistema</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑423/13,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 367 TFUE, imressqa mil-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Litwanja), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20130625">25 ta’ Ġunju 2013</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20130725">25 ta’ Lulju 2013</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD"><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Vilniaus energija<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/> UAB</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Lietuvos metrologijos inspekcijos Vilniaus apskrities skyrius,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn R. Silva de Lapuerta, President tal-Awla, K. Lenaerts (Relatur), Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja, J. L. da Cruz Vilaça, J.‑C. Bonichot u A. Arabadjiev, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Szpunar,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Vilniaus energija<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> UAB, minn L. Samuolis,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Litwan, minn D. Kriaučiūnas u V. Kazlauskaitė-Švenčionienė, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Belġjan, minn T. Materne u J.-C. Halleux, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn G. Zavvos u J. Jokubauskaitė, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 34 TFUE kif ukoll tad-Direttiva 2004/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20040331">31 ta’ Marzu 2004</DATE>, dwar l-istrumenti tal-kejl (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 34, p. 149).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Vilniaus energija<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> UAB (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Vilniaus energija<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>) u l-Lietuvos metrologijos inspekcijos Vilniaus apskrities skyrius (sezzjoni tad-distrett ta’ Vilnjus tal-ispettorat metroloġiku tal-Litwanja, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>metrologijos inspekcija<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>), rigward rikors intiż għall-annullament ta’ att adottat minn dan l-ispettorat f’dak li jikkonċerna l-użu ta’ riżultati ta’ kejl ta’ arloġġi tal-ilma konnessi ma’ mezz għat-trażmissjoni ta’ data minn distanza (ta’ telemetrija).</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont il-premessi 3, 4, 10 u 17 tad-Direttiva 2004/22:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>(3)</NO.P><TXT>Il-kontroll metroloġiku legali ma għandux iwassal għal xkilijiet għall-moviment ħieles ta’ l-istrumenti tal-kejl. Id-disposizzjonijiet interessati għandhom ikunu l-istess fl-Istati Membri kollha u l-prova tal-konformità għandha tiġi aċċettata fil-Komunità kollha.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(4)</NO.P><TXT>Il-kontroll metroloġiku legali jeħtieġ il-konformità nal-ħtiġiet speċifikati tat-twettiq tax-xogħol. Il-ħtiġiet tat-twettiq tax-xogħol li l-istrumenti tal-kejl jridu jissodisfaw għandhom jipprovdu livell għoli ta’ protezzjoni. L-istima tal-konformità għandha tipprovdi livell għoli ta’ fiduċja.</TXT></NP></CONSID><P>[...]</P><CONSID><NP><NO.P>(10)</NO.P><TXT>Sabiex iqisu d-differenzi fil-kondizzjonijiet klimatiċi jew tal-livelli differenti tal-protezzjoni tal-konsumaturi li jistgħu japplikaw fil-livell nazzjonali, il-ħtiġet essenzali jistgħu jwasslu għall-ħolqien li jiġu stabbiliti klassijiet ambjentali jew ta’ l-eżattezza.</TXT></NP></CONSID><P>[...]</P><CONSID><NP><NO.P>(17)</NO.P><TXT>L-Istati Membri ma għandhomx ifixklu t-tqegħid fis-suq u/jew it-tidħil fl-użu ta’ l-istrumenti tal-kejl li jġorru l-marka <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>CE<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/> u l-marka supplimentari tal-metroloġija skond id-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-imsemmija direttiva tapplika skont il-kliem tal-Artikolu 1 tagħha, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>L-iskop<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>mezzi u s-sistemi b’funzjoni tal-kejl iddefiniti fl-annessi speċifiċi għall-istrumenti li jirrigwardaw l-arloġġi ta’ l-ilma (MI = 001)<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</TXT></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) tal-istess direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu l-użu ta’ l-istrumenti tal-kejl imsemmija fl-Artikolu 1 sabiex ikejlu l-kompiti għal raġunijiet ta’ l-interess pubbliku, is-saħħa pubblika, l-ordni pubblika, il-protezzjoni ta’ l-ambjent, il-protezzjoni tal-konsumaturi, l-ordnijiet tal-ġbir tat-taxxi u d-dazji u l-kummerċ ġust, li jikkunsidrawh iġġustifikat.