<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-68/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CJ0068</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:933">EU:C:2019:933</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>14</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>14</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tas-<DATE ISO="20191107">7.11.2019</DATE> – Kawża C‑68/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">Petrotel‑Lukoil</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20191107">7 ta’ Novembru 2019</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: ir-Rumen.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Tassazzjoni fuq prodotti enerġetiċi u fuq l-elettriku</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2003/96/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 21(3)</KEYWORD><KEYWORD>Assenza ta’ fatt taxxabbli</KEYWORD><KEYWORD>Konsum ta’ prodotti enerġetiċi ġewwa stabbiliment li jipproduċi tali prodotti</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 2(3)</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu li tinkiseb il-klassifikazzjoni ta’ prodotti enerġetiċi għall-finijiet tal-iffissar ta’ dazji tas-sisa</KEYWORD><KEYWORD>Rata ta’ taxxa applikabbli għal dawn il-prodotti</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipju ta’ proporzjonalità</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑68/18,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Curtea de Apel București (il-Qorti tal-Appell ta’ Bukarest, ir-Rumanija), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20171221">21 ta’ Diċembru 2017</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20180202">2 ta’ Frar 2018</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">SC Petrotel‑Lukoil SA</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Agenţia Naţională de Administrare Fiscală – Direcţia Generală de Administrare a Marilor Contribuabili,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Agenţia Naţională de Administrare Fiscală – Direcţia Generală de Administrare a Marilor Contribuabili,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn E. Regan (Relatur), President tal-Awla, I. Jarukaitis, E. Juhász, M. Ilešič u C. Lycourgos, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Szpunar,</P><P>Reġistratur: R. Șereș, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20190110">10 ta’ Jannar 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal SC Petrotel-Lukoil SA, minn D.‑D. Dascălu u A. M. Iordache, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Rumen, minn C.‑R. Canţăr, R. I. Haţieganu u L. Liţu, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn A. Armenia u C. Perrin, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas-<DATE ISO="20190516">16 ta’ Mejju 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 2(3) u tal-Artikolu 21(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-<DATE ISO="20031027">27 ta’ Ottubru 2003</DATE> li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti enerġetiċi u elettriku (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 405).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn, minn naħa, SC Petrotel-Lukoil SA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>PLK<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) u, min-naħa l-oħra, l-Agenţia Naţională de Administrare Fiscală – Direcţia Generală de Administrare a Marilor Contribuabili (l-Aġenzija Nazzjonali tal-Amministrazzjoni Fiskali – id-Direttorat Ġenerali għall-Amministrazzjoni ta’ Kontribwenti Kbar, ir-Rumanija) u l-Agenţia Naţională de Administrare Fiscală – Direcţia Generală de Soluţionare a Contestaţiilor (l-Aġenzija Nazzjonali tal-Amministrazzjoni Fiskali – id-Direttorat Ġenerali għall-Ipproċessar tal-Ilmenti, ir-Rumanija) dwar aġġustament fiskali fir-rigward, b’mod partikolari, tat-taxxa fir-rigward tad-dazji tas-sisa fuq prodotti enerġetiċi kkunsmati fi ħdan l-installazzjonijiet ta’ PLK.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 2 sa 7, 9, 11, 12 u 24 tad-Direttiva 2003/96 jiddikjaraw:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>(2)</NO.P><TXT>L-assenza ta’ proviżżjonijiet tal-Komunità li timponi rata minima ta’ tassazzjoni fuq l-elettriku u prodotti enerġetiċi minbarra żjut minerali tista’ taffetwa ħażin il-funzjonijiet kif suppost tas-suq intern.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(3)</NO.P><TXT>Il-funzjonijiet kif suppost tas-suq intern u s-seħħ ta’ għanijiet ta’ politiki oħra tal-Kommunità jinħtieġu livelli minimi ta’ tassazzjoni li jkunu stabbiliti fuq livell Kommunitarju għall-bosta mill-prodotti enerġetiċi, u jinkludu l-elettriku, gass naturali u faħam.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(4)</NO.P><TXT>Differenzi sostanzjali dwar livelli nazzjonali ta’ tassazzjoni fuq l-enerġija minn Stati Membri tista’ tkun ta’ detriment għall-funzjonament kif suppost tas-suq intern.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(5)</NO.P><TXT>L-istabbilament ta’ livelli minimi u approprijati ta’ tassazzjoni mill-Kommunità tista’ tnaqqas differenzi eżistenti ta’ tassazzjoni fil-livell nazzjonali.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(6)</NO.P><TXT>Skond l-Artikolu 6 tat-Trattat [KE], il-ħtiġijiet dwar il-protezzjoni ta’ l-ambjent għandhom jiġu integrati fid-definizzjoni u implimentazzjoni ta’ politiki oħra tal-Komunità.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(7)</NO.P><TXT>Bħala sieħba tal-konvenzjoni kwadru tan-Nazzjonijiet Uniti dwar tibdil fil-klima, il-Komunità irratifikat il-Protokoll ta’ Kyoto. It-tassazzjoni fuq prodotti enerġetiċi u, fejn xieraq, ta’ l-elettriku hija waħda mill-istrumenti disponibbli biex jinkisbu l-iskopijiet tal-Protokoll ta’ Kyoto.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(9)</NO.P><TXT>Stati Membri għandhom jingħataw il-flessibilità neċessarja biex jiddefinixxu u jimplimentaw politiki xierqa skond iċ-cirkostanzi nazzjonali tagħhom.</TXT></NP></CONSID><?PAGE NO="3"?><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(11)</NO.P><TXT>Arranġamenti fiskali magħmula b’konnessjoni ma’ l-implimentazzjoni ta’ dan il-qafas fi ħdan il-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti enerġetiċi u elettriku huma suġġett għal kull Stat Membru li jiddeċiedi. F’dan ir-rigward, Stati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jgħollux il-piż globali tat-taxxa jekk huma jikkonsidraw li l-implimentazzjoni ta’ dan il-prinċipju ta’ newtralità fuq it-taxxa jista’ jikkontribwixxi għall-ristrutturar u l-immodernizzar tas-sistema tagħhom ta’ tassazzjoni billi jinkoraġixxi aġir li jwassal għall-protezzjoni ikbar ta’ l-ambjent u li jżid ix-xogħol.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(12)</NO.P><TXT>Prezzijiet fuq l-enerġija huma elementi importanti għall-politiki tal-Komunità dwar enerġija, trasport u ambjent.