|
14.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 325/19 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-każ M.9063 — Synnex/Convergys)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 325/11)
1.
Fis-7 ta’ Settembru 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) (1) Nru 139/2004.Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Synnex Corporation (“Synnex”, l-Istati Uniti), |
|
— |
Convergys Corporation (“Convergys”, l-Istati Uniti). |
Synnex takkwista fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll sħiħ ta’ Convergys.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ proċess ta’ fużjoni f’żewġ stadji li jirriżulta fil-ħolqien ta’ “Concentrix CVG Corporation”, sussidjarja li hija proprjetà sħiħa ta’ Synnex, li se tinkludi n-negozju ta’ Convergys. Bħala riżultat tat-tranżazzjoni, Convergays mhux se tibqa’ tkun korporazzjoni pubblika.
2.
L-attivitajiet tan-negozju tal-impriżi kkonċernati huma:— għal Synnex: l-għoti ta’ servizzi bejn in-negozji li jgħinu lill-klijenti u lill-imsieħba kummerċjali jikbru u jtejbu l-istrateġiji tal-impenn tal-klijenti tagħhom;
— għal Convergys: il-forniment ta’ servizzi ta’ esternalizzazzjoni tal-proċess tan-negozju għall-ġestjoni tar-relazzjonijiet mal-klijent għal negozji tal-klijenti, inkluż permezz tal-provvista u l-operazzjoni ta’ “ċentri telefoniċi”.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 ta’ min jinnota li dan (2) il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament taħt il-proċedura stipulata fin-Notifika.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jissottomettu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja dejjem għandha tiġi speċifikata:
M.9063 — Synnex/Convergys
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, bil-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt hawn taħt:
|
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Fax +32 22964301 |
|
Indirizz postali: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir- “Regolament dwar l-Għaqdiet”).