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 89/48 huwa redatt kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Din id-Direttiva tistabbilixxi l-ħtiġiet li jridu jissodisfaw il-mezzi u s-sistemi riferiti fl-Artikolu 1 bil-ħsieb li jitqiegħdu fis-suq u/jew jiddaħħlu fl-użu għal dawk il-kompiti msemmija fl-Artikolu 2(1).<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(a), (e) u (f) ta’ din id-direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>strument tal-kejl<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="2019" ID="QE0013"/> ifisser kull mezz jew sistema bil-funzjoni tal-kejl li huma koperti bl-Artikoli 1 u 3;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>tqegħid fis-suq<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="2019" ID="QE0014"/> ifisser li jintgħamel disponibbli għall-ewwel daba fil-Komunità strument maħsub għall-utent aħħari, sewwa jekk bi qligħ u sewwa jekk bla ħlas;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>f)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>tidħil fl-użu<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="2019" ID="QE0015"/> ifisser l-ewwel użu ta’ strument maħsub għall-utent aħħari għall-għanijiet li għalih kien maħsub.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tal-istess direttiva jinqara kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Strument tal-kejl għandu jissodisfa l-ħtiġiet essenzali stabbiliti fl-Anness I u fl-Anness rilevanti speċifiku għall-istrumenti.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2004/22 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Il-konformità ta’ strument tal-kejl mad-disposizzjonijiet kollha ta’ din id-Direttiva għandha tiġi indikata bil-preżenza fuqha tal-marka <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>CE<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="2019" ID="QE0018"/> u tal-marka supplimetari tal-metroloġija kif speċifikat fl-Artikolu 17.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 8(1) sa (4) ta’ din id-direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="008.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>1</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri ma għandhomx, għal raġunijiet koperti b’din id-Dirtetiva. ifixklu t-tqegħid fis-suq u/jew it-tidħil fl-użu ta’ kull strumenti tal-kejl li jġorr il-marka <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>CE<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="2019" ID="QE0020"/> u l-marka supplimentari tal-metroloġija skond l-Artikolu 7.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="008.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri approprjati kollha sabiex jiżguraw illi l-istrumenti tal-kejl jitqiegħdu fis-suq u/jew jiddaħħlu fl-użu jekk jissodisfaw il-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva biss.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="008.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Stat Membru jista’ jeħtieġ li strument tal-kejl jissodisfa d-disposizzjonijiet li jirregolaw it-tidħil fl-użu li jkun iġġustifikat bil-kondizzjonijit klimatiċi lokali. F’dan il-każ, l-Istat Membru għandu jagħżel il-limiti approprjati tal-temperaturi l-iktar għolja u l-iktar baxxi mit-Tabella 1 ta’ l-Anness I u, b’żieda ma’ dan, jista’ jispeċifika l-kondizzjonijiet ta’ l-umdità (il-kondensazzjoni u n-nuqqas tal-kondensazzjoni) u jekk il-post maħsuba ta’ l-użu tkunx fil-miftuħ jew magħluqa.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="4"?><PARAG IDENTIFIER="008.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA><P>Meta jiġu ddefiniti klassijiet differenti ta’ l-eżattezza għal strument tal-kejl:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-miżuri speċifiċi għall-istrumenti taħt l-intestatura <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>Tidħil fl-użu<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="2019" ID="QE0021"/> tista’ tindika l-klassijiet ta’ l-eżattezza li jridu jiġu wżati għal speċifikazzjonijiet speċifiċi.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>fil-każijiet l-oħra kollha, Stat Membru jista’ jistabbilixxi l-klassijiet ta’ l-eżattezza li jridu jintużaw għal applikazzjonijiet speċifiċi ġewwa l-klassijiet iddefiniti, bla ħsara li jiġi permess l-użu tal-klassijiet kollha ta’ l-eżattezza fit-territorju tiegħu.