<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-348/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CJ0348</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:591">EU:C:2017:591</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>12</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>12</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20170726">26.7.2017</DATE> – KAWŻA C 348/16</P><P>SACKO</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20170726">26 ta’ Lulju 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: it-Taljan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Politika tal-ażil</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2013/32/UE</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 12, 14, 31 u 46</KEYWORD><KEYWORD>Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 47</KEYWORD><KEYWORD>Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva</KEYWORD><KEYWORD>Appell minn deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali</KEYWORD><KEYWORD>Possibbiltà għall-qorti li tagħti deċiżjoni mingħajr ma tisma’ lill-applikant</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑348/16,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mit-Tribunale di Milano (qorti ta’ Milano, l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20160614">14 ta’ Ġunju 2016</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20160622">22 ta’ Ġunju 2016</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Moussa Sacko</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Commissione Territoriale per il riconoscimento della protezione internazionale di Milano,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn M. Ilešič, President tal-Awla, A. Prechal (Relatur), A. Rosas, C. Toader u E. Jarašiūnas, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Campos Sánchez-Bordona,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal M. Sacko, minn S. Santilli, avvocato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn L. D’Ascia, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Belġjan, minn C. Pochet u M. Jacobs, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ċek, minn J. Vláčil u M. Smolek, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Franċiż, minn D. Colas u E. Armoët, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ungeriż, minn M. Tátrai, Z. Fehér u G. Koós, bħala aġenti,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. Condou-Durande u C. Cattabriga, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas-<DATE ISO="20170406">6 ta’ April 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 12, 14, 31 u 46 tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20130626">26 ta’ Ġunju 2013</DATE>, dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="180" PAGE.FIRST="60" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 180, p. 60</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Moussa Sacko, ċittadin ta’ Mali, u l-Commissione Territoriale per il riconoscimento della protezione internazionale di Milano (kummissjoni territorjali għar-rikonoxximent tal-protezzjoni internazzjonali ta’ Milano, l-Italja, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>kummissjoni territorjali<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) dwar iċ-ċaħda minn din tal-aħħar tal-applikazzjoni tiegħu għal protezzjoni internazzjonali fis-sens tal-Artikolu 2(b) tad-Direttiva 2013/32.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Id-dritt tal-Unjoni</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2013/32 tistabbilixxi proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali skont id-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20111213">13 ta’ Diċembru 2011</DATE>, dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="337" PAGE.FIRST="9" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 337, p. 9</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Il-premessi 18 u 20 tad-Direttiva 2013/32 jiddikjaraw:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>(18)</NO.P><TXT>Huwa fl-interessi ta’ kemm l-Istati Membri kif ukoll tal-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali li deċiżjoni tittieħed malajr kemm jista’ jkun dwar l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali, mingħajr preġudizzju għat-twettiq ta’ eżami xieraq u komplut.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(20)</NO.P><TXT>F’ċirkostanzi definiti b’mod ċar fejn applikazzjoni x’aktarx li hi bla bażi jew fejn hemm tħassib serju dwar is-sigurtà nazzjonali jew l-ordni pubbliku, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jgħaġġlu l-proċedura ta’ eżami, b’mod partikolari billi jiġu introdotti limiti ta’ żmien iqsar, iżda raġonevoli, għal ċerti passi proċedurali, mingħajr preġudizzju għal eżami adegwat u sħiħ u l-aċċess effettiv tal-applikant għal prinċipji bażiċi u garanziji previsti f’din id-Direttiva.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>applikant’ tfisser ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida li għamel applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali li fir-rigward tagħha deċizjoni finali tkun għadha ma tteħditx;</TXT></NP></ITEM></LIST><?PAGE NO="3"?><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(f)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>awtorità determinanti<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/> tfisser kwalunkwe korp semi-ġudizzjarju jew amministrattiv fi Stat Membru responsabbli sabiex jeżamina applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali, u kompetenti sabiex jieħu fl-ewwel istanza deċiżjonjiet f’tali każijiet;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 12 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Garanziji għall-applikanti<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, li jinsab fil-Kapitolu II tagħha, li min-naħa tiegħu huwa intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Prinċipji u garanziji bażiċi<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="012.