|
3.2.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 38/2 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10064 - AnaCap/Carrefour/Market Pay)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 38/02)
1.
Fis-27 ta’ Jannar 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
AnaCap Financial Partners III, L.P (ir-Renju Unit), ikkontrollata minn AnaCap Group Holdings Limited (“AnaCap”, ir-Renju Unit), |
|
— |
Carrefour S.A. (“Carrefour”, Franza), |
|
— |
Market Pay SAS (“Market Pay”, Franza), bħalissa kkontrollata minn Carrefour. |
AnaCap u Carrefour jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Market Pay.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
AnaCap: fond ta’ ekwità privata bbażat fir-Renju Unit u stabbilit fl-2005. Sa mill-bidu tagħha, AnaCap sponsorjat il-ġbir ta’ fondi li jagħmlu investimenti f’opportunitajiet ta’ negozju fis-settur tas-servizzi finanzjarji Ewropej. Anacap Financial Partners III, L.P huwa t-tielet fond ta’ ekwità privata miġbur minn AnaCap; |
|
— |
Carrefour: grupp globali bil-kwartieri ġenerali fi Franza li jispeċjalizza fin-negozju tal-bejgħ bl-imnut ta’ prodotti tal-ikel u prodotti mhux tal-ikel (pereż. stazzjon tal-gass, aġenzija tal-ivvjaġġar, u bank għall-konsumatur); |
|
— |
Market Pay: tipprovdi soluzzjonijiet ta’ pagament u hija bbażata fi Franza u stabbilita fl-2016 minn Carrefour. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10064 — AnaCap/Carrefour/Market Pay
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).