|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/5297 |
12.10.2026 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1720, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2026/2272, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/1716, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2026/2271, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fin-Nikaragwa
(C/2026/5297)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi li jidhru fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1720 (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2026/2272 (2), u fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/1716 (3), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2026/2271 (4), dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fin-Nikaragwa.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, wara li rrieżamina l-lista ta' persuni, entitajiet u korpi ddeżinjati, iddeċieda li l-persuni, l-entitajiet u l-korpi li jidhru fl-Annessi msemmija hawn fuq għandhom jibqgħu inklużi fil-lista ta' persuni, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2019/1720 u fir-Regolament (UE) 2019/1716.
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati dwar il-possibbiltà ta' rikors lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fuq is-siti web fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2019/1716, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2026/2271, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fin-Nikaragwa, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew pagamenti speċifiċi (ara l-Artikolu 3 tar-Regolament).
Il-persuni, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati jistgħu jressqu talba lill-Kunsill, flimkien mad-dokumentazzjoni ta' appoġġ, biex id-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-listi msemmija hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid, qabel il-31 ta' Mejju 2027 , fl-indirizz li ġej:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
General Secretariat |
|
RELEX.1 |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
Ser jittieħed kont ta' kwalunkwe osservazzjoni li tasal għall-fini tar-rieżami perjodiku tal-Kunsill, f'konformità mal-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni (PESK) 2019/1720, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2026/2272, u l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2019/1716, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2026/2271, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fin-Nikaragwa.
L-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-raba' u s-sitt paragrafi, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU L 262, 15.10.2019, p. 58.
(2) ĠU L, 2026/2272, 12.10.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/2272/oj.
(3) ĠU L 262, 15.10.2019, p. 1.
(4) ĠU L, 2026/2271, 12.10.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/2271/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/5297/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)