|
9.6.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 179/13 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/759
tat-8 ta’ Ġunju 2020
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/588 sabiex tinkludi l-użu ta’ alternaturi ta’ effiċjenza ta’ 12-il Volt fil-karozzi tal-passiġġieri li kapaċi jaħdmu b’ċerti fjuwils alternattivi
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fis-17 ta’ Ottubru 2019, il-manifatturi ŠKODA AUTO, a.s, FORD-Werke GmbH, Groupe RENAULT, FCA Italy S.p.A., SEAT S.A., Volkswagen AG, Automobiles Citroen, Automobiles Peugeot, PSA Automobiles SA, OPEL Automobile GmbH ippreżentaw talba b’mod konġunt, kif previst fl-Artikolu 12a tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 (2), biex tiġi emendata d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/588 (3) sabiex l-approvazzjoni tat-teknoloġija innovattiva tiġi estiża biex tintuża fil-karozzi tal-passiġġieri li kapaċi jaħdmu b’ċerti fjuwils alternattivi. |
|
(2) |
B’mod partikolari, l-applikanti talbu li, minħabba s-sehem dejjem jikber ta’ karozzi tal-passiġġieri li kapaċi jaħdmu bil-gass likwifikat miż-żejt (LPG) jew bil-gass naturali kkompressat (CNG), il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/588 jenħtieġ li jkopri wkoll l-użu tal-alternaturi ta’ effiċjenza ta’ 12-il Volt f’dawn il-karozzi, u li xi fatturi fil-metodoloġija tal-ittestjar jenħtieġ li jiġu aġġustati kif xieraq. |
|
(3) |
L-applikazzjoni ġiet ivvalutata skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2019/631, ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 kif ukoll il-Linji Gwida Tekniċi għat-tħejjija tal-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni ta’ teknoloġiji innovattivi skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) (il-verżjoni ta’ Lulju 2018) (5). Il-Kummissjoni ddeċidiet li t-talba hija ġustifikata fir-rigward ta’ vetturi li jaħdmu bl-LPG u s-CNG u l-effiċjenza minima meħtieġa mill-alternatur ta’ effiċjenza ta’ 12-il Volt għall-użu f’vetturi bħal dawn jenħtieġ għalhekk li tiġi aġġustata biex jittieħed kont tal-użu ta’ din it-teknoloġija innovattiva f’vetturi li kapaċi jaħdmu b’dawk il-fjuwils. |
|
(4) |
Dan huwa xieraq u konsistenti wkoll ma’ deċiżjonijiet oħra ta’ approvazzjoni biex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni għal vetturi li kapaċi jaħdmu bl-E85. Jenħtieġ li jiġi ċċarat b’mod partikolari fir-rigward ta’ tali vetturi li minħabba d-disponibbiltà limitata ta’ E85 fis-suq tal-Unjoni fl-intier tiegħu, mhuwiex xieraq li dan il-fjuwil jiġi distint mill-petrol sabiex jiġi ddeterminat l-iffrankar ta’ CO2 miksub mill-użu ta’ alternatur ta’ effiċjenza ta’ 12-il Volt. |
|
(5) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/588 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emenda
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/588 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 2(1), il-punt (c) huwa sostitwit b’li ġej:
|
|
(2) |
Fl-Artikolu 3, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin: “3. Meta t-teknoloġija innovattiva tiġi installata f’vettura bifjuwil jew fjuwil flessibbli, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tirreġistra l-iffrankar tas-CO2 kif ġej:
4. L-iffrankar tas-CO2 irreġistrat skont ir-referenza għall-kodiċi tal-ekoinnovazzjoni Nru 17 jista’ jitqies biss għall-kalkolu tal-emissjonijiet medji speċifiċi tal-manifatturi sas-sena kalendarja 2020 inkluża.” |
|
(3) |
Fl-Anness, it-Tabelli 2 u 3 huma sostitwiti b’li ġej: “Tabella 2 Konsum tal-potenza effettiva
Tabella 3 Fattur tal-konverżjoni tal-fjuwil (CF)
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Ġunju 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 111, 25.4.2019, p. 13.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 tal-25 ta’ Lulju 2011 li jistabbilixxi proċedura għall-approvazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta’ teknoloġiji innovattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ CO2 minn karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 194, 26.7.2011, p. 19).
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/588 tal-14 ta’ April 2016 dwar l-approvazzjoni tat-teknoloġija użata fl-alternaturi ta’ effiċjenza għolja ta’ 12 Volts bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 101, 16.4.2016, p. 25).
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ CO2 minn vetturi ħfief (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 1).
(5) https://circabc.europa.eu/w/browse/f3927eae-29f8-4950-b3b3-d2e700598b52