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(24)</NO.P><TXT>Stati Membri għandhom jiġu permessi li japplikaw eżenzjonijiet oħra jew livelli mnaqqsa ta’ tassazzjoni, sakemm dan ma jkunx ta’ detriment għall-iffunzjonar kif suppost tas-suq intern u li ma jirriżultax fi tfixkil tal-kompetizzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) sa (3) ta’ din id-direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, it-terminiloġija <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>prodotti enerġetiċi<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="2019" ID="QE0004"/> għandha tapplika għall-prodotti:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>li huma deskritti taħt Kodiċi NM 2701, 2702 u 2704 sa 2715 (inklużiv);</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-Direttiva tapplika ukoll għal: Elettriku kif deskritt taħt Kodiċi NM 2716.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Meta l-prodotti ta’ l-enerġija, minbarra dawk li għalihom hemm livell ta’ tassazzjoni speċifikata f’din id-Direttiva, ikunu intenzjonati għall-użu, għall-bejgħ jew użati bħala karburant tal-karozzi jew karburant li jsaħħan [kombustibbli], dawn għandhom jiġu intaxxati skond l-użu, bl-istess rata tal-karburant li jsaħħan u l-karburant tal-karozzi.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 14(1) tal-imsemmija direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Barra d-disposizzjonijiet ġenerali kif imniżżla f’Direttiva [tal-Kunsill] 92/12/KEE [tal-<DATE ISO="19920225">25 ta’ Frar 1992</DATE> dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti soġġetti għad-dazji tas-sisa u dwar iż-żamma, ċaqliq u mmonitorjar ta’ dan it-tip ta’ prodotti [hekk kif immodifikata bid-Direttiva tal-Kunsill 2000/47/KE tal-<DATE ISO="20000720">20 ta’ Lulju 2000</DATE>] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 9, Vol. 1, p. 179)] fuq użijiet eżenti ta’ prodotti taxxabli, u mingħajr preġudizzju għall-disposizzjonijiet oħra tal-Komunità, Stati Membri għandhom jeżentaw dan li ġej mit-tassazzjoni b’kondizzjonijiet li huma għandhom jagħmlu biex jiżguraw l-applikazzjoni korretta u sempliċi ta’ dawn l-eżenzjonijiet u biex jimpedixxu l-evażjoni, ħrib mit-taxxa jew abbuż:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>prodotti [enerġetiċi] u elettriku użati biex jipproduċu elettriku u elettriku użat biex iżomm il-produzzjoni ta’ l-elettriku. Madankollu, Stati Membri jistgħu, għal raġunijiet ta’ politika dwar l-ambjent, jissotomettu dawn il-prodotti għall-tassazzjoni mingħajr ma joqgħodu jirrispettaw<?PAGE NO="4"?> il-livelli minimi ta’ tassazzjoni kif imniżżla f’din id-Direttiva. F’każ bħal dan, it-tassazzjoni ta’dawn il-prodotti ma għandhiex tiġi ikkonsidrata sabiex tissodisfa il-livell minimu ta’ tassazzjoni fuq l-elettriku kif imniżżel fl-Artikolu 10;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 21 tal-istess direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="021.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Flimkien mad-disposizzjonijiet ġenerali li jiddefinixxu l-att li jwassal għal ħlas u d-disposizzjonijiet imniżżla f’Direttiva 92/12/KEE, l-ammont ta’ tassazzjoni fuq prodotti enerġetiċi għandha tiġi dovuta fl-okkorrenza ta’ wieħed mill-atti li jwassal għal ħlas msemmija fl-Artikolu 2(3).</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="021.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Il-konsum ta’ prodotti [enerġetiċi] f’żona tmiss ma stabilliment li jipproduċi prodotti [enerġetiċi] ma għandux jiġi kknsidrat bħala l-att li jwassal għal ħlas li jagħti lok għall-tassazzjoni, jekk il-konsum jikkonsisti fi prodotti ta’enerġija magħmula fiż-żona ta’ l-isatbbiliment. Stati membri jistgħu jikkonsidraw ukoll il-konsum ta’ l-elettriku u prodotti oħra ta’ enerġija li ma jiġux magħmula fiż-żona ta’ stabbiliment bħal dan u l-konsum ta’ prodotti [enerġetiċi] u elettriku fiż-żona tmiss ma stabbbiliment fejn issir produzzjoni ta’ karburanti biex jintużaw għall-ġenerazzjoni ta’ elettriku li ma jagħtux lok għal l-att li jwassal għal ħlas. Fejn il-konsum isir għall-skopijiet li ma għandhomx x’jaqsmu mal-produzzjoni ta’ prodotti [enerġetiċi] u b’mod partikolari għall-propulsjoni ta’ vetturi, dan għandu jiġi kkonsidrat bħala l-att li jwassal għal ħlas, li jagħti lok għall-tassazzjoni.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="021.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Bl-iskop li japplika l-Artikoli 5 u 6 ta’ Direttiva 92/12/KEE, eletrriċità u gass naturali għandhom ikunu suġġett għall-tassazzjoni u għandhom jiġu dovuti meta ssir il-fornitura mid-distributur jew ridistributur. […]</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA><ALINEA>Entità li tipproduċi l-elettriku għall-użu tagħha stess għandha tiġi kkonsidrata bħala distributur. Minkejja l-Artikolu 14(1)(a), Stati Membri jistgħu jeżentaw produtturi żgħar ta’ l-elettriku jekk kemm-il darba huma jintaxxaw il-prodotti [enerġetiċi] użati għall-produzzjoni ta’ dik l-elettriku.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Rumen</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 175 tal-Legea nr. 571/2003 privind Codul fiscal (il-Liġi Nru 571/2003 dwar il-Kodiċi tat-Taxxi), tat-<DATE ISO="20031222">22 ta’ Diċembru 2003</DATE> (Monitorul Oficial al României, Parti I, Nru 927 tat-<DATE ISO="20031223">23 ta’ Diċembru 2003</DATE>), fis-seħħ sal-<DATE ISO="20100331">31 ta’ Marzu 2010</DATE>, kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="175.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Għall-finijiet ta’ dan it-titolu, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>prodotti bażiċi<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> tfisser:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>li huma deskritti taħt Kodiċi NM 2701, 2702 u 2704 sa 2715 (inklużiv);</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG><P>[…]</P><?PAGE NO="5"?><PARAG IDENTIFIER="175.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-prodotti enerġetiċi suġġetti għad-dazji tas-sisa huma dawn:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>id-diżil jaqa’ taħt Kodiċi NM <FT TYPE="CN">27101941</FT> sa <FT TYPE="CN">27101949</FT> (inklużiv);</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(g)</NO.P><TXT>iż-żejt għall-magni jaqa’ taħt Kodiċi NM <FT TYPE="CN">27101961</FT> sa <FT TYPE="CN">27101969</FT> (inklużiv);</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="175.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Il-prodotti enerġetiċi, minbarra dawk previsti fil-paragrafu 3, huma suġġetti għal dazji tas-sisa jekk ikunu intiżi għall-użu, għall-bejgħ jew użati bħala kombustibbli jew bħala karburant. Ir-rata tad-dazji tas-sisa hija stabbilita skont id-destinazzjoni, bir-rata użata għall-kombustibbli jew il-karburant ekwivalenti.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="175.007"><NO.PARAG>7.</NO.PARAG><ALINEA>Il-konsum ta’ prodotti enerġetiċi fi ħdan il-post tal-produzzjoni ta’ prodotti enerġetiċi ma jirrappreżentax rilaxx għall-konsum meta jsir għal finijiet ta’ produzzjoni. Meta dan il-konsum jitwettaq għal finijiet li ma humiex dawk ta’ produzzjoni, u b’mod partikolari l-propulsjoni ta’ vetturi, dan jitqies bħala rilaxx għall-konsum.