12006E/PRO/16

Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea (Verżjoni konsolidata) - D. Protokolli Annessi mat-Trattat li jistabbilixxi l-Kommunità Ewropea - Protokoll (Nru 16) dwar l-akkwist tal-proprjetà fid-Danimarka (1992)

Official Journal C 321 E , 29/12/2006 P. 0255 - 0255


Protokoll (Nru 16)

Dwar l-akkwist tal-proprjetà fid-Danimarka (1992)

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

BILLI JIXTIEQU li jsolvu ċertu problemi partikolari li għandhom x'jaqsmu mad-Danimarka,

FTEHMU DWAR dan il-provvediment li ġej, li għandu jiġi anness mat-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea:

Minkejja l-provvedimenti ta' dan it-Trattat, id-Danimarka tista' żżomm il-leġislazzjoni eżistenti dwar l-akkwist tat-tieni dar.

--------------------------------------------------