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Fir-rigward tal-proċeduri provduti fil-Kapitolu III, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti kollha jgawdu l-garanziji li gejjin:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>għandhom jirċievu s-servizzi ta’ interpretu sabiex jippreżentaw il-każ tagħhom quddiem l-awtoritajiet kompetenti meta dan ikun meħtieġ. L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw bħala meħtieġ l-għoti ta’ dawn is-servizzi għall-inqas meta l-applikant huwa intervistat kif imsemmi fl-Artikoli 14 sa 17 u 34 u meta ma tkunx tista’ tiġi żgurata komunikazzjoni adegwata mingħajr dawn is-servizzi. F’dan il-każ u f’każijiet oħra fejn l-awtoritajiet kompetenti jsejħu lill-applikant, dawn is-servizzi għandhom jiġu mħallsa minn fondi pubbliċi;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>ma għandhiex tiġi miċħuda lilhom l-opportunità li jikkomunikaw mal-[Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati (UNHCR)] jew ma’ kwalunkwe organizzazzjoni oħra li tipprovdi pariri legali jew konsulenza lill-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali taħt il-liġi nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>huma u jekk applikabbli, il-konsulenti legali tagħhom f’konformità mal-Artikolu 23(1) m’għandhomx jiġu miċħuda aċċess għall-informazzjoni imsemmija fl-Artikolu 10(3)(b) u għall-informazzjoni mogħtija mill-esperti msemmija fl-Artikolu 10(3)(d), fejn l-awtorità determinanti tkun ikkunsidrat dik l-informazzjoni bl-iskop li tieħu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tagħhom;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>għandhom jingħataw notifika fi żmien raġonevoli tad-deċiżjoni mill-awtorità determinanti fir-rigward tal-applikazzjoni tagħhom. Jekk l-applikant ikun qiegħed jiġi rappreżentat legalment minn konsulent legali jew konsulent ieħor, l-Istati Membri jistgħu jagħzlu li jinnotifikaw lil dan bid-deċiżjoni minflok lill-applikant;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="012.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Fir-rigward tal-proċeduri previsti fil-Kapitolu V, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti kollha igawdu garanziji ekwivalenti għal dawk imsemmija fil-paragrafu 1(b) sa (e).<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 14 tal-istess direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Intervista personali<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, jipprovdi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Qabel ma tittieħed deċiżjoni mill-awtorità determinanti, l-applikant għandu jingħata l-opportunità ta’ intervista personali dwar l-applikazzjoni tiegħu għall-protezzjoni internazzjonali ma’ persuna li tkun, taħt il-liġi nazzjonali, kompetenti sabiex tmexxi tali intervista. L-intervisti personali dwar is-sustanza tal-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali għandhom isiru mill-persunal tal-awtorità determinanti. Dan il-paragrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 42(2)(b).<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 17 tad-Direttiva 2013/32, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Ir-rappurtar u l-irrekordjar ta’ intervisti personali<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="017.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jsir rapport dettaljat u fattwali bl-elementi sostantivi kollha jew traskrizzjoni ta’ kull intervista personali.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="017.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għall-irrekordjar awdjo jew awdjoviżiv tal-intervista personali. Fejn isir irrekordjar awdjo jew awdjoviżiv tal-intervista, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-irrekordjar jew traskrizzjoni tal-intervista personali tkun disponibbli b’rabta mal-fajl tal-applikant.</ALINEA></PARAG><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 31 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Proċedura ta’ eżami<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, li bih jibda l-Kapitolu III, li min-naħa tiegħu huwa intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Proċeduri ta’ prima istanza<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, jipprovdi dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="031.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jipproċessaw l-applikazzjonijet għall-protezzjoni internazzjonali fi proċedura ta’ eżami b’konformità mal-prinċipji u l-garanziji bażiċi tal-Kapitolu II.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="031.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċedura ta’ eżami tkun konkluża mill-aktar fis possibbli, mingħajr preġudizzju għal eżami adegwat u komplet.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="031.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċedura ta’ eżami tkun konkluża fi żmien sitt xhur mill-preżentata tal-applikazzjoni.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="031.008"><NO.PARAG>8.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu li proċedura ta’ eżami konformi mal-prinċipji u l-garanziji bażiċi tal-Kapitolu II tiġi mgħaġġla u/jew titmexxa fil-fruntiera jew fiż-żoni ta’ transitu taħt l-Artikolu 43 jekk:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>l-applikant, fil-preżentazzjoni tal-applikazzjoni tiegħu/tagħha u fil-preżentazzjoni tal-fatti, qajjem biss kwistjonijiet li mhumiex relevanti għall-eżami dwar jekk huwa/hija jikkwalifikax/tikkwalifikax jew le bħala benefiċjarju/benefiċjarja ta’ protezzjoni internazzjonali taħt id-Direttiva [2011/95]; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>l-applikant ikun ġej minn pajjiż ta’ oriġini bla periklu skont it-tifsira ta’ din id-Direttiva jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>l-applikant inganna lill-awtoritajiet billi ppreżenta informazjoni jew dokumenti foloz jew billi żamm għalih informazzjoni jew dokumenti relevanti fir-rigward tal-identità u/jew tan-nazzjonalità tiegħu li setgħu kellhom impatt negattiv fuq id-deċiżjoni; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>probabbilment, b’malafede, l-applikant iddistruġġa jew iddispona minn dokument tal-identità jew tal-ivvjaġġar li seta’ għen sabiex tiġi stabbilita l-identità jew in-nazzjonalità tiegħu; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>l-applikant ikun