European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2024/586

4.1.2024

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.11399 — AXEL JOHNSON / DUSTIN)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/586)

1.   

Fl-20 ta’ Diċembru 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Axel Johnson AB (“Axel Johnson”, l-Iżvezja), u

—

Dustin Group AB (“Dustin”, l-Iżvezja).

Axel Johnson se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Dustin kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

—

Axel Johnson huwa grupp ta’ negozji tal-familja li jiffoka fuq investimenti fit-tul. Axel Johnson bħalissa tikkontrolla ħames kumpaniji li huma attivi f’diversi setturi li ġejjin mill-ikel, l-enerġija, l-IT u l-industrija. Barra minn hekk, Axel Johnson sa ftit ilu kellha madwar 34 % tal-voti f’Dustin.

—

Dustin hija fornitur ta’ prodotti, servizzi u soluzzjonijiet tal-IT attivi fir-reġjun Nordiku u l-Benelux. Dustin tipprovdi prodotti tal-ħardware (inklużi computers, mobiles, printers u aċċessorji tal-computer bħal displays, mice u tastiera u cables) minn diversi fornituri u marki tad-ditta, kif ukoll software u servizzi relatati ta’ soluzzjonijiet tal-IT.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11399 — AXEL JOHNSON / DUSTIN

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/586/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)