European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/1285

13.3.2025

P9_TA(2024)0177

Proċedura komuni għall-protezzjoni internazzjonali fl-Unjoni

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' April 2024 dwar proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi proċedura komuni għal protezzjoni internazzjonali fl-Unjoni u li jħassar id-Direttiva 2013/32/UE (COM(2016)0467/COM(2020)0611 – C8-0321/2016 – 2016/0224A(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(C/2025/1285)

Il-Parlament Ewropew,

—

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2016)0467) u l-proposta emendata (COM(2020)0611),

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 78(2)(d) u 79(2)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0321/2016),

—

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi ġuridika proposta,

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikolu 78(2)(d) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

—

wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ppreżentati mis-Senat Ċek, is-Senat Taljan u l-Kamra tad-Deputati Rumena, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv mhuwiex konformi mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

—

wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2016  (1) u tal-25 ta’ Frar 2021  (2),

—

wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-8 ta' Frar 2017  (3) u tas-19 ta’ Marzu 2021  (4),

—

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-8 ta’ Frar 2024, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

—

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tal-21 ta’ Frar 2024 li tawtorizza lill-Kumitat jaqsam il-proċedura leġiżlattiva u jipproċedi bil-preżentazzjoni ta' żewġ testi konsolidati separati biex jiġu eżaminati fil-plenarja;

—

wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 40 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

—

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0171/2018),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)   ĠU C 75, 10.3.2017, p. 97.

(2)   ĠU C 155, 30.4.2021, p. 64.

(3)   ĠU C 207, 30.6.2017, p. 67.

(4)   ĠU C 175, 7.5.2021, p. 32.


P9_TC1-COD(2016)0224A

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tal-10 ta' April 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2024/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi proċedura komuni tal-protezzjoni internazzjonali fl-Unjoni u li jħassar id-Direttiva 2013/32/UE

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2024/1348.)


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1285/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)