European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/6525

2.12.2025

Avviż għall-attenzjoni tal-individwi soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2319, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/2442 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2022/2309, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2025/2443 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Haiti

(C/2025/6525)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-individwi li jidhru fl-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2319 (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/2442 (2), u fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2022/2309 (3), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2025/2443 (4), dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Haiti.

Fis-17 ta' Ottubru 2025, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“KSNU”) adotta r-Riżoluzzjoni 2794 (2025), li żiedet żewġ individwi mal-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.

L-individwi kkonċernati jistgħu fi kwalunkwe ħin iressqu talba lill-Kumitat tan-NU stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 2653 (2022) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, flimkien ma' kwalunkwe dokumentazzjoni ta' ġustifikazzjoni, biex id-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-lista tan-NU tiġi rieżaminata. Din it-talba għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:

Focal Point for De-listing

Security Council Subsidiary Organs Branch

Room DC2 2034

United Nations

New York, N.Y. 10017

United States of America

Tel.: +1 917 367 9448

Fax: +1 917 367 0460

Email: delisting@un.org

Għal aktar informazzjoni, ara: https://www.un.org/securitycouncil/sanctions/2653.

B'segwitu għad-deċiżjoni tan-NU, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddetermina li l-individwi ddeżinjati min-NU għandhom jiġu inklużi fil-listi ta' persuni u entitajiet li huma soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2022/2319, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2025/2442 u r-Regolament (UE) Nru 2022/2309, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2025/2443. Ir-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista tal-individwi kkonċernati jinsabu fl-entrata rilevanti fl-Anness I tad-Deċiżjoni u fl-Anness I tar-Regolament.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-individwi kkonċernati dwar il-possibbiltà li jippreżentaw applikazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fuq is-siti web fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 2022/2309, kif implimentat mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2025/2443, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew pagamenti speċifiċi (ara l-Artikolu 6 tar-Regolament).

L-individwi kkonċernati jistgħu jressqu talba lill-Kunsill, flimkien mad-dokumentazzjoni ta' ġustifikazzjoni, biex id-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq tiġi rieżaminata, fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

RELEX.1

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Email: sanctions@consilium.europa.eu

L-attenzjoni tal-individwi kkonċernati qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li tiġi kkontestata d-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-raba' u s-sitt paragrafi, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)   ĠU L 307, 28.11.2022, p. 135.

(2)   ĠU L, 2025/2442, 1.12.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2442/oj.

(3)   ĠU L 307, 28.11.2022, p. 17.

(4)   ĠU L, 2025/2443, 1.12.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2443/oj.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6525/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)