għamel rappreżentazzjonijiet li b’mod ċar kienu inkonsistenti u kontradittorji li jkunu foloz jew manifestament improbabbli jew insuffiċjenti li jikkontradixxu informazzjoni vverfikata kif xieraq dwar il-pajjiż ta’ oriġini, li konsegwentement jwasslu biex it-talba tiegħu/tagħha ma tkunx tidher konvinċenti fir-rigward tad- jekk huwa/hija jikkwalifikaw/tikkwalifikax bħala benefiċjarju/benefiċjarja ta’ protezzjoni internazzjonali taħt id-Direttiva [2011/95]; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(f)</NO.P><TXT>l-applikant ikun ippreżenta applikazzjoni sussegwenti għal protezzjoni internazzjonali li mhix ammissibbli f’konformità mal-Artikolu 40(5); jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(g)</NO.P><TXT>l-applikant ikun qiegħed jippreżenta applikazzjoni biss sabiex jittardja jew ifixkel l-infurzar ta’ deċiżjoni preċedenti jew imminenti li tirriżulta fl-espulsjoni tiegħu/tagħha; jew</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="5"?><ITEM><NP><NO.P>(h)</NO.P><TXT>l-applikant daħal fit-territorju tal-Istat Membru illegalment jew tawwal is-soġġorn tiegħu illegalment u, mingħajr raġuni valida, ma ppreżentax ruħu lill-awtoritajiet jew ma ppreżentax applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali malajr kemm jista’ jkun, minħabba ċ-ċirkustanzi tal-dħul tiegħu; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(i)</NO.P><TXT>l-applikant jirrifjuta li jikkonforma mal-obbligu li jittieħdulu l-marki tas-swaba<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="2019" ID="QE0016"/> […]; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(j)</NO.P><TXT>l-applikant jista’, għal raġunijiet serji, jiġi kkunsidrat bħala periklu għas-sigurtà nazzjonali jew għall-ordni pubbliku tal-Istat Membru, jew l-applikant ġie espuls bil-forza għal raġunijiet serji ta’ sigurtà pubblika jew ordni pubbliku taħt il-liġi nazzjonali.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 32(2) tad-Direttiva 2013/32:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>F’każijiet ta’ applikazzjonijiet bla bażi li fihom tapplika kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi elenkati fl-Artikolu 31(6) l-Istati Membri jistgħu wkoll jikkunsidraw applikazzjoni bħala manifestament bla bażi jekk tkun definita hekk fil-liġi nazzjonali.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 46 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>Id-dritt għal rimedju effettiv<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, li jikkostitwixxi l-unika dispożizzjoni tal-Kapitolu V tagħha, liema kapitolu huwa intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>Proċeduri tal-appelli<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="046.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti jkollhom id-dritt għal rimedju effettiv quddiem qorti jew tribunal, kontra dawn li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>deċiżjoni meħuda dwar l-applikazzjoni tagħhom għall-protezzjoni internazzjonali, inkluża deċiżjoni:</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>(i)</NO.P><TXT>li tikkunsidra applikazzjoni bħala bla bażi fir-rigward ta’ status ta’ rifuġjat u/jew status ta’ protezzjoni sussidjarja,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ii)</NO.P><TXT>li tikkunsidra applikazzjoni bħala inammissibbli taħt l- Artikolu 33(2),</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(iii)</NO.P><TXT>meħuda fuq il-fruntiera jew fiż-żoni ta’ tranżitu ta’ Stat Membru kif deskritt fl-Artikolu 43(1);</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(iv)</NO.P><TXT>li ma jsirx eżami f’konformità mal-Artikolu 39.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>rifjut li l-eżami ta’ applikazzjoni jinfetaħ mill-ġdid wara li tkun twaqqfet skont l-Artikoli 27 u 28;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>deċiżjoni li tirtira l-protezzjoni internazzjonali taħt l-Artikolu 45.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="046.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Sabiex ikunu konformi mal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li rimedju effettiv jipprovdi għal eżami sħiħ u <HT TYPE="ITALIC">ex nunc</HT> ta’ kemm il-fatti kif ukoll il-punti tal-liġi, inkluż fejn applikabbli eżami tal-ħtiġijiet ta’ protezzjoni internazzjonali taħt id-Direttiva [2011/95], ta’ mill-inqas fi proċeduri ta’ appell quddiem qorti jew tribunal ta’ prima istanza.</ALINEA></PARAG><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Id-dritt Taljan</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li, fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali, id-dritt Taljan jipprevedi fażi amministrattiva, li fil-kuntest tagħha kummissjoni ta’ esperti teżamina l-applikazzjonijiet, liema eżami jinvolvi smigħ tal-applikant, u fażi ġudizzjarja, li matulha l-applikant li l-applikazzjoni tiegħu ma tkunx irnexxiet jista’ jikkontesta d-deċiżjoni negattiva tal-korp amministrattiv.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tispjega li, matul il-fażi ġudizzjarja, il-qorti tista’ tiċħad jew tilqa’ l-appell mingħajr ma tisma’ neċessarjament lill-appellant jekk huwa jkun diġà nstema’ mill-awtorità amministrattiva kompetenti għall-finijiet tal-proċedura ta’ eżami. Din is-soluzzjoni tista’ tiġi pprattikata b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-applikazzjonijiet manifestament infondati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, din l-interpretazzjoni tar-regoli nazzjonali applikabbli hija bbażata, b’mod partikolari, fuq l-Artikolu 19 tad-decreto legislativo n. 150 – Disposizioni complementari al codice di procedura civile in materia di riduzione e semplificazione dei procedimenti civili di cognizione, ai sensi dell’articolo 54 della legge <DATE ISO="20090618">18 giugno 2009</DATE>, n. 69. (Digriet Leġiżlattiv Nru 150 dwar dispożizzjonijiet komplementari għall-kodiċi ta’ proċedura ċivili fil-qasam tat-tnaqqis u tas-semplifikazzjoni tal-proċeduri kontenzjużi ċivili, fis-sens tal-Artikolu 54 tal-Liġi Nru 69 tat-<DATE ISO="20090618">18 ta’ Ġunju 2009</DATE>), tal-<DATE ISO="20110901">1 ta’ Settembru 2011</DATE> (GURI Nru 220, tal-<DATE ISO="20110921">21 ta’ Settembru 2011</DATE>), kif