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>F’kull wieħed miż-żewġ każi taħt il-(a) jew il-(b), jistgħu jintużaw strumenti tal-kejl ta’ klassi aħjar ta’ eżattezza jekk is-sid hekk jagħżel.<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 9 ta’ din id-direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>L-istima tal-konformità ta’ strument tal-kejl bil-ħtiġiet essenzali rilevanti għandha titwettaq bl-applikazzjoni, fuq il-għażla tal-fabbrikant, ta’ waħda mill-proċeduri ta’ l-istima tal-konformità elenkati fl-anness speċifikat għall-istrumenti. [...]<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Anness I tal-istess direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>Il-ħtiġijiet essenzali<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>Strument tal-kejl għandu jipprovdi livell għoli ta’ protezzjoni metroloġika sabiex kull parti affettwata jkun jista’ jkollha fiduċja fir-riżultat tal-kejl, u għandu jiġi ddisinjat u ffabbrikat għal livell għoli tal-kwalità rigward it-teknoloġija tal-kejl u s-sigurtà ta’ l-informazzjoni tal-kejl.</P><P>Il-ħtiġiet li jridu jiġu ssodisfatti mill-istrumenti tal-kejl huma ddikjarati hawn taħt u huma ssupplimentati, meta approprjati, bil-ħtiġiet speċifiċi ta’ l-istrumenti fl-Annessi mill-MI-001sal-MI-010 li jipperovdu iktar dettal dwar ċerti aspetti tal-ħtiġiet ġenerali.</P><P>[...]</P><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>Il-protezzjoni kontra l-korruzzjoni</TXT></NP></TI></TITLE><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>8.1.</NO.P><TXT>Il-karatteristiċi metroloġiċi ta’ strument tal-kejl ma għandhomx inkunu influwenzati b’mod mhux ammissibbli mill-konnessjoni tiegħu ma’ mezz ieħor, minn kull karatteristika tal-mezz innifsu ikkonnettjat jew minn kull mezz remot li jikkomunika ma’ l-istrument tal-kejl.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>L-indikazzjoni tar-riżultat</TXT></NP></TI></TITLE><P>[...]</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>10.4.</NO.P><TXT>Strument tal-kejl għal transazzjonijiet kummerċjali diretti tal-bejgħ għandu jkun iddisinjati li jippreżenta r-riżultat tal-kejl liż-żewġ partijiet fit-transazzjoni meta stallat kif maħsub. Meta kritiku fil-każ ta’ kull bejgħ dirett, kull biljett ipprovvdut lill-konsumatur b’mezz anċillari li ma jikkonformax mal-ħtiġiet approprjati ta’ din id-Direttiva għandu jġorr tagħrif restritttiv approprjat.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>10.5.</NO.P><TXT>Sewwa jekk strument tal-kejl maħsub għall-għanijiet tal-kejl ta’ l-utilitajiet ikun jista’ jinqara mill-bogħod u sewwa jekk le, għandu f’kull każ ikun imgħammar b’wiri kkontrollat metroloġikament aċċessibbi għall-konsumatur mingħajr għodda. IDak li inqara f’dan il-wiri huwa r-riżultat tal-kejl li jservi bħala l-bażi għall-prezz li jrid jitħallas.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></P></GR.SEQ></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Anness MI-001 tad-Direttiva 2004/22, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>L-arloġġi tal-ilma<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, huwa miktub kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>Il-ħtiġijiet rilevanti tal-Anness I, il-ħtiġijiet speċifiċi ta’ dan l-Anness u l-proċeduri tal-istima tal-konformità elenkati f’dan l-Anness, japplikaw għall-arloġġi tal-ilma maħsuba li jkejlu volumi ta’ ilma nadif, kiesaħ jew imsaħħan fl-użu residenzjali, kummerċjali jew l-industriji ħfief.</P><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Id-definizzjonijiet</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Arloġġ tal-Ilma</P></TI></TITLE></GR.SEQ></GR.SEQ><P>Strument iddisinjat sabiex ikejjel, jimmemorizza u juri l-volum tal-ilma f’kundizzjonijiet tal-metraġġ li jgħaddi minn apparat tal-kejl li jibdel sinjal mhux tal-elettriku f’sinjal elettriku.</P><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Anness (MI-005) tad-Direttiva 2004/22, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>Is-sistemi ta’ kejl għall-kejl kontinwu u dinamiku ta’ kwantitajiet ta’ likwidi għajr l-ilma<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali], jiddefinixxi l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>Sistema tal-Kejl<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>Sistema li jkun fiha l-istrument innifsu u l-mezzi kollha meħtieġa sabiex jiżguraw il-kejl korrett jew maħsuba sabiex tiffaċilita l-ħidmiet tal-kejl<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>. [traduzzjoni mhux uffiċjali]</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Litwan</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(7) tal-liġi dwar il-metroloġija (Metrologijos įstatymas), kif tirriżulta mil-Liġi Nru X‑717, tat-<DATE ISO="20060622">22 ta’ Ġunju 2006</DATE> (Žin., 2006, Nru 77‑2966), jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>Strument tal-kejl huwa għodda, mezz jew sistema li jservu sabiex ikejlu, indipendentement jew konġuntament ma’ apparati supplimentari oħra.