|
29.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 283/27 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1093/2011
tat-28 ta’ Ottubru 2011
dwar l-applikazzjoni ta’ derogi mir-regoli tal-oriġini stabbiliti fil-Protokol dwar id-definizzjoni ta’ prodotti ta’oriġini mehmuża mal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u l-Korea
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/265/KE tas-16 ta’ Settembru 2010 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea (1), min-naħa l-oħra, u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tagħha,
Billi:
|
(1) |
B’deċiżjoni 2011/265/UE, il-Kunsill awtorizza l-iffirmar tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea min-naħa l-oħra (2) (“il-Ftehim”) f’isem l-Unjoni Ewropea. Id-Deċiżjoni 2011/265/UE kkonfermat l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim, suġġetta għall-konklużjoni tiegħu fi stadju aktar tard, kif hemm ipprovdut fl-Artikolu 15.10.5 tal-Ftehim. Id-data minn meta l-Ftehim jibda japplika fuq bażi provviżorja ġiet iffissata għall-1 ta’ Lulju 2011. |
|
(2) |
Għal numru ta’ prodotti speċifiċi, Anness II(a) tal-Protokoll mehmuż mal-Ftehim li jikkonċerna d-definizzjoni ta’ “prodotti ta’ oriġini” u metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva, (3) (“il-Protokoll”) jipprovdi għal derogi mir-regoli ta’ oriġini stabbiliti f’Anness II tal-Protokoll. Madankollu, id-derogi huma limitati bi kwoti annwali. Għaldaqstant huwa meħtieġ li jiġu stipulati l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ dawn id-derogi. |
|
(3) |
Bi qbil ma’ Anness II(a) tal-Protokoll, il-prova tal-oriġini tal-preparazzjonijiet tas-surimi (Kodiċi NM 1604 20 05 ) għandha tkun akkumpanjata bi prova dokumentarja li l-preparazzjoni tas-surimi tħaddan mill-inqas 40 fil-mija mill-piż tagħha ħut u li l-ispeċi tal-Pollakkju tal-Alaska (theragra Chalcogramma) ġiet użata bħala l-ingredjent prinċipali fil-bażi tas-surimi. |
|
(4) |
Bi qbil ma’ Anness II(a) tal-Protokoll, il-prova tal-oriġini tat-tessuti minsuġa miżbugħa b’kodiċi NM 5408 22 u 5408 32 għandha tkun akkumpanjata bi prova dokumentarja li t-tessut mhux miżbugħ użat ma jaqbiżx il-50 fil-mija tal-prezz ta’ kif il-prodott joħroġ mill-fabbrika. |
|
(5) |
Peress li l-kwoti stipulati fl-Anness II(a) tal-Protokoll għandhom ikunu ġestiti mill-Kummissjoni fuq il-bażi li min jiġi l-ewwel jinqeda, għandhom ikunu ġestiti skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (4). |
|
(6) |
Peress li l-Ftehim jidħol fis-seħħ nhar l-1 ta’ Lulju 2011, dan ir-Regolament għandu japplika mill-istess data. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Ir-regoli ta’ oriġini stabbiliti fl-Anness II(a) tal-Protokoll, li jirrigwardaw id-definizzjoni ta’ “prodotti ta’ oriġini” u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministattiva mehmużin mal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u r-Repubblika tal-Korea (“il-Protokoll”), għandhom japplikaw għall-prodotti stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
2. Ir-regoli ta’ oriġini li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1, għandhom japplikaw b’deroga mir-regoli ta’ oriġini stipulati fl-Anness II tal-Protokoll, huma suġġetti għall-kwoti stipulati fl-Anness.
Artikolu 2
Ir-regoli ta’ oriġini previsti minn dan ir-Regolament għandhom japplikaw taħt dawn il-kundizzjonijiet:
|
(a) |
dikjarazzjoni ffirmata mill-esportatur approvat li tiċċertifika li l-prodotti kkonċernati jissodisfaw il-kundizzjonijiet tad-deroga, għandha tingħata hekk kif il-prodotti jinħarġu għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fi ħdan l-Unjoni. |
|
(b) |
id-dikjarazzjoni li hemm riferiment għaliha f’punt (a) għandha tħaddan din l-istqarrija bl-Ingliż: “Deroga – Anness II(a) tal-Protokol dwar id-definizzjoni ta’ prodotti ta’ oriġini u metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva”. |
Artikolu 3
1. Meta prova tal-oriġini tingħata għall-preparazzjonijiet tas-surimi b’Kodiċi NM 1604 20 05 , din għandha tkun akkumpanjata bi prova dokumentarja li tgħid li l-preparazzjoni tas-surimi tħaddan mill-inqas 40 fil-mija mill-piż tagħha ħut u li l-ispeċi tal-Pollakkju tal-Alaska (theragra Chalcogramma) ġiet użata bħala l-ingredjent prinċipali fil-bażi tas-surimi.
2. Fejn neċċessarju, it-tifsira tal-“ingredjent primarju” kif huwa riferut fil-paragrafu 1, għandha tkun interpretata mill-Kumitat Doganali skont l-Artikolu 28 tal-Protokoll.