emendat bid-decreto legislativo n. 142 – Attuazione della direttiva 2013/33/UE recante norme relative all’accoglienza dei richiedenti protezione internazionale, nonché della direttiva 2013/32/UE, recante procedure comuni ai fini del riconoscimento e della revoca dello status di protezione internazionale (Digriet Leġiżlattiv Nru 142 li jimplementa d-Direttiva 2013/33/UE li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali kif ukoll id-Direttiva 2013/32/UE dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali), tat-<DATE ISO="20150818">18 ta’ Awwissu 2015</DATE> (GURI Nru 214, tal-<DATE ISO="20150915">15 ta’ Settembru 2015</DATE>) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>Digriet Leġiżlattiv Nru 150/2011<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 19(9) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 150/2011 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>Fi żmien sitt xhur mill-preżentata tal-appell, il-qorti għandha tiddeċiedi, fuq il-bażi tal-elementi eżistenti fil-mument tad-deċiżjoni, permezz ta’ digriet li jiċħad l-appell, jew li jagħti lill-appellant l-istatus ta’ refuġjat jew ta’ persuna li tkun ingħatatilha l-protezzjoni sussidjarja.<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, il-qorti għandha l-possibbiltà li tgħaddi direttament sabiex tiċħad jew tilqa’ l-appell, b’mod partikolari meta tqis li l-provi li diġà jkunu jinsabu fil-proċess iwasslu għal soluzzjoni li bl-ebda mod ma tkun tista’ tinbidel bi smigħ ġdid tal-appellant.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tispeċifika li l-interpretazzjoni tagħha ġiet ikkonfermata mill-Corte suprema di cassazione (qorti ta’ kassazzjoni, l-Italja) li ddeċidiet, permezz ta’ digriet tat-<DATE ISO="20160608">8 ta’ Ġunju 2016</DATE>, li, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>fir-rigward ta’ proċedura għal protezzjoni internazzjonali, il-qorti ma hijiex obbligata tordna s-smigħ tal-applikant għall-ażil<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Malli wasal l-Italja fl-<DATE ISO="20150320">20 ta’ Marzu 2015</DATE>, M. Sacko immedjatament ippreżenta applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali. Fl-<DATE ISO="20160310">10 ta’ Marzu 2016</DATE>, il-kummissjoni territorjali, marbuta mal-Prefettura di Milano (prefettura ta’ Milano, l-Italja), semgħet lil M. Sacko dwar is-sitwazzjoni tiegħu u r-raġunijiet għall-applikazzjoni tiegħu. Wara dan is-smigħ, irriżulta li M. Sacko telaq minn Mali minħabba li s-sitwazzjoni ekonomika personali tiegħu kienet marret lura serjament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni amministrattiva nnotifikata lill-persuna kkonċernata fil-<DATE ISO="20160405">5 ta’ April 2016</DATE>, il-kummissjoni territorjali ċaħdet l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali ppreżentata minn M. Sacko u rrifjutat li tagħtih kemm l-istatus ta’ refuġjat kif ukoll l-istatus mogħti mill-protezzjoni sussidjarja, peress li rrilevat li din l-applikazzjoni kienet ibbażata fuq motivi purament ekonomiċi u mhux fuq motivi marbuta mal-eżistenza ta’ persekuzzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20160503">3 ta’ Mejju 2016</DATE>, M. Sacko appella, quddiem il-qorti tar-rinviju, bil-għan li din id-deċiżjoni tiġi annullata, billi tenna l-motivi li kienu jinsabu fl-applikazzjoni tiegħu għal protezzjoni internazzjonali u billi ta deskrizzjoni ġenerali tas-sitwazzjoni li kienet teżisti f’Mali, mingħajr madankollu ma indika kif din tal-aħħar kellha impatt fuq is-sitwazzjoni personali tiegħu stess.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tispjega li hija għandha l-intenzjoni li tiċħad l-appell ippreżentat minn M. Sacko bħala manifestament infondat, mingħajr ma l-ewwel tisimgħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Peress li madankollu hija għandha dubji dwar il-kompatibbiltà ta’ tali soluzzjoni mad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari mal-Artikoli 12, 14, 31 u 46 tad-Direttiva 2013/32, it-Tribunale di Milano (qorti ta’ Milano, l-Italja) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u tagħmel id-domandi preliminari li ġejja lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>Id-Direttiva 2013/32 (b’mod partikolari, l-Artikoli 12, 14, 31 u 46) għandha tiġi interpretata fis-sens li tippermetti proċedura bħal dik Taljana (taħt l-Artikolu 19(9) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 150 tal-2011) li permezz tagħha awtorità ġudizzjarja adita minn applikant għall-ażil – li l-applikazzjoni tiegħu ġiet miċħuda mill-awtorità amministrattiva responsabbli li teżamina l-applikazzjonijiet għall-ażil wara li wettqet eżami sħiħ, inkluż intervista – tista’, fil-każ fejn ir-rikors għal stħarriġ ġudizzjarju jkun [l-azzjoni ġudizzjarja tkun] manifestament infondat[a] u ċ-ċaħda tal-applikazzjoni mill-awtorità amministrattiva għalhekk ma tistax tiġi kkontestata, tiċħad <HT TYPE="ITALIC">prima facie</HT> r-rikors għal stħarriġ ġudizzjarju [tiċħad immedjatament l-azzjoni ġudizzjarja] mingħajr ma l-applikant jerġa’ jingħata l-opportunità li jinstema’?<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq id-domanda preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda preliminari tagħha, it-Tribunale di Milano (qorti ta’ Milano) tistaqsi essenzjalment jekk id-Direttiva 2013/32, b’mod partikolari l-Artikoli 12, 14, 31 u 46 tagħha, għandhiex tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi li qorti nazzjonali, adita b’appell minn deċiżjoni li tiċħad applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali li tkun manifestament infondata, tiċħad l-imsemmi appell mingħajr ma tisma’ lill-applikant, b’mod partikolari meta dan tal-aħħar ikun diġà nstema’ mill-awtorità amministrattiva u meta ċ-ċirkustanzi fattwali ma jħallu ebda dubju dwar il-fondatezza ta’ din id-deċiżjoni ta’ ċaħda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Għandu qabelxejn jiġi rrilevat li, kif tenfasizza l-qorti tar-rinviju, ebda waħda mid-dispożizzjonijiet li hija titlob li jiġu interpretati ma timponi espressament li qorti adita bl-appell previst fl-Artikolu 46 tad-Direttiva 2013/32 għandha żżomm seduta għas-smigħ fil-kuntest ta’ tali appell.