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Il-modalitajiet ta’ applikazzjoni ta’ din il-liġi, hekk kif approvati permezz tad-deċiżjoni tal-Gvern Nru 44/2004, kienu jipprevedu, fir-rigward tal-Artikolu 175 tal-imsemmija liġi, dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="175.005A"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>5.1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-prodotti enerġetiċi, minbarra dawk previsti fl-Artikolu 175(3) tal-Liġi Nru 571/2003 dwar il-Kodiċi tat-Taxxa, kif emendata u kkompletata iktar tard, huma suġġetti għad-dazji tas-sisa meta:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-prodotti huma prodotti bl-iskop li jintużaw bħala kombustibbli jew bħala karburant;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>il-prodotti jinbiegħu bħala kombustibbli jew bħala karburant;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>lill-prodotti jintużaw bħala kombustibbli jew bħala karburant.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="175.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Kull operatur ekonomiku li jinsab f’waħda mis-sitwazzjonijiet previsti fil-paragrafu 1 huwa marbut, qabel il-produzzjoni, il-bejgħ jew l-użu ta’ prodotti enerġetiċi, li jressaq talba lill-Ministeru għall-Finanzi Pubbliċi – il-Kumitat Responsabbli mill-Awtorizzazzjoni tal-Imħażen tat-Taxxa, għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tal-prodotti inkwistjoni fir-rigward tad-dazji tas-sisa. Din it-talba għandha tkun akkumpanjata b’mod obbligatorju mir-rendikont tal-analiżi tal-imsemmi prodott, maħruġ minn laboratorju awtorizzat, tal-klassifikazzjoni tariffarja tal-prodott mogħtija mill-Amministrazzjoni Doganali Nazzjonali, u mill-opinjoni tal-Ministeru għall-Ekonomija u għall-Kummerċ, dwar l-assimilazzjoni ta’ dan il-prodott ma’ prodott ekwivalenti li fuqu huma stabbiliti d-dazji tas-sisa.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="175.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Għall-prodotti li jinsabu f’waħda mis-sitwazzjonijiet previsti fl-Artikolu 175(4), (5) u (6) tal-Liġi Nru 571/2003 dwar il-Kodiċi tat-Taxxa, kif emendata u kkompletata iktar tard, li fir-rigward tagħhom l-operatur ekonomiku ma josservax l-obbligi previsti fil-paragrafi 2 u 3, sisa ugwali għal dik fuq il-petrol għaċ-ċomb hija dovuta fil-każ ta’ karburanti u addittivi, u s-sisa fuq id-diżil fil-każ tal-karburanti.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 206<HT TYPE="SUP">16</HT> tal-Liġi Nru 571/2003 dwar il-Kodiċi tat-Taxxa, fil-verżjoni tiegħu fis-seħħ mill-<DATE ISO="20100401">1 ta’ April 2010</DATE>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="206.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Għall-finijiet ta’ dan il-kapitolu, <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>prodotti enerġetiċi<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/> tfisser:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>il-prodotti li huma deskritti taħt il-Kodiċi NM 2701, 2702 u 2704 sa 2715 (inklużiv);</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="206.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-prodotti enerġetiċi suġġetti għad-dazji tas-sisa huma dawn:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>id-diżil li jaqa’ taħt il-Kodiċi NM <FT TYPE="CN">27101941</FT> sa <FT TYPE="CN">27101949</FT> (inklużiv);</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(g)</NO.P><TXT>iż-żejt għall-magni li jaqa’ taħt il-Kodiċi NM <FT TYPE="CN">27101961</FT> sa <FT TYPE="CN">27101969</FT> (inklużiv);</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="206.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Il-prodotti enerġetiċi, minbarra dawk previsti fil-paragrafu 3, huma suġġetti għal dazji tas-sisa jekk ikunu intiżi għall-użu, għall-bejgħ jew użati bħala kombustibbli jew bħala karburant. Ir-rata tad-dazji tas-sisa hija stabbilita skont id-destinazzjoni, bir-rata użata għall-kombustibbli jew il-karburant ekwivalenti.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="206.007"><NO.PARAG>7.</NO.PARAG><ALINEA>Il-konsum ta’ prodotti enerġetiċi fi ħdan il-post ta’ produzzjoni ta’ prodotti enerġetiċi ma huwiex ikkunsidrat bħala fatt li joħloq dazji tas-sisa jekk il-konsum jikkonsisti fi prodotti enerġetiċi prodotti fi ħdan dan il-post ta’ produzzjoni. Meta dan il-konsum jitwettaq għal finijiet li ma humiex dawk ta’ produzzjoni, u b’mod partikolari l-propulsjoni ta’ vetturi, din hija kkunsidrata bħala fatt li jagħti lok għas-sisa.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Matul is-sena 2011, paragrafu [4<HT TYPE="SUP">1</HT>] ġie introdott fl-Artikolu 206<HT TYPE="SUP">16</HT> tal-Liġi Nru 571/2003 dwar il-Kodiċi tat-Taxxi. Jgħid dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Il-prodotti enerġetiċi previsti fil-paragrafu 3(g), jew assimilati magħhom, jekk huma intiżi għall-użu, għall-bejgħ jew użati bħala karburanti, bl-eċċezzjoni ta’ dawk użati bħala karburanti għan-navigazzjoni, huma suġġetti għall-istess rata ta’ dazji tas-sisa bħad-diżil.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Il-modalitajiet ta’ applikazzjoni tal-imsemmija liġi huma fformulati kif ġej, fir-rigward tal-Artikolu 206<HT TYPE="SUP">16</HT> tagħha:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>78. 1. […]</P><PARAG IDENTIFIER="206.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Kull prodott, minbarra dak previst fl-Artikolu 206<HT TYPE="SUP">16</HT>(3) tal-Kodiċi tat-Taxxi, huwa suġġett għad-dazji tas-sisa meta:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-prodott huwa prodott bil-għan li jintuża bħala kombustibbli jew bħala karburant;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>il-prodott jitqiegħed għall-bejgħ bħala kombustibbli jew bħala karburant;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="7"?><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>il-prodott huwa użat bħala kombustibbli jew bħala karburant.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="206.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Kull operatur ekonomiku li jinsab f’waħda mis-sitwazzjonijiet previsti fil-paragrafu 2 għandu, qabel il-manifattura, jinżamm il-bejgħ jew l-użu tal-prodotti, jagħmel talba lill-kumitat [responsabbli għall-awtorizzazzjoni tal-imħażen tat-taxxa], għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tal-prodotti inkwistjoni fir-rigward tad-dazji tas-sisa. Din it-talba għandha tkun akkumpanjata b’mod obbligatorju mir-rendikont ta’ analiżi tal-imsemmi prodott, maħruġ minn laboratorju awtorizzat, mill-klassifikazzjoni tariffarja tal-prodott li sar mill-amministrazzjoni nazzjonali tad-dwana u mill-opinjoni tal-Ministeru tal-Ekonomija u tal-Kummerċ dwar l-assimilazzjoni ta’ dan il-prodott għal prodott ekwivalenti li fuqu huma stabbiliti dazji tas-sisa.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="206.