31996D0627



Official Journal L 282 , 01/11/1996 P. 0072 - 0072


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-17 ta’ Ottubru 1996

li timplimenta l-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 77/311/KEE tad- 29 ta’ Marzu 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati mal-livelli ta’ storbju kif jinstema’ mis-sewwieq ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija

(Test b’relevanza għaż-żona EE)

(96/627/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 77/311/KEE tad-29 ta’ Marzu 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrelataw mal-livell ta’ storbju kif jinstema’ mis-sewwieq ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 2 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE ta’ l-4 ta’ Marzu 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrelataw ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tagħha,

Billi huwa meħtieġ li tiġi iffissata d-data tat-tmiem tal-perjodu transitorju pprovdut fid-Direttiva 77/311/KEE sabiex il-limiti stabbiliti għal-livell ta’ storbju kif jinstema’ mis-sewwieq fl-Artikolu 2(1) ta’ dik id- Direttiva jkunu jistgħu jidħlu fis-seħħ;

Billi dan huwa meħtieġ sabiex jinħoloq qafas regolatorju stabbli u prevedibbli u sabiex jiġi żgurat li l-istess limiti ta’ livell ta’ storbju jiġu applikati b’mod uniformi fl-Istati Membri kollha;

Billi l-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma konformi ma’ l-opinjoni maħruġa mill-Kumitat dwar l-addattazzjoni għall-progress tekniku tad-Direttivi immirati lejn it-tneħħija ta’ ostakoli tekniċi għall-kummerċ ta’ tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija,

ADOTTAT DIN ID-DEĊISJONI:

L-Artikolu 1

Il-perjodu transitorju msemmi fl-Artikolu 2(1) u (2) tad- Direttiva 77/311/KEE għandu jiskadi fl-1 ta’ Ottubru 1999.

L-Artikolu 2

L- Istati Membri għandhom jadottaw id-dispożizzjonijiet meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id- Deċiżjoni qabel it-30 ta’ Settembru 1999. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan minnufih.

L-Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-17 ta’ Ottubru 1996.

Għall-Kummissjoni

Franz fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 105, tat-28.4.1977, p. 2.

[2] ĠU L 84, tat-28.3.1974, p. 10.

--------------------------------------------------