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fil-fatt, fl-ewwel lok, l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2013/32, li jinsab fil-Kapitolu II tagħha, liema kapitolu huwa intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>Prinċipji u garanziji bażiċi<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, jistabbilixxi l-garanziji mogħtija lill-applikanti u jagħmel distinzjoni espressa bejn, minn naħa, fil-paragrafu 1 tiegħu, il-garanziji applikabbli biss għall-proċeduri previsti fil-Kapitolu III ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>Proċeduri ta’ prima istanza<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, u, min-naħa l-oħra, fil-paragrafu 2 tiegħu, il-garanziji applikabbli għall-proċeduri previsti fil-Kapitolu V tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>Proċeduri tal-appelli<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>. Issa, għalkemm l-Artikolu 12(2) tal-istess direttiva jispeċifika li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti kollha igawdu garanziji ekwivalenti għal dawk imsemmija fil-paragrafu 1(b) sa (e)<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, id-dritt tal-applikant li jippreżenta osservazzjonijiet fil-kuntest ta’ proċedura orali ma huwiex inkluż fost dawn il-garanziji elenkati b’mod eżawrjenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, huwa minnu li l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2013/32, li jinsab ukoll fil-Kapitolu II tagħha, jimponi fuq l-awtorità determinanti l-obbligu li, qabel ma tieħu deċiżjoni, tagħti l-opportunità lill-applikant li jkollu intervista personali dwar l-applikazzjoni tiegħu għal protezzjoni internazzjonali ma’ persuna kompetenti taħt id-dritt nazzjonali sabiex tmexxi tali intervista. Madankollu, mill-formulazzjoni nfisha ta’ din id-dispożizzjoni, moqrija flimkien mal-Artikolu 2(f) tad-Direttiva 2013/32, jirriżulta li dan l-obbligu huwa indirizzat esklużivament lill-awtorità li tkun responsabbli għall-eżami tal-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali u li tkun kompetenti sabiex tagħti deċiżjoni fl-ewwel istanza fuq dawn l-applikazzjonijiet, u għalhekk ma japplikax għall-proċeduri tal-appell.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, l-Artikolu 31(3) tad-Direttiva 2013/32, li jinsab fil-Kapitolu III tagħha, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>Proċeduri ta’ prima istanza<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, jipprovdi li dawn il-proċeduri għandhom, bħala prinċipju, jiġu konklużi fi żmien sitt xhur mill-preżentata tal-applikazzjoni, bla ħsara għall-possibbiltà ta’ estensjoni ta’ dan it-terminu għall-motivi deskritti fl-Artikolu 31(3) u (4) ta’ din id-direttiva. L-Artikolu 31(8) tal-imsemmija direttiva jippermetti lill-Istati Membri, fil-każijiet elenkati minnu b’mod eżawrjenti, jiddeċiedu, filwaqt li josservaw il-prinċipji u l-garanziji bażiċi previsti fil-Kapitolu II tal-istess direttiva, li jħaffu l-proċedura ta’ eżami jew li jmexxu din il-proċedura fil-fruntiera jew fiż-żoni ta’ transitu. Dan huwa l-każ, b’mod partikolari, meta l-applikant ikun qajjem biss kwistjonijiet li ma humiex rilevanti għall-eżami dwar jekk huwa jissodisfax il-kundizzjonijiet meħtieġa sabiex jikseb l-istatus ta’ benefiċjarju ta’ protezzjoni internazzjonali taħt id-Direttiva 2011/95.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fir-raba’ u fl-aħħar lok, l-Artikolu 46 tad-Direttiva 2013/32, li jikkostitwixxi l-unika dispożizzjoni tal-Kapitolu V tagħha, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>Proċeduri tal-appelli<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, jipprevedi d-dritt għal rimedju effettiv quddiem qorti jew tribunal kontra deċiżjoni li tiċħad applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, inkluż kontra deċiżjonijiet li jiddikjaraw l-applikazzjoni inammissibbli jew infondata. Sabiex jikkonformaw ruħhom ma’ dan id-dritt, l-Istati Membri għandhom, skont l-Artikolu 46(3) tal-imsemmija direttiva, jiżguraw li rimedju effettiv jipprevedi eżami sħiħ u <HT TYPE="ITALIC">ex nunc</HT> kemm tal-fatti kif ukoll tal-punti ta’ liġi, inkluż, fejn ikun applikabbli, eżami tal-ħtiġijiet ta’ protezzjoni internazzjonali taħt id-Direttiva 2011/95, tal-inqas fil-kuntest ta’ proċeduri tal-appell quddiem qorti jew tribunal tal-ewwel istanza. Madankollu, la l-Artikolu 46 tad-Direttiva 2013/32 u lanqas kwalunkwe dispożizzjoni oħra tagħha ma jipprovdu li għandha tinżamm seduta għas-smigħ quddiem il-qorti adita bl-appell.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, huma l-qrati tal-Istati Membri li, skont il-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali stabbilit mill-Artikolu 4(3) TUE, għandhom jiżguraw il-protezzjoni ġudizzjarja tad-drittijiet li l-individwi jisiltu mid-dritt tal-Unjoni, filwaqt li, barra minn hekk, l-Artikolu 19(1) TUE jimponi fuq l-Istati Membri li jipprovdu r-rimedji meħtieġa sabiex jiżguraw protezzjoni ġudizzjarja effettiva fl-oqsma koperti mid-dritt tal-Unjoni (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161108">8 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Lesoochranárske zoskupenie VLK</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑243/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:838">EU:C:2016:838</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170209">9 ta’ Frar 2017</DATE>, <NAME.CASE>M</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑560/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:101">EU:C:2017:101</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Dan l-obbligu impost fuq l-Istati Membri jikkorrispondi għad-dritt irrikonoxxut mill-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>), intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>Id-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess imparzjali<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, li skontu kull persuna li d-drittijiet u l-libertajiet tagħha ggarantiti mid-dritt tal-Unjoni jkunu nkisru għandha d-dritt għal rimedju effettiv quddiem qorti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170516">16 ta’ Mejju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Berlioz