3.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 94/48


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/726

tal-31 ta’ Marzu 2023

li temenda ċerti Deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar miżuri restrittivi sabiex jiddaħħlu dispożizzjonijiet dwar eżenzjoni umanitarja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fid-9 ta’ Diċembru 2022, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“KSNU”) adotta r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR) 2664 (2022), filwaqt li fakkar fir-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu li jimponu l-miżuri ta’ sanzjonijiet b’reazzjoni għat-theddid għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali, u enfasizza li l-miżuri meħuda mill-Istati Membri tan-Nazzjonijiet Uniti biex jimplimentaw is-sanzjonijiet jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont id-dritt internazzjonali u ma humiex maħsuba li jkollhom konsegwenzi umanitarji negattivi għall-popolazzjonijiet ċivili jew konsegwenzi negattivi għall-attivitajiet umanitarji jew għal dawk li jwettquhom.

(2)

Filwaqt li esprima r-rieda tiegħu li jirrevedi, jaġġusta u jtemm, meta xieraq, ir-reġimi ta’ sanzjonijiet tiegħu, b’kont meħud tal-evoluzzjoni tas-sitwazzjonijiet fuq il-post u l-ħtieġa li jiġu minimizzati l-effetti umanitarji negattivi mhux intenzjonati, il-KSNU ddeċieda, fil-paragrafu 1 tal-UNSCR 2664 (2022) li l-forniment, l-ipproċessar jew il-ħlasijiet ta’ fondi, assi finanzjarji jew riżorsi ekonomiċi oħra jew il-forniment ta’ oġġetti u servizzi neċessarji biex jiġi żgurat it-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew biex jiġu appoġġati attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem huma permessi u mhumiex ksur tal-iffriżar tal-assi imposti mill-KSNU jew il-Kumitati tas-Sanzjonijiet tiegħu. Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, il-paragrafu 1 tal-UNSCR 2664 (2022) huwa magħruf bħala l-”eżenzjoni umanitarja”. L-eżenzjoni umanitarja hija applikabbli għal ċerti atturi kif jinsab f’dik ir-Riżoluzzjoni.

(3)

L-UNSCR 2664 (2022) tirrikjedi li l-eżenzjoni umanitarja għall-miżuri ta’ ffriżar tal-assi tapplika għar-reġim ta’ sanzjonijiet previsti fir-Riżoluzzjonijiet 1267, 1989, u 2253 kontra l-ISIL (Da’esh) u Al-Qaida għal perjodu ta’ sentejn mid-data tal-adozzjoni tal-UNSCR 2664 (2022), u tiddikjara li l-KSNU beħsiebu jiddeċiedi dwar estensjoni tal-applikazzjoni tal-UNSCR 2664 (2022) qabel id-data li fiha l-applikazzjoni ta’ dik l-eżenzjoni kieku kienet tiskadi.

(4)

L-UNSCR 2664 (2022) tenfasizza li fejn l-eżenzjoni umanitarja tmur kontra riżoluzzjonijiet preċedenti, hija għandha tieħu preċedenza fuq tali riżoluzzjonijiet preċedenti fir-rigward ta’ tali kunflitt. Madankollu l-UNSCR 2664 (2022) tikkjarifika li l-paragrafu 1 tal-UNSCR 2615 (2021) jibqa’ effettiv.

(5)

L-UNSCR 2664 (2022) titlob li l-fornituri li jiddependu fuq l-eżenzjoni umanitarja jagħmlu sforzi raġonevoli biex jimminimizzaw l-akkumulazzjoni ta’ kwalunkwe benefiċċju pprojbit minn sanzjonijiet, kemm jekk bħala riżultat ta’ dispożizzjoni diretta jew indiretta jew devjazzjoni lejn individwi jew entitajiet deżinjati, inkluż billi jsaħħu l-ġestjoni tar-riskju tal-fornituri u l-istrateġiji u l-proċessi tad-diliġenza dovuta.

(6)

Il-Kunsill iqis li l-eżenzjoni umanitarja għall-miżuri ta’ iffriżar tal-assi skont l-UNSCR 2664 (2022) jenħtieġ li tapplika wkoll f’każijiet fejn l-Unjoni tiddeċiedi li tadotta miżuri komplementari dwar l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi flimkien ma’ dawk deċiżi mill-KSNU jew il-Kumitati tas-Sanzjonijiet tiegħu.

