|
1.8.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 201/11 |
DIRETTIVA 2009/66/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-13 ta’ Lulju 2009
dwar l-apparat tal-isteering ta’ tratturi bir-roti tal-agrikoltura jew tal-foresterija
(Verżjoni kodifikata)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 75/321/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 1975 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-apparat tal-isteering ta’ tratturi bir-roti tal-agrikoltura jew tal-foresterija (3) ġiet emendata kemm-il darba (4) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kodifikata. |
|
(2) |
Id-Direttiva 75/321/KEE hija waħda mid-Direttivi separati dwar is-sistema tal-approvazzjoni tat-tip KE prevista mid-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE tal-4 ta’ Marzu 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija, kif sostitwita permezz tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/37/KE tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija, il-karrijiet tagħhom u makkinarju irmunkat interkambjabbli, flimkien mas-sistemi tagħhom, komponenti u elementi tekniċi separati (5) u li tistabilixxi preskrizzjonijiet tekniċi dwar dwar id-disinn u l-kostruzzjoni ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija. Dawk il-preskrizzjonijiet tekniċi jikkonċernaw l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri sabiex jippermettu l-applikazzjoni tal-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip KE, prevista mid-Direttiva 2003/37/KE għal kull tip ta’ trattur. Għaldaqstant, id-dispożizzjonijiet stabbiliti mid-Direttiva 2003/37/KE fir-rigward ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija, il-karrijiet tagħhom u makkinarju irmunkat interkambjabbli, flimkien mas-sistemi tagħhom, komponenti u unitajiet tekniċi separati ta’ dawn il-vetturi japplikaw għal din id-Direttiva. |
|
(3) |
Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi elenkati fl-Anness II, Parti B, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
1. “Trattur tal-agrikoltura jew tal-foresterija” tfisser kull vettura bil-mutur attrezzata b’roti jew ċineg ta’ madwar ir-roti u li jkollha mill-inqas żewġ fwies, li l-funzjoni prinċipali tagħha tkun fis-saħħa tal-ġbid u li hija ddisinjata b’mod speċjali biex tiġbed, timbotta, iġġorr jew tagħti l-enerġija lil ċerti għodod, makkinarju jew trejlers maħsuba għall-użu fl-agrikoltura jew fil-foresti. Tista’ tkun attrezzata biex iġġorr tagħbija u passiġġieri.
2. Din id-Direttiva għandha tgħodd biss għal tratturi definiti fil-paragrafu 1 li jkunu armati b’tyres pnewmatiċi u li jkollhom veloċità massima skont id-disinn ta’ bejn is-6 u l-40 km/siegħa.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri ma jistgħux jirrifjutaw li joħorġu approvazzjoni tat-tip KE jew li joħorġu id-dokument previst fl-Artikolu 2, punt (u) tad-Direttiva 2003/37/KE jew li joħorġu approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal tip ta’ trattur għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mal-apparat tal-isteering jekk dan jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Anness I.
2. L-Istati Membri ma jistgħux joħorġu d-dokument previst fl-Artikolu 2, punt (u), tad-Direttiva 2003/37/KE għal tip ta’ trattur li ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.
L-Istati Membri jistgħu jirrifjutaw li joħorġu approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal tip ta’ trattur li ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 3
Ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta r-reġistrazzjoni jew jipprojbixxi l-bejgħ, id-dħul inizjali fis-servizz, jew l-użu ta’ tratturi għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mal-apparat tal-isteering jekk dan jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Anness I.
Artikolu 4
L-emendi neċessarji biex jiġu adattati r-rekwiżiti tal-Anness sabiex jittieħed kont tal-progress tekniku għandhom jiġu adottati b’mod konformi mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 20(3) tad-Direttiva 2003/37/KE.
Artikolu 5
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test u d-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.
Artikolu 6
Id-Direttiva 75/321/KEE, kif emendata mid-Direttivi elenkati fil-Parti A tal-Anness II hija mħassra, bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi elenkati fil-Parti B tal-Anness II.
Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.
Artikolu 7
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2010.
Artikolu 8
Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2009.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
H.-G. PÖTTERING
Għall-Kunsill
Il-President
E. ERLANDSSON
(1) ĠU C 161, 13.7.2007, p. 38.