<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(15) ta’ din il-liġi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>Sistema ta’ kejl hija ġabra ta’ strumenti tal-kejl u ta’ mezzi interkonnessi oħra, intiżi sabiex iwettqu ċertu tip ta’ kejl.<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Id-Digriet Nru V-107 tad-Direttorat tas-servizz nazzjonali ta’ metroloġija li jirrigwarda l-validazzjoni metroloġika tal-istrumenti tal-kejl mat-trażmissjoni minn distanza ta’ data (telemetrija) [Įsakymas Dėl matavimo priemonių su nuotoliniu (telemetriniu) duomenų perdavimu metrologinio įteisinimo], tal-15 ta’ Novembru 200, (Žin., 2010, Nru 135-2010, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>digriet tal-<DATE ISO="20101115">15 ta’ Novembru 2010</DATE><QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>) jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>1)</NO.P><TXT>Ma tistax tinħareġ approvazzjoni skont it-tip għal strumenti tal-kejl li għandhom funzjoni ta’ trażmissjoni ta’ data minn distanza (ta’ telemetrija) ħlief wara li t-testijiet neċessarji jkunu saru u li jkun ġie vverifikat li d-data li tirriżulta mill-kanal telemetriku tikkorrispondi perfettament mal-indikazzjonijiet murija mill-istrument tal-kejl;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Strument tal-kejl b’trażmissjoni ta’ data minn distanza (telemetrija) huwa kkunsidrat bħala sistema ta’ kejl u, bħala konsegwenza, il-verifika metroloġika għandha sseħħ għas-sistema ta’ kejl kollha, fejn ir-riżultati ta’ din il-verifika jiġu ppreżentati taħt il-forma meħtieġa;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>strumenti tal-kejl li jagħqu taħt il-metroloġija legali, li t-tfassil tagħhom jinkludi funzjoni ta’ trażmissjoni ta’ data minn distanza (ta’ telemetrija) iżda li l-approvazzjoni tagħhom skont it-tip tkun inħarġet mingħajr evalwazzjoni ta’ din il-funzjoni, ma jistgħux jintużaw għat-trażmissjoni ta’ data minn distanza (telemetrija).<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Vilniaus energija hija impriża li tipprovdi tisħin u ilma sħun fit-territorju tal-belt ta’ Vilnjus.</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Matul eżami ta’ talba ta’ konsumatur tas-<DATE ISO="20120207">7 ta’ Frar 2012</DATE>, aġenti tal-metrologijos inspekcija kkonstataw li Vilniaus energija kienet installat fl-appartament ta’ dan il-konsumatur, arloġġ tal-ilma sħun tat-tip WFH 36 bin-numru 09532667. Fuq dan l-arloġġ kienet imwaħħla tikketta ta’ verifika inizjali li kienet għadha valida, li kienet tikkonferma verifika mwettqa minn Vilniaus metrologijos centras.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Dan l-arloġġ kien konness ma’ mezz awtomatiku ta’ regolazzjoni ta’ tisħin u ta’ trażmissjoni ta’ data minn distanza (ta’ telemetrija) msejjaħ Rubisafe, li permezz tiegħu d-data murija mill-arloġġ kienet trażmessa minn distanza u użata sabiex jiġu stabbiliti l-fatturi. Hekk kif jirriżulta mill-proċess tal-Qorti tal-Ġustizzja, parti kbira tal-mezzi msejħa Rubisafe kienu prodotti fil-Ġermanja.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Skont il-punt 2 tad-digriet tal-<DATE ISO="20101115">15 ta’ Novembru 2010</DATE>, il-metrologijos inspekcija kkunsidra li r-riżultati ta’ kejl ta’ dan l-arloġġ ma setgħux jiġu trażmessi minn distanza, peress li ebda verifika metroloġika tas-sistema kollha, jiġifieri tal-arloġġ tal-ilma u tal-mezz għat-trażmissjoni ta’ data minn distanza, ma kienet saret.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Permezz ta’ att dwar l-istħarriġ tal-osservanza tar-rekwiżiti ta’ metroloġija legali Nru PA‑954 (V 12), tat-<DATE ISO="20120322">22 ta’ Marzu 2012</DATE> (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>att ta’ stħarriġ<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>), il-metrologijos inspekcija impona fuq Vilniaus energija ż-żewġ obbligi li ġejjin:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>ma tużax ir-riżultati ta’ kejl tal-arloġġ tal-ilma, trażmessi minn distanza, sabiex tistabbilixxi l-fattura sakemm ma tkunx saret il-verifika metroloġika tas-sistema skont il-proċeduri fis-seħħ, u</P></ITEM><ITEM><P>tuża biss id-data murija mill-arloġġ tal-ilma sħun installat fl-appartament, li jkun ġie suġġett għal approvazzjoni metroloġika u li jkollu ċertifikat ta’ verifika metroloġika li tkun għadha valida.