Investment Fund</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑682/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:373">EU:C:2017:373</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-karatteristiċi tar-rimedju previst fl-Artikolu 46 tad-Direttiva 2013/32 għandhom jiġu ddeterminati konformement mal-Artikolu 47 tal-Karta li jikkostitwixxi riaffermazzjoni tal-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva [ara, b’analoġija, fir-rigward tal-Artikolu 39 tad-Direttiva tal-Kunsill 2005/85/KE, tal-<DATE ISO="20051201">1 ta’ Diċembru 2005</DATE>, dwar standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-istatus ta’ rifuġjat (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="175M" PAGE.FIRST="168" DATE.PUB="20060629">ĠU L 175M, 29.6.2006, p. 168</REF.DOC.OJ>), is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151217">17 ta’ Diċembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Tall</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑239/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:824">EU:C:2015:824</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>].</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>L-imsemmi prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva tad-drittijiet li l-individwi jisiltu mid-dritt tal-Unjoni huwa kkostitwit minn diversi elementi, li jinkludu, b’mod partikolari, id-drittijiet tad-difiża, il-prinċipju ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet, id-dritt ta’ aċċess għall-qrati u d-dritt li tieħu parir, ikollha difiża u tkun irrappreżentata (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121106">6 ta’ Novembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Otis <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑199/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:684">EU:C:2012:684</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda, minn naħa, il-proċeduri tal-ewwel istanza previsti fil-Kapitolu III tad-Direttiva 2013/32, għandu jitfakkar li l-obbligu li jiġu rrispettati d-drittijiet tad-difiża tad-destinatarji ta’ deċiżjonijiet li jaffettwaw l-interessi tagħhom b’mod sinjifikattiv jaqa’, bħala<?PAGE NO="9"?> prinċipju, fuq l-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri meta jieħdu miżuri li jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130910">10 ta’ Settembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>G. u R.</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑383/13 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:533">EU:C:2013:533</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141211">11 ta’ Diċembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Boudjlida</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑249/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2431">EU:C:2014:2431</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>B’mod iktar partikolari, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li d-dritt għal smigħ f’kull proċedura, li jifforma parti integrali mir-rispett tad-drittijiet tad-difiża, prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, jiggarantixxi lil kull persuna l-possibbiltà li tesprimi l-fehma tagħha, b’mod utli u effettiv, matul proċedura amministrattiva u qabel l-adozzjoni ta’ kull deċiżjoni li tista’ taffettwa l-interessi tagħha b’mod negattiv (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141211">11 ta’ Diċembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Boudjlida</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑249/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2431">EU:C:2014:2431</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170209">9 ta’ Frar 2017</DATE>, <NAME.CASE>M</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑560/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:101">EU:C:2017:101</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ir-regola li d-destinatarju ta’ deċiżjoni li tikkawża preġudizzju għandu jitqiegħed f’pożizzjoni li jissottometti l-osservazzjonijiet tiegħu qabel ma tittieħed din id-deċiżjoni għandha l-għan, b’mod partikolari, li din il-persuna tkun tista’ tikkorreġi żball jew tissottometti elementi marbuta mas-sitwazzjoni personali tagħha li jargumentaw fis-sens li d-deċiżjoni tittieħed jew ma tittiħidx jew li jkollha kontenut speċifiku (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141105">5 ta’ Novembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Mukarubega</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑166/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2336">EU:C:2014:2336</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141211">11 ta’ Diċembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Boudjlida</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑249/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2431">EU:C:2014:2431</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda, min-naħa l-oħra, il-proċeduri tal-appell previsti fil-Kapitolu V tad-Direttiva 2013/32, sabiex jiġi żgurat li l-eżerċizzju tad-dritt għal tali appell ikun effettiv, jeħtieġ li l-qorti nazzjonali tkun tista’ tivverifika l-fondatezza tar-raġunijiet li wasslu lill-awtorità amministrattiva kompetenti li tqis l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali bħala infondata jew abbużiva (ara, b’analoġija, f’dak li jirrigwarda d-Direttiva 2005/85, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110728">28 ta’ Lulju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Samba Diouf</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑69/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:524">EU:C:2011:524</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Issa, f’dan il-każ, għandu jiġi kkonstatat li l-assenza ta’ smigħ tal-applikant matul proċedura tal-appell bħal dik prevista fil-Kapitolu V tad-Direttiva 2013/32 tikkostitwixxi restrizzjoni għad-drittijiet tad-difiża, li jifformaw parti mill-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva, irrikonoxxut mill-Artikolu 47 tal-Karta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Madankollu, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, id-drittijiet fundamentali, bħar-rispett tad-drittijiet tad-difiża, li jinkludi d-dritt għal smigħ, ma jikkostitwixxux prerogattivi assoluti, iżda jistgħu jinkludu restrizzjonijiet, bil-kundizzjoni li dawn tal-aħħar jissodisfaw effettivament għanijiet ta’ interess ġenerali li l-miżura inkwistjoni tfittex li tilħaq u ma jikkostitwixxux, fir-rigward tal-iskop imfittex, intervent sproporzjonat u intollerabbli li jippreġudika s-sustanza nfisha tad-drittijiet hekk iggarantiti (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130910">10 ta’ Settembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>G. u R.