(7)

Għalhekk huwa neċessarju li d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2010/413/PESK (1), 2010/788/PESK (2), 2014/450/PESK (3), (PESK) 2015/740 (4), (PESK) 2015/1333 (5), (PESK) 2016/849 (6), (PESK) 2016/1693 (7) u (PESK) 2017/1775 (8) jiġu emendati skont dan.

(8)

Hija neċessarja aktar azzjoni mill-Unjoni biex jiġu implimentati ċerti miżuri f’din id-Deċiżjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 27, il-paragrafu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“7.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 8, il-projbizzjoni fil-paragrafi 1(a) u (2) ma għandhiex tapplika:

(a)

fejn il-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun iddetermina, każ b’każ, li hija neċessarja eżenzjoni biex tiġi ffaċilitata l-ħidma ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali u organizzazzjonijiet mhux governattivi li jwettqu attivitajiet ta’ assistenza u ta’ sokkors fir-RDPK għall-benefiċċju tal-popolazzjoni ċivili;

(b)

fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet finanzjarji mal-Foreign Trade Bank jew mal-Korean National Insurance Company (KNIC) jekk tali tranżazzjonijiet ikunu unikament għall-funzjonament ta’ missjonijiet diplomatiċi fir-RDPK jew ta’ attivitajiet umanitarji li jsiru min-Nazzjonijiet Uniti jew f’koordinazzjoni magħha.”

;

(2)

fl-Artikolu 27, jinżdied il-paragrafu li ġej:

“8.   Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għall-forniment, l-ipproċessar jew il-pagament ta’ fondi, assi finanzjarji jew riżorsi ekonomiċi oħra jew għall-forniment ta’ oġġetti u servizzi, li huma neċessarji biex jiġi żgurat it-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew biex jiġu appoġġati attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem fejn tali assistenza u attivitajiet oħra jitwettqu minn:

(a)

in-Nazzjonijiet Uniti, inkluż il-programmi, il-fondi u entitajiet u korpi oħra tagħha, kif ukoll l-aġenziji speċjalizzati u l-organizzazzjonijiet relatati tagħha;

(b)

organizzazzjonijiet internazzjonali;

(c)

organizzazzjonijiet umanitarji bi status ta’ osservatur mal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u membri ta’ dawk l-organizzazzjonijiet umanitarji;

(d)

organizzazzjonijiet mhux governattivi ffinanzjati bilateralment jew multilateralment li jipparteċipaw fil-Pjanijiet ta’ Rispons Umanitarju tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Pjanijiet ta’ Rispons għar-Refuġjati, appelli oħra tan-Nazzjonijiet Uniti jew raggruppamenti umanitarji kkoordinati mill-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji (OCHA);

(e)

l-impjegati, il-benefiċjarji, is-sussidjarji, jew is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni tal-entitajiet imsemmija fil-punti (a) sa (d) waqt li u sakemm ikunu qed jaġixxu f’dawk il-kapaċitajiet; jew minn,

(f)

atturi oħra xierqa kif determinati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet fir-rigward tal-paragrafu 1(a), u l-paragrafu 2 sa fejn jirreferi għall-persuni u l-entitajiet koperti mill-paragrafu 1(a), u mill-Kunsill fir-rigward tal-paragrafi 1(b), 1(c) u 1(d), u l-paragrafu 2 sa fejn jirreferi għall-persuni u l-entitajiet koperti mill-paragrafi 1(b), 1(c) u 1(d).”

;

(3)

l-Artikolu 28 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 28

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 27(8), l-Artikolu 27(1)(d), u l-Artikolu 27(2) sa fejn jirreferi għall-persuni u l-entitajiet koperti mill-Artikolu 27(1)(d), ma għandux japplika fir-rigward ta’ fondi, assi finanzjarji oħra jew riżorsi ekonomiċi oħra li huma meħtieġa biex jitwettqu attivitajiet tal-missjonijiet tar-RDPK għan-NU u l-aġenziji speċjalizzati tagħha u organizzazzjonijiet relatati jew missjonijiet diplomatiċi u konsulari oħra tar-RDPK, jew fir-rigward ta’ kwalunkwe fond, assi finanzjarji oħra jew riżorsi ekonomiċi oħra li l-Kumitat tas-Sanzjonijiet jiddetermina bil-quddiem, skont il-każ, li jkunu meħtieġa għall-għoti ta’ għajnuna umanitarja, għad-denuklearizzazzjoni jew kwalunkwe fini ieħor konsistenti mal-objettivi tal-UNSCR 2270 (2016).”

