|
18.7.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 181/47 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1473
tas-17 ta’ Lulju 2023
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/450 fir-rigward tal-pubblikazzjoni tar-referenzi tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni għall-membrani li jintużaw taħt is-soqfa jew il-ħitan, jew it-tnejn, u prodotti oħra tal-kostruzzjoni
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kumerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 22 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mar-Regolament (UE) Nru 305/2011, il-Korpi tal-Valutazzjoni Teknika jridu jużaw il-metodi u l-kriterji pprovduti fid-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni, li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-prodotti tal-kostruzzjoni koperti minn dawk id-dokumenti b’rabta mal-karatteristiċi essenzjali tagħhom. |
|
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 305/2011, wara diversi talbiet mingħand il-manifatturi għal Valutazzjonijiet Tekniċi Ewropej, l-organizzazzjoni tal-Korpi tal-Valutazzjoni Teknika fasslet u adottat 20 Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni. |
|
(3) |
Id-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni li fasslet u adottat l-organizzazzjoni tal-Korpi tal-Valutazzjoni Teknika huma relatati mal-prodotti tal-kostruzzjoni li ġejjin:
|
|
(4) |
Id-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni li fasslet u adottat l-organizzazzjoni tal-Korpi tal-Valutazzjoni Teknika jissodisfaw l-eżiġenzi fir-rigward tar-rekwiżiti bażiċi għax-xogħlijiet tal-bini stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 305/2011. Għalhekk jixraq li r-referenzi għal dawk id-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(5) |
Il-lista tar-referenzi għad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni tal-prodotti tal-kostruzzjoni ġiet ippubblikata skont id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/450 (2). Għal raġunijiet ta’ ċarezza, ir-referenzi għad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni l-ġodda jenħtieġ li jiżdiedu ma’ dik il-lista. |
|
(6) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/450 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan. |
|
(7) |
Biex jiġi ffaċilitat l-użu tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni minn kmieni kemm jista’ jkun, din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/450 hu emendat f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Lulju 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/450 tad-19 ta’ Marzu 2019 dwar il-pubblikazzjoni tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni (EADs) għall-prodotti tal-bini abbozzati b’appoġġ tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 77, 20.3.2019, p. 78).
ANNESS
Fl-Anness mad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/450, ir-ringieli li ġejjin jiddaħħlu f’ordni sekwenzjali skont l-ordni tan-numri ta’ referenza:
|
“030218-01-0402 |
Membrani li jintużaw taħt is-soqfa jew il-ħitan, jew it-tnejn” |
|
“030271-00-0605 |
Saffi tal-kontroll tal-fwar dipendenti fuq l-umdità” |
|
“030295-00-0605 |
Kisjiet ħoxnin tal-minerali modifikati tal-polimeru flessibbli” |
|
“040146-00-1201 |
Insulazzjoni termali magħmula mill-balal tat-tiben għall-bini” |
|
“040831-00-1201 |
Fowm minsuġ magħmul fil-fabbriki biex jintuża għall-insulazzjoni akustika u termali” |
|
“041369-00-1201 |
Folji tal-insulazzjoni magħmulin mill-poliuretan riċiklat biex jintuża għall-insulazzjoni akustika u termali” |
|
“041499-00-1201 |
Kit ta’ elementi tal-poliuretan għal borduri tal-insulazzjoni termali ta’ madwar it-twieqi magħmulin minn profili tal-klorur tal-polivinil mhux plastiċizzati; |
|
“060011-00-0802 |
Kits taċ-ċmieni reżistenti għan-nugrufum tan-nar b’pajpijiet tat-tafal jew taċ-ċeramika, li jaħdmu f’kundizzjonijiet umdużi u bi pressjoni negattiva/pożittiva (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ‘060001-00-0802, 060003-00-0802 u 060008-00-0802’)” |
|
“130321-00-0304 |
Folji strutturali imminċottjati furketta bi gradi tas-saħħa u bil-bażi tal-furketta magħluqa — injam abjad” |
|
“130323-00-0304 |
Travi tal-injam prefabrikati magħmulin minn injam artab ipproċessat biex jintużaw bħala elementi strutturali fil-bini” |
|
“190010-00-0502 |
Saffi ta’ taħt magħmulin minn fowm poliuretan granulat bis-sufra ġranulata jew mingħajrha” |
|
“200112-00-0301 |
Elementi ta’ molol tal-azzar” |
|
“210058-00-0504 |
Panelli ta’ komposti bbażati fuq l-injam għal disinji fuq il-ħitan jew is-soqfa interni, jew it-tnejn” |
|
“220009-00-0401 |
Kits għal soqfa ekoloġiċi” |
|
“230064-00-0106 |
Marki tat-toroq — elementi retroriflettivi” |
|
“300002-00-1202 |
Panelli tal-ħġieġ, madum u mużajk” |
|
“330012-01-0601 |
Ankri cast-in b’socket kamin interna (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika ‘EAD 330012-00-0601’)” |
|
“330387-00-0601 |
Konnetturi tal-plastik riinforzati bil-fibri tal-ħġieġ biex jintużaw fil-ħitan intermedji u ewlenin magħmulin mill-konkrit” |
|
“331846-00-0603 |
Apparati ankra li jorbtu s-sistemi tal-protezzjoni personali mill-waqgħat ma’ substrutturi tal-injam” |
|
“332795-00-0601 |
Elementi marbutin tal-fissaġġ biex jintużaw fil-konkrit”. |