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Għall-prodotti li jinsabu f’waħda mis-sitwazzjonijiet previsti fl-Artikolu 206<HT TYPE="SUP">16</HT>(4), (5) u (6) tal-Kodiċi tat-Taxxi, li fir-rigward tagħhom l-operatur ekonomiku ma josservax l-obbligi previsti fil-paragrafu 3, sisa ugwali għal dik fuq il-petrol biċ-ċomb hija dovuta fil-każ ta’ karburanti u addittivi, u s-sisa fuq id-diżil fil-każ tal-karburanti.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>PLK teżerċita attività ta’ manifattura ta’ prodotti enerġetiċi, b’mod partikolari ta’ tipi differenti ta’ karburant, bis-saħħa ta’ diversi awtorizzazzjonijiet ta’ maħżen tat-taxxa li jippermettulha, taħt sospensjoni tad-dazji tas-sisa, li tirċievi, tipproduċi, tipproċessa, iżżomm u tibgħat uħud minn dawn il-prodotti. Fil-kuntest tal-attivitajiet tagħha PLK tiġġenera, ukoll, żejt għall-magni 40/42S u żejt għall-magni nofsu maħdum.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>It-tranżazzjonijiet imwettqa minn PLK matul il-perijodu bejn l-<DATE ISO="20090101">1 ta’ Jannar 2009</DATE> u l-<DATE ISO="20111231">31 ta’ Diċembru 2011</DATE> kienu suġġetti għal kontroll fiskali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Ġie kkonstatat, b’mod partikolari, li PLK kienet ikkunsmat iż-żejt għall-magni 40/42S u ż-żejt għall-magni nofsu maħdum bħala kombustibbli, kemm għall-fran tal-faċilitajiet teknoloġiċi tagħha kif ukoll għall-bojlers tal-impjant termoelettriku tagħha stess sabiex jikseb il-fwar neċessarju għall-produzzjoni tal-enerġija termika u elettrika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-awtoritajiet ta’ sorveljanza fiskali osservaw ukoll li, f’dak li jirrigwarda ż-żejt għall-magni nofsu maħdum, PLK qatt ma kienet talbet l-assimilazzjoni ma’ prodott ekwivalenti għall-finijiet tad-determinazzjoni tad-dazji tas-sisa relatati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Konsegwentement, inħareġ avviż ta’ taxxa, fit-<DATE ISO="20141218">18 ta’ Diċembru 2014</DATE>, għall-finijiet tal-ħlas ta’ dazji tas-sisa addizzjonali li kien jirrigwarda, b’mod partikolari, ir-rilaxx għall-konsum intern taż-żejt għall-magni 40/42S u taż-żejt għall-magni nofsu maħdum fiċ-ċentrali termoelettrika tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali. Għall-finijiet tal-kalkolu ta’ dawn id-dazji tas-sisa, fl-assenza ta’ deċiżjoni ta’ assimilazzjoni taż-żejt għall-magni nofsu maħdum ma’ prodott tal-enerġija ieħor, l-awtoritajiet ta’ sorveljanza fiskali applikaw ir-rata tad-dazji tas-sisa imposta fuq id-diżil.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>L-ilment imressaq minn PLK kontra dan il-kont tat-taxxa ġie miċħud fil-<DATE ISO="20151111">11 ta’ Novembru 2015</DATE> mid-Direttorat Ġenerali għall-Ipproċessar tal-Ilmenti. F’dan ir-rigward, ma tteħidx inkunsiderazzjoni l-fatt li, sussegwentement għall-kontroll fiskali, permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20150427">27 ta’ April 2015</DATE>, iż-żejt għall-magni nofsu maħdum kien ġie assimilat maż-żejt għall-magni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20160105">5 ta’ Jannar 2016</DATE>, PLK ressqet rikors quddiem il-qorti tar-rinviju intiż għall-annullament ta’ din id-deċiżjoni, għall-annullament parzjali tal-avviż ta’ taxxa tat-<DATE ISO="20141218">18 ta’ Diċembru 2014</DATE> u għar-rikonoxximent tad-dritt tagħha għall-ħlas lura ta’ ċerti somom imħallsa indebitament bħala dazji tas-sisa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, is-soluzzjoni tal-kawża prinċipali, li tirrigwarda l-eżistenza jew le tal-obbligi fiskali inkwistjoni fil-kawża prinċipali u, jekk ikun il-każ, fuq l-ammont tagħhom, tiddependi mill-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn naħa, il-kawża prinċipali tqajjem kwistjoni dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 21(3) tad-Direttiva 2003/96, li jipprevedi eċċezzjoni għall-fatt taxxabbli għall-konsum ta’ prodotti enerġetiċi fi ħdan stabbiliment li jipproduċi prodotti enerġetiċi meta l-prodotti kkunsmati jkunu ġew immanifatturati f’dan l-istabbiliment. Min-naħa l-oħra, xi preċiżazzjonijiet huma neċessarji f’dak li jirrigwarda l-mekkaniżmu stabbilit fl-Artikolu 2(3) ta’ din id-direttiva dwar it-tassazzjoni tal-prodotti enerġetiċi li għalihom din ma tipprevedi ebda rata speċifika. F’dan ir-rigward, għandu jiġi ddeterminat jekk ir-rifjut tal-awtorità fiskali li tieħu inkunsiderazzjoni d-deċiżjoni ta’ assimilazzjoni sussegwenti taż-żejt għall-magni nofsu maħdum maż-żejt għall-magni jiksirx il-prinċipju ta’ proporzjonalità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Curtea de Apel București (il-Qorti tal-Appell ta’ Bukarest, ir-Rumanija) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari segwenti:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>1)</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 21(3) tad-[Direttiva 2003/96] jipprekludu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 175, fis-seħħ sal-<DATE ISO="20100331">31 ta’ Marzu 2010</DATE> [tal-Liġi Nru 571/2003 dwar il-Kodiċi Fiskali] u tal-Artikolu 20616, fis-seħħ mill-<DATE ISO="20100401">1 ta’ April 2010</DATE> [tal-imsemmija liġi], kif ukoll ta’ leġiżlazzjonijiet sussegwenti adottati bl-applikazzjoni tagħhom?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 2003/96/KE tas‑<DATE ISO="20031027">27 ta’ Ottubru 2003</DATE> li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti enerġetiċi u elettriku jipprekludu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 175, fis-seħħ sal-<DATE ISO="20100331">31 ta’ Marzu 2010</DATE> tal-Codul fiscal – Legea nr. 571/2003 u tal-Artikolu 20616, fis-seħħ mill-<DATE ISO="20100401">1 ta’ April 2010</DATE> tal-Codul fiscal – Legea nr. 571/2003, kif ukoll ta’ leġiżlazzjonijiet sussegwenti adottati bl-applikazzjoni tagħhom?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Il-prinċipju ta’ proporzjonalità jipprekludi lill-Istat milli jżomm is-sisa inizjalment ikkalkolata għall-prodott <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>nafta<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>[diżil] meta jiddeċiedi dwar l-ilment imressaq mill-persuna taxxabbli/mill-kumpannija, u b’dan il-mod jinjora l-fatt li l-kumpannija għaldaqstant kisbet id-deċiżjoni li tipprevedi l-assimilazzjoni tal-prodott <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>żejt għall-magni nofsu maħdum<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> mal-prodott <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>żejt għall-magni<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> wara kontroll fiskali?<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 21(3) tad-Direttiva 2003/96 għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjonijiet jew prattiki nazzjonali li, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jipprevedu t-tassazzjoni ta’ prodotti enerġetiċi kkunsmati fiċ-ċentrali termoelettrika tal-istabbiliment fejn dawn il-prodotti enerġetiċi ġew immanifatturati.