(2) L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Ġunju 2007 (ĠU C 146E, 12.6.2008, p. 73) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 2009.
(3) ĠU L 147, 9.6.1975, p. 24.
(4) Ara l-Anness II, Parti A.
ANNESS I
1. DEFINIZZJONIJIET
1.1. “Apparat tal-isteering ”
“Apparat tal-isteering ” tfisser l-apparat kollu li l-għan tiegħu hu li jbiddel id-direzzjoni tal-moviment tat-trattur.
L-apparat tal-isteering jista’ jinkludi:
|
— |
il-kontroll tal-isteering; |
|
— |
it-tagħmir tal-isteering; |
|
— |
ir-roti misjuqa; |
|
— |
fejn ikun applikabbli, l-apparat speċjali biex tiġi prodotta saħħa addizzjonali jew indipendenti. |
1.1.1. “Il-kontroll tal-isteering”
“Il-kontroll tal-isteering ” tfisser il-parti mħaddma direttament mis-sewwieq sabiex isuq it-trattur.
1.1.2. “It-tagħmir tal-isteering”
“It-tagħmir tal-isteering ” tfisser il-komponenti kollha bejn il-kontroll tal-isteering u r-roti misjuqa, bl-eċċezzjoni tal-apparat speċjali definit f’punt 1.1.4. It-tagħmir tal-isteering jista’ jkun mekkaniku, idrawliku, pnewmatiku, tal-elettriku jew taħlita ta’ dawn.
1.1.3. “Ir-roti misjuqa”
“Ir-roti misjuqa” tfisser:
|
— |
ir-roti li l-allinjament tagħhom jista’ jiġi mibdul direttament jew indirettament b’rabta ma’ dak tat-trattur sabiex tinkiseb bidla fid-direzzjoni tal-moviment tat-trattur; |
|
— |
ir-roti kollha ta’ tratturi artikulati; |
|
— |
ir-roti fuq l-istess fus, li l-veloċità tagħhom tista’ tiġi varjata sabiex tinkiseb bidla fid-direzzjoni tal-moviment tat-trattur. |
Roti żgħar self-tracking m’humiex roti misjuqa.
1.1.4. “Apparat speċjali”
“Apparat speċjali” tfisser dik il-parti tal-apparat tal-isteering li bih tiġi prodotta saħħa addizzjonali jew indipendenti. Saħħa addizzjonali jew indipendenti tista’ tiġi prodotta b’kull sistema mekkanika, idrawlika, pnewmatika jew elettrika, jew b’kull taħlita ta’ dawn (per eżempju permezz ta’ pompa taż-żejt, pompa tal-arja jew batterija, eċċ.).
1.2. “Tipi differenti ta’ apparat tal-isteering ”
|
1.2.1. |
Jiddependi minn fejn ikun ġej is-sors tas-saħħa meħtieġa biex tinbidel id-direzzjoni tar-roti misjuqa, is-segwenti tipi ta’ apparat tal-isteering huma identifikati:
|
1.3. Sforz tal-isteering
“L-isforz tal-isteering ” tfisser il-forza użata mis-sewwieq fuq il-kontroll tal-isteering sabiex isuq it-trattur.
