31995R0997



Official Journal L 101 , 04/05/1995 P. 0016 - 0018


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 997/95

tat- 3 ta' Mejju 1995

li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1035/72 u (KEE) Nru 2019/93 u r-Regolamenti (KEE) Nru 886/87, (KEE) Nru 816/89, (KEE) Nru 3780/90, (KEE) Nru 1108/91, (KE) Nru 3254/93, (KE) Nru 1281/94 u (KE) Nru 1372/94 rigward il-kodiċi ta' nomenklatura magħquda għal frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 234/79 tal-5 ta' Frar 1979 rigward il-proċedura għall-aġġustament tan-nomenklatura fit-Tariffa tad-Dwana Komuni użata għall-prodotti agrikoli [1], kif l-aħħar emendata permezz tar-Regolament (KE) Nru 3290/94 [2], u partikolarment l-Artikolu 2(1) migjub fih,

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3115/94 ta' l-20 ta' Diċembru 1994 li jemenda l-Annessi I u II għar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffi u ta' l-istatistika u dwar it-Tariffa tad-Dwana Komuni [3] jipprovdi emendi rigward il-qaqoċċ li jaqa' taħt il-kodiċi NM 070910, il-larinġ li jaqa' taħt il-kodiċi NM 080510, il-lumi li jaqa' taħt il-kodiċi NM 080530, l-għeneb tal-mejda li jaqa' taħt il-kodiċi NM 080610, it-tuffieħ li jaqa' taħt il-kodiċi NM 080810, il-berquq li jaqa' taħt il-kodiċi NM 080910, il-ħawħ li jaqa' taħt kodiċi NM 080930 u l-lewż li jaqa' taħt il-kodiċi NM 081350;

Billi dawn il-prodotti jidhru fit-test tar-Regolamenti:

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1035/72 tat-18 ta' Mejju 1972 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħxejjex [4], kif l-aħħar emendat permezz ta' Regolament (KE) Nru 3290/94,

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 886/87 tas-27 ta' Marzu 1987 dwar in-notifikazzjoni mill-Istati Membri lill-Kummissjoni ta' l-informazzjoni relatata ma' l-importazzjoni tat-tuffieħ tad-deżerta [5], kif l-aħħar emendat permezz ta' Regolament (KE) Nru 1152/94 [6],

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 816/89 tat-30 ta' Marzu 1989 li jistabilixxi l-lista ta' prodotti soġġetti għall-mekkaniżmu ta' kummerc supplementari fis-settur tal-frott u tal-ħxejjex friski [7], kif emendat permezz tar-Regolament (KEE) Nru 3831/92 [8],

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3780/90 tad-19 ta' Diċembru 1990 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3576/90 rigward is-sospensjoni temporanja tal-mekkaniżmu ta' kumpens għall-importazzjoni u d-dwana fuq il-frott u l-ħxejjex li joriġinaw minn Spanja u l-Portugall maħruga għall-konsum fit-territorju ta' dik li kienet ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja [9],

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1108/91 tat-30 ta' April 1991 li jistabilixxi standards ta' kwalità għall-berquq [10],

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2019/93 tad-19 ta' Lulju 1993 li jintroduċi miżuri speċifiċi għall-gżejjer Eġej iż-żgħar rigward ċerti prodotti agrikoli [11], kif emendat permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni(KE) Nru 822/94 [12],

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3254/93 tas-26 ta' Novembru 1993 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2019/93 dwar l-arranġamenti speċifiċi ta' provvista għal ċerti frott u ħxejjex għall-benefiċcju tal-gżejjer Eġej iż-żgħar [13], kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 3128/94 [14],

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1281/94 tat-2 ta' Ġunju 1994 li jistabbilixxi sistema għas-sorveljanza ta' l-importazzjonijiet ta' ċirasa morra friska li toriġina fir-Repubbliki tal-Bosnia-Herzegovina, il-Kroazja, is-Slovenja u t-territorju ta' dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja [15],

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1372/94 tas-16 ta' Ġunju 1994 li jistabbilixxi ċerti limiti individwali u ċerti regoli dettaljati addizjonali għall-applikazzjoni tal-mekkaniżmu kummercjali supplementari fil-frott u l-ħxejjex frisk bejn il-Portugall u l-Istati Membri l-oħra [16];

Billi r-Regolamenti msemmija qabel għandhom għalhekk jiġu emendati;

Billi l-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma b'mod konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija tal-Frott u l-Ħaxix ta' l-Ikel,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

It-tabella fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72 hija emendata kif gej:

1. Il-partiti

"08061011 | Għeneb tal-mejda frisk |

08061015 |

08061019" |

Huma mibdula b'dan li gej.