Artikolu 4
1. Il-prova dokumentarja li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 3 għandha tikkonsisti f’mill-inqas dikjarazzjoni bl-Ingliz iffirmata mill-esportatur approvat li tgħid:
|
(a) |
li l-preparazzjoni tas-surimi tħaddan mill-inqas 40 fil-mija mill-piż tagħha ħut; |
|
(b) |
li l-ispeċi tal-Pollakkju tal-Alaska (theragra Chalcogramma) ġiet użata bħala l-ingredjent prinċipali fil-bażi tas-surimi. |
2. Id-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkopri dan li ġej:
|
(a) |
l-ammont tal-ispeċi tal-Pollakkju tal-Alaska (theragra Chalcogramma) użat, bħala persentaġġ tal-ħut użat biex jiġi prodott is-surimi; |
|
(b) |
il-pajjiż ta’ oriġini tal-Pollakkju tal-Alaska. |
Artikolu 5
Meta tingħata prova tal-oriġini għat-tessuti minsuġa miżbugħa b’kodiċi NM 5408 22 u 5408 32 , din għandha tkun akkumpanjata bi prova dokumentarja li tgħid li t-tessut mhux miżbugħ użat ma jaqbiżx il-50 fil-mija tal-prezz ta’ meta l-prodott joħroġ mill-fabbrika.
Artikolu 6
Il-prova dokumentarja li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 5 għandha tikkonsisti f’mill-inqas dikjarazzjoni ffirmata bl-Ingliż minn esportatur approvat li tgħid li t-tessut mhux miżbugħ użat ma jaqbiżx il-50 fil-mija tal-prezz ta’ meta l-prodott joħroġ mill-fabbrika. Id-dokument għandu jinkludi dan li ġej:
|
(a) |
il-prezz f’euro tat-tessut mhux miżbugħ li mhux oriġinanti, użat sabiex isiru t-Tessuti minsuġa miżbugħa (kodiċi NM 5408 22 u 5408 32 ); |
|
(b) |
il-prezz tat-tessuti minsuġa miżbugħa ta’ kif joħroġu mill-fabbrika f’euro (kodiċi NM 5408 22 u 5408 32 ). |
Artikolu 7
Il-kwoti elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament għandhom ikunu ġestiti mill-Kummissjoni bi qbil mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 308a sa 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.
Artikolu 8
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2011.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Ottubru 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 127, 14.5.2011, p. 1.
(2) ĠU L 127, 14.5.2011, p. 6.
ANNESS
Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem użat għad-deskrizzjoni tal-prodotti għandu jitqies biss bħala kliem ta’ valur indikattiv, bl-iskema preferenzjali tkun deċiża, fi ħdan il-kuntest ta’ dan l-Anness, permezz tal-kopertura tal-kodiċi tan-NM kif jeżistu meta jiġi adottat dan ir-Regolament.
|
Nru tal-Ordni |
Kodiċi tan-NM |
Subdiviżjoni tat-TARIC |
Deskrizzjoni ta’ prodotti |
Il-perjodu tal-kwota |
Volum tal-kwota (piż nett f’tunnellati sakemm mhux speċifikat mod ieħor) |
|
09.2450 |
1604 20 05 |
|
Preparazzjonijiet ta’ surimi |
1.7.2011-30.6.2012 |
2 000 |
|
1.7.2012-30.6.2013 |
2 500 |
||||
|
Mill-1.7.2013 ‘il quddiem: |
|
||||
|
1.7-30.6 |
3 500 |
||||
|
09.2451 |
1905 90 45 |
|
Gallettini |
1.7-30.6 |
270 |
|
09.2452 |
2402 20 |
|
Sigarretti li fihom it-tabakk |
1.7-30.6 |
250 |
|
09.2453 |
5204 |
|
Ħjut tal-qoton għall-ħjata, ippreżentati għal bejgħ bl-imnut jew le |
1.7-30.6 |
86 |
|
09.2454 |
5205 |
|
Ħjut tal-qoton (ħlief ħajt tal-ħjata), li fihom 85 % jew aktar tal-piż qoton, mhux ippreżentati għal bejgħ bl-imnut |
1.7-30.6 |
2 310 |
|
09.2455 |
5206 |
|
Ħjut tal-qoton (ħlief ħajt tal-ħjata), li fihom anqas minn 85 % tal-piż qoton, mhux ippreżentati għal bejgħ bl-imnut |
1.7-30.6 |
377 |
|
09.2456 |
5207 |
|
Ħjut tal-qoton (ħlief ħajt tal-ħjata), ippreżentati għal bejgħ bl-imnut |
1.7-30.6 |
92 |
|
09.2457 |
5408 |
|
Drappijiet minsuġin bi ħjut ta’ filament artifiċjali, inklużi drappijiet minsuġin magħmulin minn materjali tat-titlu 5405 |
1.7-30.6 |
17 805 290 m2 |
|
09.2458 |
5508 |
|
Ħajt tal-ħjata minn fibri magħmulin mill-bniedem ta’ qisien ta’ qosor predeterminat (staple), kemm jekk ippreżentati għal bejgħ bl-imnut jew le |
1.7-30.6 |
286 |
|
09.2459 |
5509 |
|
Ħjut (ħlief ħjut tal-ħjata) ta’ fibri sintetiċi ta’ qisien ta’ qosor predeterminat (staple), mhux ippreżentati għal bejgħ bl-imnut |
1.7-30.6 |
3 437 |
|
09.2460 |
5510 |
|
Ħjut (ħlief ħjut tal-ħjata) ta’ fibri artifiċjali ta’ qisien ta’ qosor predeterminat (staple), mhux ippreżentati għal bejgħ bl-imnut |
1.7-30.6 |
1 718 |
|
09.2461 |
5511 |
|
Ħjut (ħlief il-ħjut tal-ħjata) ta’ fibri magħmulin mill-bniedem ta’ qisien ta’ qosor predeterminat (staple), ippreżentati għal bejgħ bl-imnut |
1.7-30.6 |
203 |