2. KOSTRUZZJONI, IMMUNTAR U REKWIŻITI TA’ SPEZZJONI
2.1. Rekwiżiti ġenerali
|
2.1.1. |
L-apparat tal-isteering għandu jiżgura l-immaniġġjar faċli u mingħajr perikolu tat-trattur u għandu jkun konformi mar-rekwiżiti dettaljati stipulati f’punt 2.2. |
2.2. Rekwiżiti dettaljati
2.2.1. Kontroll tal-isteering
|
2.2.1.1. |
Il-kontroll tal-isteering għandu jkun faċli biex jintuża u jinqabad. Għandu jkun iddisinjat b’tali mod li jippermetti diflezzjoni gradwali. Id-direzzjoni tal-moviment tal-kontroll tal-isteering għandha tikkorrispondi mal-bidla mixtieqa fid-direzzjoni tat-trattur. |
|
2.2.1.2. |
L-isforz tal-isteering meħtieġ sabiex tinkiseb dawra tonda b’radju ta’ 12 m, li tibda mill-pożizzjoni eżatt faċċata, m’għandux jeċċedi l-25 daN. Li ma jkunx ikkonnettjat ma’ apparat ieħor fil-każ ta’ apparat tal-isteering assistit, jekk il-provvista ta’ saħħa awżiljari ma taħdimx l-isforz tal-isteering meħtieġ m’għandux jeċċedi s-60 daN. |
|
2.2.1.3. |
Sabiex tiġi vverifikata l-konformità mar-rekwiżiti f’punt 2.2.1.2, it-trattur għandu jiddeskrivi moviment spirali b’veloċità ta’ 10 kilometri fis-siegħa, li tibda mill-pożizzjoni eżatt faċċata, fuq wiċċ ta’ triq xott, ċatt li joffri adeżjoni tajba għat-tajers. L-isforz tal-isteering fuq il-kontroll tal-isteering għandu jiġi nnotat sakemm jilħaq il-pożizzjoni li tikkorrispondi mad-dħul tat-trattur f’dawra tonda b’radju ta’ 12 m. Id-dewmien tal-manuvra (ħin bejn il-mument meta l-kontroll tal-isteering jiġi mħaddem għall-ewwel darba u l-mument meta jilħaq il-pożizzjoni fejn jittieħdu l-qisien) m’għandux jeċċedi l-ħames sekondi f’każijiet normali u t-tmien sekondi jekk l-apparat speċjali ma jaħdimx. Għandha ssir manuvra waħda lejn ix-xellug u oħra lejn il-lemin.
Għall-eżami, t-trattur għandu jkun mgħobbi sal-piż massimu tiegħu teknikament permess; il-pressjoni tat-tajers u t-tqassim tal-piż bejn il-fwies għandhom ikunu skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur. |
2.2.2. It-tagħmir tal-isteering
|
2.2.2.1. |
L-apparat tal-isteering ma jistax jinkludi tagħmir tal-isteering tal-elettriku jew pnewmatiku għal kollox. |
|
2.2.2.2. |
It-tagħmir tal-isteering għandu jkun hekk iddisinjat li jissodisfa r-rekwiżiti kollha tal-operazzjonijiet. Għandu jkun faċilment aċċessibbli għall-manutenzjoni u spezzjoni. |
|
2.2.2.3. |
Fil-każ ta’ tagħmir tal-isteering li ma jkunx kollu idrawliku, għandu jkun possibbli li t-trattur jiġi misjuq anke fil-każ li ma jaħdmux il-komponenti idrawliċi jew pnewmatiċi tat-tagħmir tal-isteering. |
|
2.2.2.4. |
It-tagħmir tal-isteering li jkun imħaddem purament b’mod idrawliku u l-apparat speċjali definit f’punt 1.1.4, għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
|
2.2.3. Ir-roti misjuqa
|
2.2.3.1. |
Ir-roti kollha jistgħu jkunu roti misjuqa. |
2.2.4. Apparat speċjali
|
2.2.4.1. |
L-apparat speċjali definit f’punt 1.1.4, użat fit-tipi ta’ apparat tal-isteering definit f’punti 1.2.1.2 u 1.2.1.3, għandu jkun aċċettabbli fiċ-ċirkostanzi li ġejjin.