"08061021 | Għeneb tal-mejda frisk |

08061029 |

08061030 |

08061040 |

08061050 |

08061061 |

08061069" |

2. Il-partita

"01835030 | Taħlitiet, li jikkonsistu esklużivament minn gewż imnixxef ta' l-intestatura Nri. 0801 u 0802" |

Hija mibdula b'dan li gej:

"08135031 | Taħlitiet, li jikkonsistu esklużivament minn gewż imnixxef |

08135039 | ta' l-intestatura Nri. 0801 u 0802" |

Artikolu 2

Fl-Artikolu tar-Regolament (KEE) Nru 886/87 il-kodiċi NM 08081031 sa 08081089 għat-tuffieħ tal-mejda huwa mibdul bil-kodiċi NM 08081051 sa 08081098.

Artikolu 3

L-Anness għar-Regolament (KEE) Nru 816/89 huwa emendat kif gej:

1. Il-partita

"07091000 | il-Qaqoċċ" |

hija mibdula b'dan li gej:

"07091010 | il-Qaqoċċ |

07091020 |

07091030 |

07091040" |

2. Il-partita

"08091000 | il-Berquq" |

hija mibdula b'dan li gej:

"08091010 | il-Berquq |

08091020 |

08091030 |

08091040 |

08091050" |

3. Il-partita

"ex08093000 | l-ћawћ, minbarrra n-nuċiprisk" |

hija mibdula b'dan li gej:

"08093019 | Il-ћawћ, minbarra n-nuciprisk. |

08093029 |

08093039 |

08093049 |

08093059" |

Artikolu 4

Fl-Anness għar-Regolament (KEE) Nru 3780/90, il-kodiċi NM 08053010 għal-lumi huwa mibdul bil-kodiċi NM 08053020 sa 08053040.

Artikolu 5

Fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1108/91, il-kodiċi NM 08091000 għall-berquq huwa mibdul bil-kodiċi NM 08091010 sa 08091050.

Artikolu 6

L-Anness għar-Regolament (KEE) Nru 2019/93 huwa emendat kif gej:

1. Il-Kodiċi NM 08081031 sa 08081089 għat-tuffieħ huwa mibdul bil-kodiċi NM 08081051 sa 08081098;

2. Il-Kodiċi NM 08082031 sa 08082039 għal-lanġas huwa mibdul bil-kodiċi NM 08082031 sa 08082067.

Artikolu 7

L-Annessi I u II għar-Regolament (KE) Nru 3254/93 huma emendati kif gej:

1. Il-Kodiċi NM 08081031 sa 08081089 għat-tuffieħ u mibdul bil-kodiċi NM 08081051 sa 08081098;

2. Il-kodiċi NM 08082031 sa 08082089 għal-lanġas huwa mibdul bil-kodiċi NM 08082031 sa 08082067.

Artikolu 8

Il-punt 2 ta' l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1281/94 huwa emendat kif gej:

1. Il-kodiċi NM 08092020 għac-ċirasa morra (Prunus cerasus) mill-1 ta' Mejju sal-15 ta' Lulju huwa mibdul bil-kodiċi NM 08092021, 08092031 u 08092041;

2. Il-Kodiċi NM 08092060 għac-ċirasa morra (Prunus cerasus) mis-16 ta' Lulju sat-30 ta' April huwa mibdul bil-kodiċi NM 08092011, 08092051, 08092061 u 08092071.

Artikolu 9

L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1372/94 huwa emendat kif gej:

1. Il-partiti

"08051041 | Il-laring |

08051045 |

08051049" |

huma sostitwiti b'dan li gej:

"08051001 | Il-laring |

08051005 |

08051009" |

2. Il-partiti

"08051031

08051035

08051039"

huma mibdula b'dan li ġej:

"08051032

08051034

08051036".

Artikolu 10

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 1995.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-3 ta' Mejju 1995.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 34, tad-9.2.1979, p. 2.

[2] ĠU L 349, tal-31.12.1994, p. 105.

[3] ĠU L 345, tal-31.12.1994, p. 1

[4] ĠU L 118, ta' l-20.5.1972, p. 1.

[5] ĠU L 85, tat-28.3.1987, p. 16.

[6] ĠU L 129, tal-21.5.1994, p. 4.

[7] ĠU L 86, tal-31.3.1989, p. 35.

[8] ĠU L 387, tal-31.12.1992, p. 47.

[9] ĠU L 364, tat-28.12.1990, p. 11.

[10] ĠU L 110, tal-1.5.1991, p. 67.

[11] ĠU L 184, tas-27.7.1993, p. 1.

[12] ĠU L 95, ta' l-14.4.1994, p. 1.

[13] ĠU L 293, tas-27.11.1993, p. 34.

[14] ĠU L 330, tal-21.12.1994, p. 45.

[15] ĠU L 140, tat-3.6.1994, p. 12.

[16] ĠU L 151, tas-17.6.1994, p. 6.

--------------------------------------------------