IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 26.7.2024
COM(2024) 323 final
ANNESS
tal-Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill tal-Membri tal-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ (IOC - International Olive Council) fir-rigward tal-adeżjoni ta’ San Marino mal-Ftehim Internazzjonali dwar iż-Żejt taż-Żebbuġa u ż-Żebbuġ tal-Mejda tal-2015
ANNESS
L-Unjoni għandha tappoġġa l-adeżjoni tal-Gvern ta’ San Marino mal-Ftehim, f’sessjoni futura tal-Kunsill tal-Membri jew fil-qafas ta’ proċedura għall-adozzjoni mill-Kunsill tal-Membri permezz ta’ skambju ta’ korrispondenza, dment li l-ishma ta’ parteċipazzjoni ta’ San Marino jiġu kkalkulati skont il-formula speċifikata fl-Artikolu 11 tal-Ftehim u l-limitu ta’ żmien għad-depożitu tal-istrument tal-adeżjoni ma jaqbiżx sena u nofs wara d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Membri. Jekk id-depożitu tal-istrument jiddewwem, l-Unjoni, f’deċiżjonijiet sussegwenti li jridu jiġu adottati mill-Kunsill tal-Membri, tista’ tappoġġa l-estensjoni tal-perjodu għad-depożitu tal-istrument.