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Vilniaus energija ppreżentat rikors quddiem il-Vilniaus apygardos administracinis teismas (tribunal amministrattiv reġjonali ta’ Vilnjus) intiż għall-annullament tal-att ta’ stħarriġ.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>B’deċiżjoni tat-<DATE ISO="20120802">2 ta’ Awwissu 2012</DATE>, il-Vilniaus apygardos administracinis teismas ddikjara infondat u ċaħad ir-rikors ta’ Vilniaus energija.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Vilniaus energija ppreżentat appell kontra din id-deċiżjoni quddiem il-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (Qorti amministrattiva suprema tal-Litwanja).</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, jirriżulta mid-digriet tal-<DATE ISO="20101115">15 ta’ Novembru 2010</DATE> kif ukoll mill-att ta’ stħarriġ li jimplementah li anki jekk arloġġ tal-ilma, bħala strument tal-kejl, kien jissodisfa r-rekwiżiti kollha tad-Direttiva 2004/22 u li għandu l-marki neċessarji msemmija minn din id-direttiva, dan l-arloġġ ma jistax normalment jintuża meta konness ma’ mezz għat-trażmissjoni ta’ data minn distanza (ta’ telemetrija). Fil-fatt, il-leġiżlazzjoni u l-prassi nazzjonali jipparagunaw, kwalitattivament, dan l-arloġġ ma’ strument tal-kejl ġdid, jiġifieri ma’ sistema ta’ kejl, fejn id-dritt nazzjonali jeħtieġ li bħala sistema, tkun suġġetta għal evalwazzjoni u għal approvazzjoni skont it-tip, kif ukoll għal verifika metroloġika.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar il-kompatibbiltà ta’ din il-leġiżlazzjoni u ta’ din il-prassi nazzjonali mal-Artikolu 34 TFUE u ma’ din id-direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas ddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>L-Artikolu 34 TFUE u/jew id-Direttiva 2004/22 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni u prassi nazzjonali, li jistabbilixxu li arloġġ tal-ilma sħun, li jissodisfa r-rekwiżiti kollha tad-Direttiva 2004/22, li jkun ikkomunikat ma’ [mezz] għat-trażmissjoni ta’ data b’distanza (telemetru) huwa kkunsidrat bħala sistema ta’ kejl u, konsegwentement, dan l-arloġġ tal-ilma sħun ma jistax jintuża għall-iskopijiet oriġinali tiegħu sakemm ma jkunx ġie ssuġġettat, flimkien mal-[mezz] għat-trażmissjoni ta’ data b’distanza (telemetriku), għal verifika metroloġika bħala sistema ta’ kejl?<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>L-ewwel nett, hemm lok li jiġi eżaminat jekk il-konnessjoni ta’ arloġġ tal-ilma sħun, li kienet tissodisfa r-rekwiżiti kollha tad-Direttiva 2004/22, ma’ mezz għat-trażmissjoni ta’ data minn distanza (ta’ telemetrija) għandhiex bħala effett li ma tqiegħedx lil dan l-arloġġ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva, din tapplika għall-mezzi u għas-sistemi b’funzjoni ta’ kejl iddefiniti fl-anness speċifiku dwar l-arloġġi tal-ilma, jiġifieri l-Anness MI-001.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Dan l-anness jiddefinixxi l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>arloġġ tal-ilma<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>strument iddisinjat sabiex ikejjel, jimmemorizza u juri l-volum tal-ilma f’kundizzjonijiet tal-metraġġ li jgħaddi minn apparat tal-kejl li jibdel sinjal mhux elettriku f’sinjal elettriku<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>. [traduzzjoni mhux uffiċjali]</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2004/22 jipprovdi li arloġġ tal-ilma, fis-sens ta’ din id-direttiva, għandu jissodisfa l-ħtiġijiet essenzjali stabbiliti fl-Anness I ta’ din id-direttiva u fl-Anness rilevanti speċifiku għall-arloġġi tal-ilma, jiġifieri l-Anness MI-001 ta’ din id-direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Fost dawn ir-rekwiżiti essenzjali hemm, fil-punt 8.1 ta’ dan l-Anness I, dak li l-karatteristiċi metroloġiċi tal-istrument tal-kejl ma għandhomx jiġu influwenzati b’mod inammissibbli mill-fatt tal-konnessjoni tiegħu ma’ mezz għat-trażmissjoni ta’ data minn distanza. Bl-istess mod, il-punt 10.5 ta’ dan l-Anness I jipprevedi li, f’każ ta’ diverġenza bejn ir-riżultati murija mill-istrument tal-kejl u dan il-mezz, huwa r-riżultat muri mill-istrument tal-kejl li jiddetermina l-prezz li għandu jitħallas mill-utent.