32004D0117



Official Journal L 036 , 07/02/2004 P. 0020 - 0033


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tad-19 ta’ Jannar 2004

li temenda d-Deċiżjonijiet 92/260/KEE, 93/197/KEE u 97/10/KE fir-rigward ta’ dħul temporanju u importazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea ta’ żwiemel reġistrati fl-Afrika ta’ Isfel

(notifikata bid-dokument numru K(2004) 50)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2004/117/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 Ġunju 1990 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw iċ-ċaqlieq u l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ta’ ekwide [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 12(2), l-Artikolu 13(2), l-Artikoli 14, 15, 16 u l-Artikoli 19(i) tagħha,

Billi:

(1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/260/KEE [2] tippreskrivi l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għad-dħul temporanju ta’ żwiemel reġistrati.

(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/197/KEE [3], tippreskrivi l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjonijiet ta’ ekwide reġistrati u ekwide għat-tgħammir u l-produzzjoni.

(3) L-Anness I li jinsab mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/10/KE tat-12 ta’ Diċembru 1996 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 92/160/KEE, 92/260/KEE u 93/197/KEE fir-rigward tad-dħul temporanju u l-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ żwiemel reġistrati fl-Afrika ta’ Isfel [4] tipprovdi għal garanziji addizzjonali li jgħoddu għar-reġjonalizzazzjoni ta’ l-Afrika ta’ Isfel għal importazzjonijiet ta’ żwiemel reġistrati fil-Komunità Ewropea.

(4) Dawk il-garanziji addizzjonali jipprojbixxu l-użu ta’ tilqim kontra l-marda Afrikana taż-żwiemel ġewwa ż-żona ħielsa mill-marda Afrikana taż-żwiemel. B’konsegwenza l-istatus tat-tilqim ta’ żwiemel reġistrati li jkunu residenti f’żona ħielsa mill-mardaAafrikana taż-żwiemel għal aktar minn 24 xahar ma jistgħux jiġu aktarċertifikati taħt il-kondizzjonijiet presenti ta’ importazzjoni.

(5) B’żieda huwa meħtieġ li t-trasportazzjoni ta’ żwiemel reġistrati f’żona ħielsa tintgħamel suġġetta għall-awtorizzazzjoni f’każi fejn dawk iż-żwiemel ma jkunux ġew imlaqqma jew fejn għal raġunijiet veterinarji dak it-tilqim ma kienx twettaq b’konformità ma’ l-istruzzjonijiet kollha tal-manifattur.

(6) Huwa meħtieġ li jiġu adattati garanziji addizzjonali għar-reġjonalizzazzjoni ta’ l-Afrika ta’ Isfel għal importazzjonijiet fil-Komunità ta’ żwiemel reġistrati fid-dawl tas-sitwazzjoni tas-saħħa ta’ l-annimali f’dak il-pajjiż, u biex jirriflettu dawn il-modifikazzjonijiet fil-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja applikabbli għal dik l-importazzjoni.

(7) Id-Deċiżjonijiet 92/260/KEE, 93/197/KEE u 97/10/KE għandhom għalhekk jiġu hekk emendati.

(8) Il-miżuri li għalihom tipprovdi din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DE¬IŻJONI:

L-Artikolu 1

Fl-Anness II li jinsab mad-Deċiżjoni 92/260/KEE iċ-ċertifikat F tas-saħħa ta’ l-annimali huwa sostitwit bit-test ta’ l-Anness I li jinsab ma’ din id-Deċiżjoni.

L-Artikolu 2

Fl-Anness II li jinsab mad-Deċiżjoni 93/197/KEE iċ-ċertifikat F tas-saħħa ta’ l-annimali huwa sostitwit bittest ta’ l-Anness II li jinsab ma’ din id-Deċiżjoni.

L-Artikolu 3

L-Anness I li jinsab mad-Deċiżjoni 97/10/KE huwa emendat skond l-Anness III li jinsab ma’ din id-Deċiżjoni.

L-Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fid-19 ta’ Jannar 2004.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 42. Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 1).

[2] ĠU L 130, tal-15.5.1992, p. 67. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2003/541/KE (ĠU L 185, ta’ l-24.7.2003, p. 41).