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li, skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 21(3) ta’ din id-direttiva, il-konsum ta’ prodotti enerġetiċi fi ħdan stabbiliment li jipproduċi prodotti enerġetiċi ma huwiex ikkunsidrat bħala fatt taxxabbli jekk il-prodotti enerġetiċi kkunsmati ġew immanifatturati fi ħdan l-istabbiliment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi kkonstatat li t-tielet sentenza tal-Artikolu 21(3) tal-imsemmija direttiva tippreċiża li ma jistax jibbenefika minn din l-eċċezzjoni għall-fatt taxxabbli l-konsum ta’ prodotti enerġetiċi li jipprevedi għanijiet li ma humiex marbuta mal-produzzjoni ta’ prodotti enerġetiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Għaldaqstant, sabiex jiġi evalwat jekk il-konsum, fl-impjant termoelettriku ta’ stabbiliment, ta’ prodotti enerġetiċi mmanifatturati f’dan l-istabbiliment jistax jaqa’ taħt l-eċċezzjoni prevista fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 21(3) tad-Direttiva 2003/96, hemm lok li jiġu eżaminati l-għanijiet ta’ tali konsum (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180606">6 ta’ Ġunju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Koppers Denmark</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑49/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:395">EU:C:2018:395</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, għandu jiġi rrilevat li l-konsum ta’ prodotti enerġetiċi, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma jistax jagħti lok għall-applikazzjoni tal-eċċezzjoni għall-fatt li jagħti lok għat-taxxa għal dawk minnhom użati għall-finijiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija li ma hijiex hija stess iddestinata għall-produzzjoni ta’ prodotti enerġetiċi. Dan huwa l-każ, b’mod partikolari, kif irrikonoxxiet ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali matul is-seduta, ta’ użu tas-sħana prodotta fl-impjant termoelettriku tal-istabbiliment tagħha għall-finijiet tat-tisħin tal-bini tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, il-konsum tal-parti ta’ prodotti enerġetiċi li hija intiża li tipproduċi prodotti enerġetiċi li jiġġeneraw, fiċ-ċentrali termoelettrika, l-enerġija termika neċessarja għall-proċess teknoloġiku tal-manifattura tal-imsemmija prodotti jaqa’ taħt l-eċċezzjoni għall-fatt taxxabbli, prevista fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 21(3) tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hekk kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 23 tal-konklużjonijiet tiegħu, huwa irrilevanti, minn naħa, li l-konsum ta’ prodotti enerġetiċi bħala kombustibbli jsir direttament fil-faċilitajiet teknoloġiċi ta’ produzzjoni ta’ prodotti enerġetiċi jew fiċ-ċentrali termoelettrika tal-istabbiliment għall-finijiet tal-ġenerazzjoni ta’ enerġija termali użata, sussegwentement, fil-proċess ta’ produzzjoni u, min-naħa l-oħra, li tali produzzjoni ta’ enerġija ssir permezz tal-ġenerazzjoni ta’ prodott intermedjarju, bħalma huwa l-fwar tal-ilma.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-ewwel nett, il-formulazzjoni tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 21(3) tad-Direttiva 2003/96 ma tkoprix proċess speċifiku li bis-saħħa tiegħu l-prodotti enerġetiċi għandhom jiġu kkunsmati fi ħdan l-istabbiliment fejn dawn ikunu ġew immanifatturati sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-eċċezzjoni għall-fatt li jiġġenera t-taxxa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Sussegwentement, l-interpretazzjoni mogħtija fil-punt 28 ta’ din is-sentenza hija kkonfermata mill-istruttura ġenerali tal-Artikolu 21(3) ta’ din id-direttiva. B’mod partikolari, jista’ jiġi dedott mill-formulazzjoni negattiva tat-tielet sentenza ta’ din id-dispożizzjoni li din hija intiża biss sabiex teskludi mill-benefiċċju ta’ din l-eċċezzjoni l-konsum ta’ prodotti enerġetiċi li ma għandhom ebda rabta mal-produzzjoni ta’ prodotti enerġetiċi. Minn dan jirriżulta li l-konsum ta’ prodotti enerġetiċi ma jistax, mis-sempliċi fatt tal-modalitajiet tiegħu, jiġi mċaħħad mill-benefiċċju tal-imsemmija eċċezzjoni, sa fejn dan jikkontribwixxi għall-proċess teknoloġiku tal-manifattura ta’ prodotti enerġetiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, interpretazzjoni li teskludi l-konsum ta’ prodotti enerġetiċi, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, mill-benefiċċju tal-Artikolu 21(3) tal-imsemmija direttiva għas-sempliċi raġuni li dan il-konsum iseħħ fiċ-ċentrali termoelettrika tal-istabbiliment ikkonċernat tmur kontra l-għanijiet segwiti mill-istess direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fil-fatt, tali interpretazzjoni tippreġudika l-produzzjoni ta’ enerġija termika f’installazzjonijiet ta’ koġenerazzjoni meta mqabbla mal-konsum ta’ prodotti enerġetiċi bħala kombustibbli direttament fi ħdan l-installazzjonijiet teknoloġiċi għall-manifattura ta’ prodotti enerġetiċi. B’dan il-mod, din<?PAGE NO="10"?> l-interpretazzjoni tkun ta’ natura li tippreġudika l-għan imfittex mid-Direttiva 2003/96, kif stabbilit fil-premessi 6, 7, 11 u 12 tagħha, intiż li jinkoraġġixxi għanijiet ta’ politika ambjentali, peress li l-koġenerazzjoni toffri potenzjal sinjifikattiv ta’ ffrankar ta’ enerġija primarja u tiġġenera inqas emissjonijiet ta’ CO<HT TYPE="SUB">2</HT> għal kull unità prodotta mill-produzzjoni separata ta’ sħana u ta’ elettriku (ara, b’analoġija, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180307">7 ta’ Marzu 2018</DATE>, <NAME.CASE>Cristal Union</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑31/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:168">EU:C:2018:168</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, il-parti ta’ prodotti enerġetiċi kkunsmati f’impjant termoelettriku għall-finijiet tal-produzzjoni tal-elettriku ma taqax taħt l-eċċezzjoni għall-fatt taxxabbli prevista fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 21(3) ta’ din id-direttiva. Madankollu, din il-konstatazzjoni hija bla ħsara għall-benefiċċju tal-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 14(1)(a) tal-imsemmija direttiva għall-prodotti enerġetiċi użati għall-produzzjoni tal-elettriku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fil-fatt, skont l-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2003/96, l-elettriku huwa wkoll is-suġġett tas-sistema ta’ tassazzjoni armonizzata stabbilita minn din id-direttiva. Minn dan jirriżulta, hekk kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 30 tal-konklużjonijiet tiegħu, li, għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ din l-iskema f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jekk ma hemmx lok li tittieħed inkunsiderazzjoni l-produzzjoni, fi ħdan ċentrali termoelettrika kkonċernata, tal-enerġija termika neċessarja għall-proċedura teknoloġika tal-manifattura ta’ prodotti enerġetiċi, dan ma jistax ikun il-każ tal-produzzjoni tal-elettriku fi ħdan dan l-impjant tal-enerġija. Għaldaqstant, fir-rigward tal-prodotti enerġetiċi użati għall-finijiet tal-ġenerazzjoni ta’ enerġija elettrika, għandu jiġi