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Minn dan kollu jirriżulta li arloġġ tal-ilma sħun li jkun issodisfa r-rekwiżiti kollha previsti minn din id-direttiva ma jistax jiġi eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħha minħabba li huwa konness ma’ mezz għat-trażmissjoni ta’ data minn distanza (ta’ telemetrija).</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Għaldaqstant, tali arloġġ jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-istess direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-mezz għat-trażmissjoni ta’ data minn distanza (ta’ telemetrija), għandu jiġi osservat li l-funzjoni tiegħu hija limitata għat-trażmissjoni ta’ data minn distanza li tkun ġiet imkejla minn qabel mill-arloġġ tal-ilma sħun. Peress li tali mezz ma huwiex <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>mezz b’funzjoni tal-kejl<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>, fis-sens tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2004/22, dan ma jaqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Minbarra dan, din id-direttiva lanqas ma tapplika għas-sistema sħiħa li tinkludi l-arloġġ tal-ilma stess u l-mezz għat-trażmissjoni ta’ data minn distanza (ta’ telemetrija). Fil-fatt, bid-differenza tal-Anness MI-005 ta’ din id-direttiva dwar is-sistemi tal-kejl għall-kejl kontinwu u dinamiku ta’ kwantitajiet ta’ likwidi għajr l-ilma li jiddefinixxi l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>sistema tal-kejl<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>sistema li jkun fiha l-istrument innifsu u l-mezzi kollha meħtieġa sabiex jiżguraw il-kejl korrett jew maħsuba sabiex jiffaċilitaw il-ħidmiet tal-kejl<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali], l-Anness MI‑001 tal-istess direttiva ma jagħmel ebda riferiment għal dan il-kunċett. Din l-assenza hija spjegata mill-fatt li arloġġ tal-ilma li jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2004/22 huwa meqjus strument tal-kejl komplet li ma jeħtieġx mezzi oħra sabiex, bħala ħaġa waħda, ikun jista’ jiżgura kejl korrett jew jiffaċilita l-operazzjonijiet ta’ kejl.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Għalhekk, sabiex tingħata tweġiba utli lill-qorti tar-rinviju, għandha tiġi eżaminata l-leġiżlazzjoni u l-prassi nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fl-ewwel lok, mill-perspettiva tal-arloġġi tal-ilma sħun u, it-tieni nett, mill-perspettiva ta’ mezzi għat-trażmissjoni ta’ data minn distanza (ta’ telemetrija).</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, fir-rigward tal-arloġġi tal-ilma sħun, hemm lok li jitfakkar li, meta qasam kien is-suġġett ta’ armonizzazzjoni eżawrjenti fil-livell tal-Unjoni Ewropea, kull miżura nazzjonali relatata miegħu għandha tiġi evalwata fir-rigward tad-dispożizzjonijiet ta’ din il-miżura ta’ armonizzazzjoni u mhux dawk tad-dritt primarju (ara s-sentenza Il‑Kummissjoni vs Il‑Ġermanja, C‑463/01, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:797">EU:C:2004:797</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 36 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Dan huwa l-każ fir-rigward tad-Direttiva 2004/22 li hija intiża, hekk kif jirriżulta b’mod partikolari mill-premessa 3 tagħha, li tistabbilixxi fl-Istati Membri kollha l-istess rekwiżiti ta’ twettiq li l-mezzi u s-sistemi msemmija fl-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva għandhom jissodisfaw bil-ħsieb li jitqiegħdu fis-suq u/jew jiddaħħlu fl-użu.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Għalhekk, l-Artikolu 8(1) ta’ din id-direttiva jipprovdi li t-tqegħid fis-suq u/jew id-dħul fl-użu ta’ strument tal-kejl li, wara evalwazzjoni pożittiva tal-konformità tiegħu mar-rekwiżiti kollha tal-istess direttiva, ikollu l-marka ta’ konformità <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>CE<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> u l-marka supplimentari tal-metroloġija, ma jistgħux, bħala prinċipju, jiġu preklużi mill-Istati Membri. Min-naħa l-oħra, jekk strument tal-kejl ma huwiex konformi mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2004/22, l-Artikolu 8(2) tagħha jipprovdi li tali strument ma jistax jitqiegħed fis-suq u/jew jiddaħħal fl-użu.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Barra minn hekk, sabiex jitqiesu d-differenzi fil-kundizzjonijiet klimatiċi jew livelli differenti ta’ protezzjoni tal-konsumaturi li jistgħu jeżistu fil-livell nazzjonali, l-Artikolu 8(3) u (4) ta’ din id-direttiva, moqri fid-dawl tal-premessa 10 tagħha, jippermetti lill-Istati Membri li jippreċiżaw, fil-kundizzjonijiet previsti minn din id-dispożizzjoni, il-klassijiet ambjentali jew ta’ eżattezza li għandu jissodisfa strument tal-kejl sabiex jiddaħħal fl-użu.