[3] ĠU L 86, tas-6.4.1993, p. 16. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2003/541/KE.

[4] ĠU L 3, tas-7.1.1997, p. 9. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2003/541/KE.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS III

L-Anness I tad-Deċiżjoni Nru. 97/10/KE hi emendata kif ġej:

1. Punt Nru. 5.5.1.4 hi mibdula b'dan li ġej:

"5.5.1.4. iċ-ċertifikat għandu jgħid li ż-żiemel:

- kien eżaminat klinikament fi 48 siegħa mid-dispaċċ u ma wera l-edba sinjal kliniku ta' mard, u

- ma ġiex f'kuntatt waqt l-aħħar 15-il jum (sa fejn hu aċċertabbli) ma' equidae oħrajn li jsofru minn marda kontaġġuża jew infettuża, u

- ma joriġinax minn żona fejn hemm restrizzjonijiet veterinarji marbuta ma' mard li jittieħeħed mil-equidae fis-seħħ u m'hux ġej minn azjenda fejn hemm restrizzjonijiet veterinarji, u

- m'hux ġej minn azjenda fejn kien hemm każ tal-marda taż-żwiemel Afrikana waqt l-aħħar 60 jum, u

- jekk iż-żiemel joriġina minn żona barra miż-żona ta' sorveljanza, kien

(i) mlaqqam kontra l-marda taż-żwiemel Afrikana minn veterinarju bl-użu ta' tilqima polyvalent reġistrata kif preskritt mil-produttur ta' l-anqas 60 jum, u mhux aktar minn 24 xagħar, qabel id-dħul fiż-żona libera, jew

(ii) iż-żiemel kien impurtat minn territorju ta' pajjiż jew parti mit-territorju reġjonaliżżat skond l-Artikolu 13(2) tad-Direttiva Nru. 90/426/KEE, kkunsidrata skond il-leġislazzjoni Komunitarja bħala li mhux infettata bil-marda taż-żwiemel Afrikana u nġarr bl-ajru taħt kondizzjonijiet li joffru protezzjoni mill-insetti trasportaturi tal-mard mill-ajruport ta' Johannesburg, għaż-żona libera mill-marda taż-żwiemel Afrikana."

2. Fil-punt 5.5.1 għandu jiżdied dan li ġej:

"5.5.1.5. Bħala deroga mid-disposizzjonijiet stabbiliti fil-punt 5.5.1.4, il-ħames inċiż, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, f'każijiet eċċezzjonali, kif stabbiliti fil-leġislazzjoni nazzjonali jew lokali tal-pajjiż li qed jesporta, speċifikament jawtorizzaw it-trasport ta' żiemel reġistrat miż-żona infettata, ta' protezzjoni jew ta' sorveljanza għal żona libera taħt il-kondizzjonijiet segwenti,

- iż-żiemel huwa trasportat direttament għall-istazzjon tal-kwarantina approvata għal dak l-użu fiż-żona libera,

- it-trasport isir taħt kondizzjonijiet li joffru protezzjoni mill-insetti trasportaturi tal-mard, u għandu jittieħed kont tal-fatturi li jnaqqsu r-riskju, bħall-istaġun liberu mill-insetti trasportaturi, jew bi nhar, l-applikazzjoni ta' repellanti, kopertura ta' l-annimal u ventilazzjoni forzata fuq il-mezz tat-trasport,

- iż-żiemel huwa iżolat fl-istazzjon ta' kwarantina li joffru protezzjoni mill-insetti trasportaturi tal-mard għal ta' l-anqas 40 jum,

- waqt il-perjodu ta' iżolament, iż-żiemel huwa soġġett għal testijiet għall-marda taż-żwiemel Afrikana magħmula skond l-Anness D tad-Direttiva 90/426/KEE f'żewġ okkażjonijiet, li jsiru fuq kampjuni ta' demm li ttieħdu b'intervall ta' bejn 21 u 30 jum, u t-tieni kampjun ittieħed waqt 10 t'ijiem minn mindu telaq mill-istazzjon tal-kwarantina, b'riżultat negattiv, jekk iż-żiemel ma ġiex mlaqqam jew mingħajr żieda fil-livell ta' anti korpi jekk iż-żiemel kien imlaqqam qabel."

--------------------------------------------------