kkunsidrat li l-konsum tagħhom għandu bħala għan il-produzzjoni ta’ dan l-elettriku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Għalhekk ma jistax jiġi sostnut, kif issostni l-Kummissjoni, li l-ewwel sentenza tal-Artikolu 21(3) tal-imsemmija direttiva tapplika wkoll għall-prodotti enerġetiċi użati għall-produzzjoni ta’ elettriku kif ukoll għall-elettriku hekk prodott li jintuża fil-proċess ta’ manifattura ta’ prodotti enerġetiċi fi ħdan l-istabbiliment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Tali interpretazzjoni, li testendi l-portata tal-eċċezzjoni għall-fatt taxxabbli prevista f’din id-dispożizzjoni, hija tali li tippreġudika l-koerenza tas-sistema ta’ tassazzjoni stabbilita minn din l-istess direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Qabel kollox, għandu jitfakkar li dispożizzjoni derogatorja, bħall-ewwel sentenza tal-Artikolu 21(3) tad-Direttiva 2003/96, għas-sistema ta’ tassazzjoni prevista minn din tal-aħħar, għandha tiġi interpretata b’mod strett (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150305">5 ta’ Marzu 2015</DATE>, <NAME.CASE>Statoil Fuel u Retail</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑553/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:149">EU:C:2015:149</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Issa, għandu jiġi kkonstatat li l-kliem ta’ din id-dispożizzjoni ma jirreferixxix espliċitament għall-konsum tal-elettriku prodott fi stabbiliment li jipproduċi prodotti enerġetiċi għall-finijiet tal-manifattura ta’ tali prodotti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Sussegwentement, tali interpretazzjoni tikkontradixxi l-istruttura ġenerali ta’ din id-direttiva. Fil-fatt, minn naħa, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li kull entità li tipproduċi l-elettriku għall-użu tagħha stess, irrispettivament mill-kobor tagħha u indipendentement mill-attività ekonomika eżerċitata b’mod prinċipali, għandha titqies li hija distributur, fis-sens tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 21(5) tal-imsemmija direttiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180627">27 ta’ Ġunju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Turbogás</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑90/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:498">EU:C:2018:498</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Għalhekk ma hemmx lok li tiġi injorata, għall-finijiet tas-sistema ta’ tassazzjoni armonizzata stabbilita minn din id-direttiva, il-produzzjoni tal-elettriku mwettqa, għall-użu tiegħu stess, minn stabbiliment bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali li, għaldaqstant, jaqa’ taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>distributur<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, mit-tieni sentenza tal-Artikolu 21(3) tal-imsemmija direttiva jirriżulta li l-Istati Membri għandhom il-possibbiltà li jikkunsidraw, b’mod partikolari, il-konsum tal-elettriku għall-finijiet tal-produzzjoni ta’ prodotti enerġetiċi bħala li ma huwiex fatt taxxabbli.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Issa, interpretazzjoni li jkollha l-konsegwenza li awtomatikament tibbenefika l-elettriku prodott u użat għall-finijiet tal-produzzjoni ta’ prodotti enerġetiċi, f’kundizzjonijiet bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, mill-eċċezzjoni għall-fatt taxxabbli prevista fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 21(3) ta’ din l-istess direttiva jkollha l-effett li ċċaħħad lil din il-possibbiltà mill-effett utli tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, tali interpretazzjoni hija ta’ natura li tippreġudika l-kisba tal-għanijiet imfittxija mid-Direttiva 2003/96. Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 21(5) ta’ din id-direttiva għandu l-għan li jimla lakuna li setgħet tidher fi ħdan is-sistema ta’ tassazzjoni armonizzata stabbilita mill-imsemmija direttiva, billi jevita li l-elettriku prodott minn entità għall-użu tagħha stess jevita s-sistema ta’ tassazzjoni armonizzata stabbilita minn din l-istess direttiva (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180627">27 ta’ Ġunju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Turbogás</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑90/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:498">EU:C:2018:498</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Din id-dispożizzjoni, billi tipprekludi trattament mhux ugwali bejn l-entitajiet li, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jipproduċu l-elettriku li għandhom bżonn u dawk li jirrikorru għal provvista mingħand terzi għall-finijiet tal-produzzjoni ta’ prodotti enerġetiċi, tipparteċipa fit-twettiq tal-għanijiet tad-Direttiva 2003/96 peress li din, billi tistabbilixxi sistema ta’ tassazzjoni armonizzata tal-prodotti enerġetiċi u tal-elettriku, hija intiża b’mod partikolari, hekk kif jirriżulta mill-premessi 2 sa 5 u 24 tagħha, għall-promozzjoni tal-funzjonament tajjeb tas-suq intern fis-settur tal-enerġija billi jiġu evitati, b’mod partikolari, id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180627">27 ta’ Ġunju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Turbogás</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑90/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:498">EU:C:2018:498</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Issa, l-adozzjoni ta’ interpretazzjoni estensiva tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 21(3) ta’ din id-direttiva, li tipprovdi li l-eċċezzjoni għall-fatt taxxabbli tapplika għall-elettriku prodott fi ħdan stabbiliment bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali u użat għall-produzzjoni ta’ prodotti enerġetiċi, twassal għas-sitwazzjoni li l-leġiżlatur tal-Unjoni ried preċiżament jevita permezz tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 21(5) tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li, fir-rigward tal-elettriku prodott f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, huwa importanti li jiġu applikati, sabiex tiġi ppreżervata l-integrità tas-sistema ta’ tassazzjoni armonizzata stabbilita mid-Direttiva 2003/96, id-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva li l-leġiżlatur tal-Unjoni ddedika speċifikament għall-elettriku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-konsum ta’ prodotti enerġetiċi fl-impjant termoelettriku għall-finijiet tal-ġenerazzjoni ta’ enerġija elettrika ma jaqax taħt l-Artikolu 21(3) tal-imsemmija direttiva iżda taħt id-dispożizzjonijiet tagħha li jirrigwardaw il-produzzjoni tal-elettriku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>B’mod partikolari, kif ġie evokat fil-punt 33 ta’ din is-sentenza, dan il-konsum għandu, bħala prinċipju, jibbenefika mid-dispożizzjonijiet previsti fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 14(1)(a) tal-istess direttiva, li jipprovdu li l-prodotti enerġetiċi u l-elettriku użati għall-produzzjoni tal-elettriku kif ukoll l-elettriku użat sabiex