</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑383/13 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:533">EU:C:2013:533</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141211">11 ta’ Diċembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Boudjlida</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑249/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2431">EU:C:2014:2431</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160707">7 ta’ Lulju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Lebek</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑70/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:524">EU:C:2016:524</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Interpretazzjoni tad-dritt għal smigħ, iggarantit mill-Artikolu 47 tal-Karta, fis-sens li dan tal-aħħar ma huwiex ta’ natura assoluta, hija kkonfermata mill-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, li fid-dawl tagħha għandu jiġi interpretat l-imsemmi Artikolu 47, peress li l-ewwel u t-tieni paragrafi ta’ dan l-artikolu jikkorrispondu għall-Artikolu 6(1) u għall-Artikolu 13 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f’Ruma fl-<DATE ISO="19501104">4 ta’ Novembru 1950</DATE> (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160630">30 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Toma u Biroul Executorului Judecătoresc Horațiu-Vasile Cruduleci</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑205/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:499">EU:C:2016:499</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà rrilevat li l-Artikolu 6(1) ta’ din il-konvenzjoni ma jimponix obbligu assolut li tinżamm seduta pubblika u ma jeżiġix neċessarjament li tinżamm seduta fil-proċeduri kollha, u ddeċidiet li, bl-istess mod, la t-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta u lanqas kwalunkwe dispożizzjoni oħra tagħha ma jimponu tali obbligu (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150604">4 ta’ Ġunju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Andechser Molkerei Scheitz vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑682/13 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:356">EU:C:2015:356</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, li tirreferi għas-sentenza tal-Qorti EDB tat-<DATE ISO="20061123">23 ta’ Novembru 2006</DATE>, Jussila vs Il-Finlandja, CE:ECHR:2006:1123JUD007305301, § 41).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet ukoll li l-eżistenza ta’ ksur tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva għandha tiġi evalwata skont iċ-ċirkustanzi speċifiċi ta’ kull każ, b’mod partikolari n-natura tal-att inkwistjoni, il-kuntest tal-adozzjoni tiegħu u r-regoli ġuridiċi li jirregolaw il-qasam ikkonċernat (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130718">18 ta’ Lulju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Kadi</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑584/10 P, C‑593/10 P u C‑595/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:518">EU:C:2013:518</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0102">102</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170209">9 ta’ Frar 2017</DATE>, <NAME.CASE>M</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑560/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:101">EU:C:2017:101</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>F’dan il-każ, l-obbligu għall-qorti li għandha ġurisdizzjoni, previst fl-Artikolu 46(3) tad-Direttiva 2013/32, li twettaq eżami sħiħ u <HT TYPE="ITALIC">ex nunc</HT> kemm tal-fatti kif ukoll tal-punti ta’ liġi għandu jiġi interpretat fil-kuntest tal-proċedura ta’ eżami tal-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali rregolata minn din id-direttiva, kollha kemm hi, billi tittieħed inkunsiderazzjoni r-rabta stretta li teżisti bejn il-proċedura tal-appell quddiem qorti u l-proċedura tal-ewwel istanza li tippreċediha, li matulha l-applikant għandu jingħata l-opportunità ta’ intervista personali dwar l-applikazzjoni tiegħu għal protezzjoni internazzjonali, konformement mal-Artikolu 14 tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li, peress li, skont l-Artikolu 17(2) tad-Direttiva 2013/32, ir-rapport jew it-traskrizzjoni ta’ kull intervista personali ma’ applikant għandhom ikunu disponibbli b’rabta mal-fajl, il-kontenut ta’ dan ir-rapport jew ta’ din it-traskrizzjoni jikkostitwixxi element importanti għall-evalwazzjoni mill-qorti li għandha ġurisdizzjoni meta din tal-aħħar twettaq l-eżami sħiħ u <HT TYPE="ITALIC">ex nunc</HT> kemm tal-fatti kif ukoll tal-punti ta’ liġi, previst fl-Artikolu 46(3) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Minn dan isegwi, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punti 58 u 59 u 65 sa 67 tal-konklużjonijiet tiegħu, li n-neċessità, għall-qorti adita bl-appell previst fl-Artikolu 46 tad-Direttiva 2013/32, li hija tisma’ lill-applikant għandha tiġi evalwata fid-dawl tal-obbligu tagħha li twettaq l-eżami sħiħ u <HT TYPE="ITALIC">ex nunc</HT> previst fl-Artikolu 46(3) ta’ din id-direttiva, għall-finijiet tal-protezzjoni ġudizzjarja effettiva tad-drittijiet u tal-interessi tal-applikant. Huwa biss jekk l-imsemmija qorti tqis li tista’ twettaq tali eżami abbażi biss tal-informazzjoni li tinsab fil-proċess, li tinkludi, jekk ikun il-każ, ir-rapport jew it-traskrizzjoni tal-intervista personali mal-applikant matul il-proċedura tal-ewwel istanza, li hija tista’ tiddeċiedi li ma tismax lill-applikant fil-kuntest tal-appell li bih tkun adita. Fil-fatt, f’tali ċirkustanzi, il-possibbiltà li ma