12.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 154/15


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 8/2008

ta' l-1 ta' Frar 2008

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 156/2007 tas-7 ta' Diċembru 2007 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/597/KE tas-27 ta' Awwissu 2007 dwar in-nuqqas ta' inklużjoni tal-guazatine triacetate f'Annessi I, IA jew IB tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/639/KE tat-2 ta’ Ottubru 2007 li tistabbilixxi format komuni għas-sottomissjoni ta’ data u tagħrif skond ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar pollutanti organiċi persistenti (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punti li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara l-punt 12y (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/395/KE) fil-Kapitolu XV ta' l-Anness II għall-Ftehim:

“12z.

32007 D 0597: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/597/KE tas-27 ta' Awwissu 2007 dwar in-nuqqas ta' inklużjoni tal-guazatine triacetate f'Annessi I, IA jew IB tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 230, 1.9.2007, p. 18).

12za.

32007 D 0639: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/639/KE tat-2 ta’ Ottubru 2007 li tistabbilixxi format komuni għas-sottomissjoni ta’ data u tagħrif skond ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar pollutanti organiċi persistenti (ĠU L 258, 4.10.2007, p. 39).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjonijiet 2007/597/KE u 2007/639/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-2 ta' Frar 2008, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 1 ta' Frar 2008.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)   ĠU L 124, 8.5.2008, p. 18.

(2)   ĠU L 230, 1.9.2007, p. 18.

(3)   ĠU L 258, 4.10.2007, p. 39.

(*1)  L-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali m'huma indikati.