|
ANNESS II
PARTI A
Direttiva mħassra flimkien mal-emendamenti suċċessivi tagħha
(imsemmija fl-Artikolu 6)
|
Direttiva tal-Kunsill 75/321/KEE |
|
|
Direttiva tal-Kunsill 82/890/KEE |
unikament fejn jirrigwarda referenzi għall-Artikolu 1 (1) tad-Direttiva 75/321/KEE |
|
Direttiva tal-Kummissjoni 88/411/KEE |
|
|
Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 97/54/KE |
unikament fejn jirrigwarda referenzi għall-Artikolu 1, l-ewwel inċiż tad-Direttiva 75/321/KEE |
|
Direttiva tal-Kummissjoni 98/39/KE |
|
PARTI B
Lista ta’ limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni
(imsemmija fl-Artikolu 6)
|
Direttiva |
Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni |
Data ta’ applikazzjoni |
|
Direttiva 75/321/KEE |
fit-22 ta’ Novembru 1976. |
— |
|
Direttiva 82/890/KEE |
fit-22 ta’ Ġunju 1984. |
— |
|
Direttiva 88/411/KEE |
30 ta’ Settembru 1988 (1) |
— |
|
Direttiva 97/54/KE |
fit-22 ta’ Settembru 1998. |
fit-23 ta’ Settembru 1998 |
|
Direttiva 98/39/KE |
30 t’April 1999 (2) |
— |
(1) F’konformità mal-Artikolu 2 ta’ Direttiva 88/410/KEE:
“1. Mill-1 ta’ Ottubru 1988, l-ebda Stat Membru ma jista’:
|
— |
jirrifjuta rigward xi tip ta’ trattur, li jagħti approvazzjoni tat-tip tal-KEE, li joħroġ id-dokument li hemm referenza dwaru fl-aħħar inċiż ta’ Artikolu 10(1) tad-Direttiva 74/150/KEE, jew li jagħti l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali, jew |
|
— |
jipprojbixxi d-dħul fis-servizz ta’ tratturi, |
jekk it-tankijiet tal-karburanti likwidi, il-piż tas-saborra u l-livell ta’ ħoss permissibbli ta’ dak it-tip ta’ trattur ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.
2. Mill-1 ta’ Ottubru 1989, l-Istati Membri:
|
— |
ma jistgħux aktar joħorġu d-dokument li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 10(1), l-aħħar inċiż, tad-Direttiva 74/150/KEE għal tip ta’ trattur li t-tankijiet tal-karburanti likwidi tiegħu, il-piż tas-saborra u l-livelli ta’ ħoss permissibbli ma jkunux konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, |
|
— |
jista’ jirrifjuta li jagħti approvazzjoni tat-tip nazzjonali rigward tip ta’ tratturi li t-tankijiet tal-karburanti, il-piżijiet tas-saborra u l-livelli ta’ ħoss permissibbli ma jkunux konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.” |
(2) F’konformità mal-Artikolu 2 ta’ Direttiva 98/38/KE:
“1. Mill-1 ta’ Mejju 1999 l-ebda Stat Membru ma jista’
|
— |
jiċħad, li fir-rigward ta’ tip ta’ trattur, li jagħti l-approvazzjoni tat-tip KE, għal ħruġ tad-dokument riferit fl-Artikolu 10(1), l-aħħar inċiż, tad-Direttiva 74/150/KEE, jew li jagħti l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali, jew |
|
— |
jipprojbixxi d-dħul fis-servizz ta’ tratturi, |
jekk dawn it-tratturi jilħqu ir-rekwiżiti tad-Direttiva 74/151/KEE, kif emendat b’din id-Direttiva.
2. Mill -1 ta’ Ottubru 1999, l-Istati Membri:
|
— |
ma jistgħux joħorġu aktar id-dokument riferiti fl-Artikolu 10(1), l-inċiż finali, tad-Direttiva 74/150/KEE għal tip ta’ trattur li ma jilħaqx ir-rekwiżiti tad-Direttiva 74/151/KEE kif emendat b’din id-Direttiva, |
|
— |
jistgħu jiċħdu l-għoti ta’ approvazzjoni tat-tip nazzjonali fir-rigward ta’ tip ta’ trattur jekk din ma’ tilħaqx ir-rekwiżiti tad-Direttiva 74/151/KEE kif emendat b’din id-Direttiva.” |
ANNESS III
Tabella Ta’ Korrelazzjoni
|
Direttiva 75/321/KEE |
Direttiva 98/39/KE |
Din id-Direttiva |
|
Artikoli 1 |
|
Artikoli 1 |
|
|
Artikoli 2 |
Artikoli 2 |
|
Artikoli 3 sa 4 |
|
Artikoli 3 sa 4 |
|
Artikolu 5, paragrafu 1 |
|
— |
|
Artikolu 5, paragrafu 2 |
|
Artikolu 5 |
|
— |
|
Artikolu 6 |
|
— |
|
Artikolu 7 |
|
Artikolu 6 |
|
Artikolu 8 |
|
Anness |
|
Anness I |
|
— |
|
Anness II |
|
— |
|
Anness III |