|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2216 |
9.9.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2216
tas-6 ta’ Settembru 2024
li jikkoreġi u jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2248 li jispeċifika d-dettalji tal-interfaċċa elettronika bejn is-sistemi doganali nazzjonali u s-sistema ta’ informazzjoni u komunikazzjoni għas-sorveljanza tas-suq, u d-data li għandha tiġi trażmessa permezz ta’ dik l-interfaċċa
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar is-sorveljanza tas-suq u l-konformità tal-prodotti u li jemenda d-Direttiva 2004/42/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 765/2008 u (UE) Nru 305/2011 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 34(8) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2019/1020 jirrikjedi li l-Kummissjoni tistabbilixxi interfaċċa elettronika (“l-interfaċċa”) bejn is-Sistema ta’ Informazzjoni u Komunikazzjoni għas-Sorveljanza tas-Suq (“ICSMS”, Information and Communication System on Market Surveillance) u s-sistemi doganali nazzjonali u jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta atti ta’ implimentazzjoni f’dan ir-rigward. |
|
(2) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2248 (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-iżvilupp tal-interfaċċa, inkluż ir-rekwiżiti fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali u l-kunfidenzjalità tad-data li trid tiġi trażmessa permezz tal-interfaċċa. |
|
(3) |
F’konformità mar-Regolament (UE) 2022/2399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) li daħal fis-seħħ fit-12 ta’ Diċembru 2022, l-ICSMS għandha tkun konnessa mas-Sistema ta’ Tieqa Unika Doganali għall-Iskambju taċ-Ċertifikati tal-Unjoni Ewropea (“CSW-CERTEX tal-UE”) li għalhekk issir l-interfaċċa elettronika msemmija fl-Artikolu 34(7) tar-Regolament (UE) 2019/1020. |
|
(4) |
Ir-Regolament (UE) 2022/2399 jistabbilixxi sett uniku ta’ regoli, inklużi r-regoli dwar il-kunfidenzjalità tad-data u dwar l-ipproċessar tad-data personali, li għandu japplika għas-CSW-CERTEX tal-UE meta jippermetti l-iskambju tad-data bejn is-sistemi mhux doganali tal-Unjoni elenkati fl-Anness ta’ dak ir-Regolament u l-ambjenti ta’ tieqa unika nazzjonali għad-dwana. Għalhekk, ir-regoli dwar l-istess suġġett li jinsabu fl-Artikoli 4, 5 u 6 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2248 saru superfluwi u jenħtieġ li jitħassru. |
|
(5) |
Għal raġunijiet ta’ ċarezza, jenħtieġ li t-titolu tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2248 jirreferi għall-att ewlieni li skontu ġie adottat dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni. |
|
(6) |
Għaldaqstant jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2248 jiġi kkoreġut u emendat kif xieraq. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) 2019/1020, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Korrezzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2248
It-titolu tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2248 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2248 tas-16 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-dettalji tal-interfaċċa elettronika bejn is-sistemi doganali nazzjonali u s-sistema ta’ informazzjoni u komunikazzjoni għas-sorveljanza tas-suq, u tad-data li għandha tiġi trażmessa permezz ta’ dik l-interfaċċa”.
Artikolu 2
Emendi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2248
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2248 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 1, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:
(*1) Ir-Regolament (UE) 2022/2399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Novembru 2022 li jistabbilixxi l-Ambjent ta’ Tieqa Unika tal-Unjoni Ewropea għad-Dwana u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 952/2013 (ĠU L 317, 9.12.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2399/oj).”;" |
|
(2) |
L-Artikoli 4, 5 u 6 jitħassru. |
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Settembru 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 169, 25.6.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/1020/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2248 tas-16 ta’ Diċembru 2021 li jispeċifika d-dettalji tal-interfaċċa elettronika bejn is-sistemi doganali nazzjonali u s-sistema ta’ informazzjoni u komunikazzjoni għas-sorveljanza tas-suq, u d-data li għandha tiġi trażmessa permezz ta’ dik l-interfaċċa (ĠU L 453, 17.12.2021, p. 38, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/2248/oj).
(3) Ir-Regolament (UE) 2022/2399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Novembru 2022 li jistabbilixxi l-Ambjent ta’ Tieqa Unika tal-Unjoni Ewropea għad-Dwana u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 952/2013 (ĠU L 317, 9.12.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2399/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2216/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)