ssirx seduta għas-smigħ tkun fl-interess kemm tal-Istati Membri kif ukoll tal-applikanti, imsemmi fil-premessa 18 tal-imsemmija direttiva, li deċiżjoni tittieħed malajr kemm jista’ jkun dwar l-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali, mingħajr preġudizzju għat-twettiq ta’ eżami xieraq u komplet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, jekk il-qorti adita bl-appell tqis li jkun neċessarju li l-applikant jinstema’ sabiex tkun tista’ twettaq l-eżami sħiħ u <HT TYPE="ITALIC">ex nunc</HT> meħtieġ, tali smigħ, ordnat mill-imsemmija qorti, jikkostitwixxi forma proċedurali li hija ma tistax tirrinunzja għaliha għar-raġunijiet ta’ ħeffa previsti fil-premessa 20 tad-Direttiva 2013/32. Fil-fatt, kif irrileva l-Avukat Ġenerai fil-punt 67 tal-konklużjonijiet tiegħu, għalkemm din il-premessa tippermetti li l-Istati Membri jħaffu l-proċedura ta’ eżami f’ċerti każijiet, u b’mod partikolari meta applikazzjoni tista’ tkun infondata, hija bl-ebda mod ma tawtorizza l-eliminazzjoni ta’ forom proċedurali neċessarji sabiex jiġi ggarantit id-dritt għall-protezzjoni ġudizzjarja effettiva tal-appellant.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ applikazzjoni manifestament infondata fis-sens tal-Artikolu 32(2) tad-Direttiva 2013/32, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-obbligu impost fuq il-qorti li twettaq l-eżami sħiħ u <HT TYPE="ITALIC">ex nunc</HT> previst fl-Artikolu 46(3) ta’ din id-direttiva jkun, bħala prinċipju, issodisfatt meta dik il-qorti tieħu<?PAGE NO="11"?> inkunsiderazzjoni n-noti ppreżentati quddiem il-qorti adita bl-appell u l-informazzjoni oġġettiva li tinsab fil-fajl amministrattiv li jirriżulta mill-proċedura tal-ewwel istanza, inklużi, jekk ikun il-każ, ir-rapport jew ir-reġistrazzjoni tal-intervista personali magħmula fil-kuntest tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni hija kkorroborata mill-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, li skontha ż-żamma ta’ seduta ma hijiex neċessarja meta l-kawża ma tqajjimx punti ta’ fatt jew ta’ liġi li ma jkunux jistgħu jiġu riżolti b’mod adegwat abbażi tal-proċess u tal-osservazzjonijiet bil-miktub tal-partijiet (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150604">4 ta’ Ġunju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Andechser Molkerei Scheitz vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑682/13 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:356">EU:C:2015:356</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, li tirreferi għas-sentenza tal-Qorti EDB tat-<DATE ISO="20021112">12 ta’ Novembru 2002</DATE>, Döry vs L-Isvezja, CE:ECHR:2002:1112JUD 002839495, § 37).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għalkemm l-Artikolu 46 tad-Direttiva 2013/32 ma jimponix fuq il-qorti adita b’appell minn deċiżjoni li tiċħad applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali li tisma’ lill-applikant fiċ-ċirkustanzi kollha, huwa madankollu ma jawtorizzax lill-leġiżlatur nazzjonali jimpedixxi lil dik il-qorti milli tordna ż-żamma ta’ seduta għas-smigħ fil-każ fejn, peress li tkun qieset li l-informazzjoni miġbura waqt l-intervista personali magħmula matul il-proċedura tal-ewwel istanza hija insuffiċjenti, hija tqis li huwa neċessarju li tiġi organizzata tali seduta għas-smigħ għall-finijiet tal-eżami sħiħ u <HT TYPE="ITALIC">ex nunc</HT> kemm tal-fatti kif ukoll tal-punti ta’ liġi, previst fl-Artikolu 46(3) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, id-Direttiva 2013/32, u b’mod partikolari l-Artikoli 12, 14, 31 u 46 tagħha, moqrija fid-dawl tal-Artikolu 47 tal-Karta, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix li qorti nazzjonali, adita b’appell minn deċiżjoni li tiċħad applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali li tkun manifestament infondata, tiċħad l-imsemmi appell mingħajr ma tisma’ lill-applikant meta ċ-ċirkustanzi fattwali ma jħallu ebda dubju dwar il-fondatezza ta’ din id-deċiżjoni, bil-kundizzjoni, minn naħa, li, matul il-proċedura tal-ewwel istanza, l-applikant ikun ingħata l-opportunità ta’ intervista personali dwar l-applikazzjoni tiegħu għal protezzjoni internazzjonali, konformement mal-Artikolu 14 ta’ din id-direttiva, u li r-rapport jew it-traskrizzjoni ta’ din l-intervista, fil-każ li tkun saret, ikunu disponibbli b’rabta mal-fajl, konformement mal-Artikolu 17(2) tal-imsemmija direttiva, u, min-naħa l-oħra, li l-qorti adita bl-appell tkun tista’ tordna tali smigħ jekk tqis li jkun neċessarju għall-finijiet tal-eżami sħiħ u <HT TYPE="ITALIC">ex nunc</HT> kemm tal-fatti kif ukoll tal-punti ta’ liġi, previst fl-Artikolu 46(3) tal-istess direttiva.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><HT TYPE="BOLD">Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</HT></INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Id-Direttiva 2013/32 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20130626">26 ta’ Ġunju 2013</DATE>, dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali, u b’mod partikolari l-Artikoli 12, 14, 31 u 46 tagħha, moqrija fid-dawl tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix li qorti nazzjonali, adita b’appell minn deċiżjoni li tiċħad applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali li tkun manifestament infondata, tiċħad l-imsemmi appell mingħajr ma tisma’ lill-applikant meta ċ-ċirkustanzi fattwali ma jħallu ebda dubju dwar il-fondatezza ta’ din id-deċiżjoni, bil-kundizzjoni, minn naħa, li, matul il-proċedura tal-ewwel istanza, l-applikant ikun ingħata l-opportunità ta’ intervista personali dwar l-applikazzjoni tiegħu għal protezzjoni internazzjonali, konformement mal-Artikolu 14 ta’ din id-direttiva, u li r-rapport jew it-traskrizzjoni ta’ din l-intervista, fil-każ li tkun saret, ikunu disponibbli b’rabta mal-fajl,<?PAGE NO="12"?> konformement mal-Artikolu 17(2) tal-imsemmija direttiva, u, min-naħa l-oħra, li l-qorti adita bl-appell tkun tista’ tordna tali smigħ jekk tqis li jkun neċessarju għall-finijiet tal-eżami sħiħ u <HT TYPE="ITALIC">ex nunc</HT> kemm tal-fatti kif ukoll tal-punti ta’ liġi, previst fl-Artikolu 46(3) tal-istess direttiva.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>