tinżamm il-kapaċità tal-produzzjoni tal-elettriku huma eżenti mit-taxxa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li din id-dispożizzjoni timponi lilha nnifisha fuq l-Istati Membri, mingħajr ħsara għall-possibbiltà lilhom mogħtija, skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 14(1)(a) tad-Direttiva 2003/96, li jidderogaw minn din is-sistema ta’ eżenzjoni għal raġunijiet relatati mal-ħarsien tal-ambjent (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180627">27 ta’ Ġunju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Turbogás</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑90/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:498">EU:C:2018:498</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Issa, mill-fajl li għandha l-Qorti tal-Ġustizzja ma jirriżultax li r-Rumanija għamlet użu minn din il-fakultà, fatt li madankollu għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal iktar ’il fuq, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikolu 21(3) tad-Direttiva 2003/96 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjonijiet jew prattiki nazzjonali li jipprevedu t-tassazzjoni ta’ prodotti enerġetiċi kkunsmati fiċ-ċentrali termoelettrika tal-istabbiliment fejn dawn ġew immanifatturati sakemm dan il-konsum huwa intiż li jipproduċi prodotti enerġetiċi filwaqt li jiġġenera l-enerġija termika meħtieġa għall-proċess teknoloġiku<?PAGE NO="12"?> tal-manifattura tal-imsemmija prodotti. Din l-interpretazzjoni hija bla ħsara għall-applikazzjoni, bħala prinċipju, tal-Artikolu 14(1)(a) ta’ din id-direttiva għall-parti tal-prodotti enerġetiċi kkunsmati għall-finijiet tal-produzzjoni tal-elettriku.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni u t-tielet domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni u tat-tielet domanda tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 2003/96 kif ukoll il-prinċipju ta’ proporzjonalità għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjonijiet jew prattiki nazzjonali li jipprevedu, fin-nuqqas ta’ tressiq ta’ talba quddiem l-awtoritajiet fiskali kompetenti għall-finijiet tal-klassifikazzjoni fir-rigward tad-dazji tas-sisa ta’ prodotti enerġetiċi, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn il-livell ta’ tassazzjoni tagħhom ma ġiex iffissat minn din id-direttiva, l-applikazzjoni tar-rata tad-dazji tas-sisa prevista għad-diżil u ż-żamma ta’ din ir-rata, anki jekk tkun inkisbet sussegwentement deċiżjoni ta’ klassifikazzjoni li permezz tagħha dawn il-prodotti jiġu assimilati maż-żejt għall-magni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li kemm l-istruttura ġenerali kif ukoll l-għan tal-imsemmija direttiva huma bbażati fuq il-prinċipju li l-prodotti enerġetiċi huma ntaxxati skont l-użu reali tagħhom, filwaqt li tittieħed inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari, id-distinzjoni netta bejn il-karburanti u l-kombustibbli li fuqha din l-istess direttiva hija bbażata (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160602">2 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>ROZ-ŚWIT</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑418/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:400">EU:C:2016:400</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170713">13 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Vakarų Baltijos laivų statykla</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑151/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:537">EU:C:2017:537</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 2003/96 jipprovdi li, meta prodotti enerġetiċi li ma humiex dawk li għalihom huwa speċifikat livell ta’ tassazzjoni f’din id-direttiva jiġu ntaxxati, għandhom jiġu ntaxxati skont l-użu, bl-istess rata tal-kombustibbli li jsaħħan u l-karburant tal-karozzi. Kif jirriżulta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>[il-kombustibbli] jew il-karburant ekwivalenti<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, għandu jiġi ddeterminat, qabel kollox, skont l-użu, bħala kombustibbli jew bħala karburant, li jsir mill-prodott inkwistjoni, qabel ma jiġi identifikat dak tal-karburanti jew tal-kombustibbli li jidhru fit-tabella rilevanti tal-Anness I tal-imsemmija direttiva li dan il-prodott jissostitwixxi ruħu b’mod effettiv fl-użu tiegħu jew, fin-nuqqas ta’ dan, dak li, minħabba l-proprjetajiet u d-destinazzjoni tiegħu, huwa l-iktar qrib tiegħu (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140403">3 ta’ April 2014</DATE>, <NAME.CASE>Kronos Titan u Rhein-Ruhr Beschichtungs-Service</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑43/13 u C‑44/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:216">EU:C:2014:216</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Sa fejn id-Direttiva 2003/96 ma tipprovdix mekkaniżmu ta’ kontroll partikolari tal-użu reali ta’ prodotti enerġetiċi u lanqas ta’ miżuri intiżi li jiġġieldu kontra l-frodi fiskali marbuta mal-użu ta’ dawn il-prodotti, huma l-Istati Membri li għandhom jipprevedu tali mekkaniżmi u tali miżuri fid-dritt nazzjonali tagħhom, fl-osservanza tad-dritt tal-Unjoni. F’dan ir-rigward, mill-premessa 9 ta’ din id-direttiva jirriżulta li l-Istati Membri għandhom marġni ta’ diskrezzjoni fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politiki skont il-kuntesti nazzjonali (ara, b’analoġija, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160602">2 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>ROZ-ŚWIT</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑418/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:400">EU:C:2016:400</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dan, il-marġni ta’ diskrezzjoni rrikonoxxut lill-Istati Membri ma jistax iqiegħed inkwistjoni l-prinċipju li l-prodotti enerġetiċi huma ntaxxati skont l-użu reali tagħhom (ara, b’analoġija, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170713">13 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Vakarų Baltijos laivų statykla</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑151/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:537">EU:C:2017:537</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Issa, imorru kontra dan il-prinċipju d-dispożizzjonijiet jew prattiki nazzjonali, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jipprevedu, fl-assenza ta’ preżentata ta’ talba quddiem l-awtoritajiet fiskali kompetenti għall-finijiet tal-klassifikazzjoni ta’ prodotti enerġetiċi fir-rigward tad-dazji tas-sisa, l-applikazzjoni għal dawn il-prodotti tar-rata użata għad-diżil u ż-żamma ta’ din ir-rata, peress li dawn id-dispożizzjonijiet jew dawn il-prattiki jistgħu jissuġġettaw l-imsemmija prodotti għal taxxa li ma<?PAGE NO="13"?