European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/6794

8.11.2024

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.11792 – APHEON / LFPI / ECH)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/6794)

1.   

Fl-24 ta’ Ottubru 2024, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Apheon Management S.A. (“Apheon”, il-Lussemburgu),

—

LFPI Gestion S.A.S (Franza), ikkontrollata La Financière Patrimoniale d’Investissement S.A.S. (“LFPI”, Franza),

—

ECH SAS (“ECH”, Franza), kontrollur tal-entitajiet ġuridiċi li ġejjin: Haudecoeur S.A.S, Coexo Centrale S.A.S, Coexo Laures S.A.S, Financière Spigol S.A.S, Centrale Epices Assaisonnement Condiment S.A.S u Flavori International S.R.L.

Apheon u LFPI se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ ECH.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ titoli.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

—

Apheon hija kumpanija ta’ ekwità privata b’enfasi fuq is-swieq Ewropej. Tinvesti f’kumpaniji ta’ nofs is-suq fis-setturi ewlenin li ġejjin: Kura tas-saħħa, Setturi industrijali speċjalizzati, Prodotti tal-konsumatur, Servizzi u Media,

—

LFPI huwa grupp ta’ investiment attiv f’ekwità privata żgħira b’kapitalizzazzjoni medja, dejn privat, proprjetà immobbli, ġestjoni tal-assi u servizzi bankarji privati, b’enfasi fuq is-swieq Franċiżi u Ewropej.

3.   

ECH hija attiva fis-suq bl-ingrossa Franċiż għall-prodotti tal-konsumatur (prinċipalment prodotti tal-ikel etniċi bħal ħwawar, ikel niexef, ikel ippreservat).

4.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ koċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

5.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart (10) ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11792 – APHEON / LFPI / ECH

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6794/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)