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li, unikament fis-sitwazzjonijiet previsti minn din id-dispożizzjoni, l-Istati Membri jistgħu jissuġġettaw għal rekwiżiti nazzjonali supplimentari l-istrumenti tal-kejl li jkollhom il-marka ta’ konformità <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>CE<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> u l-marka supplimentari tal-metroloġija.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Issa, leġiżlazzjoni u prassi nazzjonali bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma jikkonċernawx is-sitwazzjonijiet previsti mill-istess dispożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Isegwi li tali leġiżlazzjoni u tali prassi nazzjonali jipprekludu d-dħul fl-użu ta’ arloġġ tal-ilma sħun, konness ma’ mezz għat-trażmissjoni ta’ data minn distanza (ta’ telemetrija), li kien jissodisfa r-rekwiżiti kollha tad-Direttiva 2004/22, sa fejn tali arloġġ huwa suġġett għal verifika metroloġika.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Isegwi li din id-direttiva għandha tiġi interpretata fis-sens li hija tipprekludi leġiżlazzjoni u prassi nazzjonali bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tal-mezzi għat-trażmissjoni ta’ data minn distanza (ta’ telemetrija), għandu jitfakkar, hekk kif ġie indikat fil-punt 36 ta’ din is-sentenza, li dawn il-mezzi ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-istess direttiva. Għaldaqstant, hemm lok li din il-leġiżlazzjoni u din il-prassi nazzjonali jiġu eżaminati fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat TFUE dwar il-moviment liberu tal-merkanzija.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li leġiżlazzjoni u prassi nazzjonali bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali li jissuġġettaw il-mezzi għat-trażmissjoni ta’ data minn distanza (ta’ telemetrija) legalment prodotti fi Stati Membri oħra għal verifika metroloġika, jirrestrinġu l-aċċess għas-suq tal-Istat Membru ta’ importazzjoni u għalhekk għandhom jitqiesu li huma miżura li għandha effett ekwivalenti għal restrizzjoni kwantitattiva fuq l-importazzjoni fis-sens tal-Artikolu 34 TFUE (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi Radiosistemi, C‑388/00 u C‑429/00, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:390">EU:C:2002:390</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 43; ATRAL, C‑14/02, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:265">EU:C:2003:265</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 62 u 63; kif ukoll Il‑Kummissjoni vs Il‑Portugall, C‑432/03, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:669">EU:C:2005:669</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 41).</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, miżura bħal din tista’ tiġi ġġustifikata biss minn waħda mir-raġunijiet ta’ interess ġenerali elenkati fl-Artikolu 36 TFUE jew minn waħda mir-rekwiżiti imperattivi stabbiliti mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, bil-kundizzjoni b’mod partikolari li din il-miżura tkun xierqa sabiex tiggarantixxi li jintlaħaq l-għan imfittex u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex dan jintlaħaq (ara s-sentenza Il‑Kummissjoni vs Il‑Portugall, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:669">EU:C:2005:669</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 42).</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Il-leġiżlazzjoni u l-prassi nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandhom bħala għan li jipproteġu l-konsumaturi. F’dan is-sens, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li l-protezzjoni tal-konsumaturi tikkostitwixxi interess leġittimu ta’ natura li jiġġustifika, bħala prinċipju, restrizzjoni għal-libertà fundamentali ggarantita mit-Trattat, bħall-moviment liberu tal-merkanzija (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Canal Satélite Digital, C‑390/99, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:34">EU:C:2002:34</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 34).</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Sa fejn verifika metroloġika tippermetti li jiġu evitati distorsjonijiet u falsifikazzjonijiet matul it-trażmissjoni ta’ data, leġiżlazzjoni u prassi nazzjonali bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali huma xierqa sabiex jiggarantixxu l-protezzjoni tal-konsumaturi.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Madankollu, din il-leġiżlazzjoni u din il-prassi nazzjonali jmorru lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq dan l-għan.