;

(4)

fl-Artikolu 36, jinżdied il-paragrafu li ġej:

“3.   L-eżenzjoni msemmija fl-Artikolu 27(8) fir-rigward tal-Artikolu 27(1), il-punti (b), (c) u (d), u tal-Artikolu 27(2) sa fejn jirreferi għall-persuni u l-entitajiet koperti mill-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 27(1), għandha tiġi rieżaminata f’intervalli regolari u mill-anqas kull 12-il xahar.”

.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 2010/788/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 5, jinżdied il-paragrafu li ġej:

“10.   Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għall-forniment, l-ipproċessar jew il-pagament ta’ fondi, assi finanzjarji jew riżorsi ekonomiċi oħra jew għall-forniment ta’ oġġetti u servizzi, li huma meħtieġa biex jiġi żgurat it-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew biex jiġu appoġġati attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem fejn tali assistenza u attivitajiet oħra jitwettqu minn:

(a)

in-Nazzjonijiet Uniti, inkluż il-programmi, il-fondi u entitajiet u korpi oħra tagħha, kif ukoll l-aġenziji speċjalizzati u l-organizzazzjonijiet relatati tagħha;

(b)

organizzazzjonijiet internazzjonali;

(c)

organizzazzjonijiet umanitarji bi status ta’ osservatur mal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u membri ta’ dawk l-organizzazzjonijiet umanitarji;

(d)

organizzazzjonijiet mhux governattivi ffinanzjati bilateralment jew multilateralment li jipparteċipaw fil-Pjanijiet ta’ Rispons Umanitarju tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Pjanijiet ta’ Rispons għar-Refuġjati, appelli oħra tan-Nazzjonijiet Uniti jew raggruppamenti umanitarji kkoordinati mill-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji (OCHA);

(e)

l-impjegati, il-benefiċjarji, is-sussidjarji, jew is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni tal-entitajiet imsemmija fil-punti (a) sa (d) waqt li u sakemm ikunu qed jaġixxu f’dawk il-kapaċitajiet; jew minn,

(f)

atturi oħra xierqa kif determinati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet fir-rigward tal-persuni u l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 3(1), u mill-Kunsill fir-rigward tal-persuni u l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 3(2).”

;

(2)

fl-Artikolu 5, il-paragrafu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“7.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5(10), fir-rigward tal-persuni u l-entitajiet elenkati fl-Anness II, eżenzjonijiet jistgħu wkoll jingħataw għal fondi u riżorsi ekonomiċi li huma neċessarji għal finijiet umanitarji, bħall-forniment jew il-faċilitazzjoni tal-forniment ta’ għajnuna, inkluż provvisti mediċi u ikel, jew it-trasferiment ta’ ħaddiema umanitarji u għajnuna relatata jew għal evakwazzjonijiet mir-RDK.”

.

Artikolu 3

Id-Deċiżjoni 2010/413/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 20, jinżdied il-paragrafu li ġej:

“15.   Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għall-forniment, l-ipproċessar jew il-pagament ta’ fondi, assi finanzjarji jew riżorsi ekonomiċi oħra jew għall-forniment ta’ oġġetti u servizzi, li huma neċessarji biex jiġi żgurat it-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew biex jiġu appoġġati attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem fejn tali assistenza u attivitajiet oħra jitwettqu minn:

(a)

in-Nazzjonijiet Uniti, inkluż il-programmi, il-fondi u entitajiet u korpi oħra tagħha, kif ukoll l-aġenziji speċjalizzati u l-organizzazzjonijiet relatati tagħha;

(b)

organizzazzjonijiet internazzjonali;

(c)

organizzazzjonijiet umanitarji bi status ta’ osservatur mal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u membri ta’ dawk l-organizzazzjonijiet umanitarji;