> tikkorrispondix għall-użu reali tagħhom, li huwa b’mod partikolari l-każ meta, bħal f’dan il-każ, l-imsemmija prodotti jkunu sussegwentement assimilati maż-żejt għall-magni (ara, b’analoġija, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160602">2 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>ROZ-ŚWIT</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑418/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:400">EU:C:2016:400</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Barra minn hekk, tali applikazzjoni awtomatika tar-rata tad-dazji tas-sisa prevista għad-diżil u ż-żamma ta’ din ir-rata fin-nuqqas ta’ tressiq ta’ tali talba ta’ klassifikazzjoni tikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-prinċipji ġenerali tad-dritt, fosthom il-prinċipju ta’ proporzjonalità, jagħmlu parti mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni. Għal dan il-għan, huma għandhom jiġu osservati mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, iżda wkoll mill-Istati Membri fl-eżerċizzju tas-setgħat mogħtija lilhom mid-direttivi tal-Unjoni (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160602">2 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>ROZ-ŚWIT</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑418/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:400">EU:C:2016:400</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Fl-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu, il-Gvern Rumen isostni li l-applikazzjoni għal prodotti enerġetiċi tar-rata ta’ dazji tas-sisa miżmuma fir-rigward tad-diżil u ż-żamma ta’ din ir-rata, fil-każ fejn l-operatur ekonomiku kkonċernat ma jkunx talab il-klassifikazzjoni tal-imsemmija prodotti fir-rigward tad-dazji tas-sisa, għandhom l-għan li jiġġieldu kontra l-evażjoni u l-frodi fiskali billi jevitaw li tali konsum ikun suġġett għar-rati previsti għall-kombustibbli filwaqt li l-użu effettiv tal-prodotti enerġetiċi bħala karburant għandu jkun suġġett għal taxxa ogħla.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Madankollu, il-fatt li tiġi applikata r-rata ta’ dazji tas-sisa prevista għal karburant, f’dan il-każ id-diżil, għal prodotti enerġetiċi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, u li jinżamm tali livell ta’ tassazzjoni, minħabba n-nuqqas ta’ tressiq ta’ talba għal klassifikazzjoni ta’ dawn il-prodotti, meta jkun ġie stabbilit iktar tard li, minħabba l-użu tagħhom bħala kombustibbli, għandhom jiġu assimilati maż-żejt għall-magni, imur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jiġu evitati l-evażjoni u l-frodi fiskali (ara, b’analoġija, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160602">2 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>ROZ-ŚWIT</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑418/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:400">EU:C:2016:400</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, għandu jiġi ppreċiżat li, għalkemm l-Istati Membri jistgħu jipprevedu l-impożizzjoni ta’ sanzjoni pekunjarja għall-ksur ta’ rekwiżiti formali bħal dak li jikkonsisti fl-introduzzjoni ta’ tali talba meta l-livell ta’ tassazzjoni ta’ dawn il-prodotti ma jkunx ġie stabbilit fid-Direttiva 2003/96, il-ksur ta’ rekwiżiti formali ma jistax jikkontesta t-tassazzjoni ta’ prodotti bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali konformement mal-kundizzjonijiet sostantivi previsti fl-Artikolu 2(3) ta’ din id-direttiva (ara, b’analoġija, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180627">27 ta’ Ġunju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Turbogás</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑90/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:498">EU:C:2018:498</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Għal din ir-raġuni, kif jirriżulta mill-punti 50 u 51 ta’ din is-sentenza, jaqgħu taħt dawn il-kundizzjonijiet sostantivi, relatati mat-tassazzjoni ta’ tali prodotti, l-użu reali tagħhom bħala kombustibbli jew karburant kif ukoll l-identifikazzjoni tagħhom ma’ dak tal-karburanti jew ma’ dak tal-kombustibbli li l-livell ta’ tassazzjoni tagħhom huwa stabbilit fl-imsemmija direttiva u li effettivament jissostitwixxu l-użu tagħhom jew, fin-nuqqas ta’ dan, dak li, minħabba l-proprjetajiet u l-iskop tiegħu, huwa l-iktar qrib tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Konsegwentement, għandu jiġi kkonstatat li l-obbligu impost fuq l-operaturi ekonomiċi li jressqu talba għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tal-prodotti enerġetiċi fir-rigward tad-dazji tas-sisa, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma jaqax taħt dawn il-kundizzjonijiet sostantivi u għandu biss bħala għan li jippermetti lill-awtoritajiet fiskali li jikkontrollaw l-osservanza tagħhom mill-imsemmija operaturi. Għalhekk, kuntrarjament għal dak li jsostni l-Gvern Rumen, dan l-obbligu huwa biss ta’ natura formali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għat-tieni u għat-tielet domanda għandha tkun li l-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 2003/96 kif ukoll il-prinċipju ta’ proporzjonalità għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjonijiet jew prattiki nazzjonali li jipprevedu, fin-nuqqas ta’ tressiq ta’ talba quddiem l-awtoritajiet fiskali kompetenti<?PAGE NO="14"?> għall-finijiet tal-klassifikazzjoni fir-rigward tad-dazji tas-sisa ta’ prodotti enerġetiċi li l-livell ta’ tassazzjoni tagħhom ma ġiex iffissat minn din id-direttiva, l-applikazzjoni tar-rata tad-dazji tas-sisa prevista għad-diżil u ż-żamma ta’ din ir-rata, anki jekk tkun inkisbet, sussegwentement, deċiżjoni ta’ klassifikazzjoni li permezz tagħha dawn il-prodotti jiġu assimilati maż-żejt għall-magni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 21(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-<DATE ISO="20031027">27 ta’ Ottubru 2003</DATE> li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti enerġetiċi u elettriku għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjonijiet jew prattiki nazzjonali li jipprevedu t-tassazzjoni ta’ prodotti enerġetiċi kkunsmati fiċ-ċentrali termoelettrika tal-istabbiliment fejn dawn ġew immanifatturati sakemm dan il-konsum huwa intiż li jipproduċi prodotti enerġetiċi filwaqt li jiġġenera l-enerġija termika meħtieġa għall-proċess teknoloġiku tal-manifattura tal-imsemmija prodotti. Din l-interpretazzjoni hija bla ħsara għall-applikazzjoni, bħala prinċipju, tal-Artikolu 14(1)(a) ta’ din id-direttiva għall-parti tal-prodotti enerġetiċi kkunsmati għall-finijiet tal-produzzjoni tal-elettriku.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 2003/96 kif ukoll il-prinċipju ta’ proporzjonalità għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjonijiet jew prattiki nazzjonali li jipprevedu, fin-nuqqas ta’ tressiq ta’ talba quddiem l-awtoritajiet fiskali kompetenti għall-finijiet tal-klassifikazzjoni fir-rigward tad-dazji tas-sisa ta’ prodotti enerġetiċi li l-livell ta’ tassazzjoni tagħhom ma ġiex iffissat minn din id-direttiva, l-applikazzjoni tar-rata tad-dazji tas-sisa prevista għad-diżil u ż-żamma ta’ din ir-rata, anki jekk tkun inkisbet, sussegwentement, deċiżjoni ta’ klassifikazzjoni li permezz tagħha dawn il-prodotti jiġu assimilati maż-żejt għall-magni.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>