</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-leġiżlazzjoni u l-prassi nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali jipprevedu verifika metroloġika, kemm għall-arloġġi tal-ilma sħun konnessi ma’ mezzi għat-trażmissjoni ta’ data minn distanza (ta’ telemetrija) kif ukoll għal dawn tal-aħħar. Issa, għandu jiġi osservat, fl-ewwel lok, li, skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/22, l-evalwazzjoni tal-konformità ta’ arloġġ tal-ilma mar-rekwiżiti essenzjali rilevanti previsti minn din id-direttiva għandha sseħħ qabel ma jitqiegħed fis-suq u d-dħul fl-użu tiegħu. Huwa biss meta tali evalwazzjoni hija favorevoli li l-produttur ta’ dan l-arloġġ jista’ jwaħħal il-marka supplimentari tal-metroloġija. Għalhekk, arloġġ tal-ilma sħun, li kien jissodisfa r-rekwiżiti kollha ta’ din id-direttiva, ikun diġà ġie suġġett għal verifika metroloġika. It-tieni nett, hekk kif ġie enfasizzat fil-punt 33 ta’ din is-sentenza, il-punt 8.1 tal-Anness I tal-istess direttiva jipprevedi li l-karatteristiċi metroloġiċi tal-arloġġi tal-ilma sħun li jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha previsti mid-Direttiva 2004/22 ma għandhomx jiġu influwenzati b’mod inammissibbli mill-fatt li dawn l-arloġġi jiġu konnessi ma’ mezz għat-trażmissjoni ta’ data minn distanza (ta’ telemetrija). It-tielet nett, f’każ ta’ diverġenza bejn ir-riżultati murija mill-istrument tal-kejl u dan il-mezz, il-punt 10.5 ta’ dan l-Anness I jippreċiża li huwa r-riżultat mogħti mill-istrument li jiddetermina l-prezz li għandu jitħallas mill-utent.</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li l-fatt li arloġġ tal-ilma sħun, li kien jissodisfa r-rekwiżiti kollha ta’ din id-direttiva, li kien konness ma’ mezz għat-trażmissjoni ta’ data minn distanza (ta’ telemetrija) jiġi suġġett għal verifika metroloġika ġdida ma huwiex neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan intiż li jiżgura l-protezzjoni tal-konsumaturi. Dan l-għan jista’ jintlaħaq permezz ta’ miżuri inqas restrittivi minn dawk li jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni u mill-prassi nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, bħal verifika metroloġika li hija limitata għal dan il-mezz.</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Minbarra dan, anki jekk l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli, jiġifieri, fil-kawża prinċipali, il-metrologijos inspekcija, kienu ddeċidew, sussegwentement, li jillimitaw il-verifika metroloġika għall-mezzi għat-trażmissjoni ta’ data minn distanza (ta’ telemetrija), għandu jitfakkar li dawn l-awtoritajiet ma jistgħux, fi kwalunkwe każ, jeżiġu mingħajr neċessità analiżijiet tekniċi meta l-istess analiżijiet ikunu diġà saru fi Stat Membru ieħor u li r-riżultati tagħhom huma għad-dispożizzjoni ta’ dawn l-awtoritajiet jew jistgħu, fuq it-talba tagħhom, jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Il‑Kummissjoni vs Il‑Portugall, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:669">EU:C:2005:669</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 46 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kunsiderazzjonijiet li jippreċedu, id-domanda magħmula għandha tiġi risposta li l-Artikolu 34 TFUE u d-Direttiva 2004/22 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni u prassi nazzjonali, li, skont dawn, arloġġ tal-ilma sħun, li kien jissodisfa r-rekwiżiti kollha<?PAGE NO="10"?> ta’ din id-direttiva, konness ma’ mezz għat-trażmissjoni ta’ data minn distanza (ta’ telemetrija) għandu jitqies li huwa sistema ta’ kejl u, minħabba dan il-fatt, ma jistax jintuża konformement mal-iskop tiegħu sakemm huwa ma kienx suġġett, ma’ dan il-mezz, għal verifika metroloġika inkwantu sistema ta’ kejl.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas‑sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 34 TFUE u d-Direttiva 2004/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20040331">31 ta’ Marzu 2004</DATE>, dwar l-istrumenti tal-kejl, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni u prassi nazzjonali, li, skont dawn, arloġġ tal-ilma sħun, li kien jissodisfa r-rekwiżiti kollha ta’ din id-direttiva, konness ma’ mezz għat-trażmissjoni ta’ data minn distanza (ta’ telemetrija) għandu jitqies li huwa sistema ta’ kejl u, minħabba dan il-fatt, ma jistax jintuża konformement mal-iskop tiegħu sakemm huwa ma kienx suġġett, ma’ dan il-mezz, għal verifika metroloġika inkwantu sistema ta’ kejl.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>