(d)

organizzazzjonijiet mhux governattivi ffinanzjati bilateralment jew multilateralment li jipparteċipaw fil-Pjanijiet ta’ Rispons Umanitarju tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Pjanijiet ta’ Rispons għar-Refuġjati, appelli oħra tan-Nazzjonijiet Uniti jew raggruppamenti umanitarji kkoordinati mill-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji (OCHA);

(e)

l-impjegati, il-benefiċjarji, is-sussidjarji, jew is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni tal-entitajiet imsemmija fil-punti (a) sa (d) waqt li u sakemm ikunu qed jaġixxu f’dawk il-kapaċitajiet; jew minn,

(f)

atturi oħra xierqa kif determinati mill-Kumitat fir-rigward tal-paragrafi 1(a) u 1(d), u l-paragrafu 2 sa fejn jirreferi għall-persuni u l-entitajiet koperti mill-paragrafi 1(a) u 1(d), u mill-Kunsill fir-rigward tal-paragrafi 1(b), 1(c) u 1(e), u l-paragrafu 2 sa fejn jirreferi għall-persuni u l-entitajiet koperti mill-paragrafi 1(b), 1(c) u 1(e).”

;

(2)

fl-Artikolu 26, jinżdied il-paragrafu li ġej:

“6.   L-eżenzjoni msemmija fl-Artikolu 20(15) fir-rigward tal-Artikolu 20(1), il-punti (b), (c) u (d), u l-Artikolu 20(2) sa fejn jirreferi għall-persuni u l-entitajiet koperti mill-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 20(1), għandha tiġi rieżaminata f’intervalli regolari u mill-anqas kull 12-il xahar.”

.

Artikolu 4

Id-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 3, jinżdied il-paragrafu li ġej:

“10.   Il-paragrafi 1, 2, 3 u 4 ma għandhomx japplikaw għall-forniment, l-ipproċessar jew il-pagament ta’ fondi, assi finanzjarji jew riżorsi ekonomiċi oħra jew għall-forniment ta’ oġġetti u servizzi, li huma neċessarji biex jiġi żgurat it-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew biex jiġu appoġġati attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem fejn tali assistenza u attivitajiet oħra jitwettqu minn:

(a)

in-Nazzjonijiet Uniti, inkluż il-programmi, il-fondi u entitajiet u korpi oħra tagħha, kif ukoll l-aġenziji speċjalizzati u l-organizzazzjonijiet relatati tagħha;

(b)

organizzazzjonijiet internazzjonali;

(c)

organizzazzjonijiet umanitarji bi status ta’ osservatur mal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u membri ta’ dawk l-organizzazzjonijiet umanitarji;

(d)

organizzazzjonijiet mhux governattivi ffinanzjati bilateralment jew multilateralment li jipparteċipaw fil-Pjanijiet ta’ Rispons Umanitarju tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Pjanijiet ta’ Rispons għar-Refuġjati, appelli oħra tan-Nazzjonijiet Uniti jew raggruppamenti umanitarji kkoordinati mill-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji (OCHA);

(e)

l-impjegati, il-benefiċjarji, is-sussidjarji, jew is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni tal-entitajiet imsemmija fil-punti (a) sa (d) waqt li u sakemm ikunu qed jaġixxu f’dawk il-kapaċitajiet; jew minn,

(f)

atturi oħra xierqa kif determinati mill-Kumitat fir-rigward tal-paragrafi 1 u 2, u mill-Kunsill fir-rigward tal-paragrafi 3 u 4.”

;

(2)

L-Artikolu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 6

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tiġi rieżaminata, emendata jew imħassra kif xieraq, b’mod partikolari fid-dawl tad-deċiżjonijiet rilevanti mill-KSNU jew mill-Kumitat.

2.   L-Artikolu 3(10) għandu japplika sad-9 ta’ Diċembru 2024, sakemm il-KSNU ma jiddeċidix li jestendi l-applikazzjoni tal-UNSCR 2664 (2022) lil hinn minn dik id-data.

3.   Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 2(2) u l-Artikolu 3(3) u (4) għandhom jiġu rieżaminati f’intervalli regolari u minn tal-inqas kull 12-il xahar.

4.   Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet minn persuna jew entità deżinjata f’konformità mal-Artikolu 2(2) jew l-Artikolu 3(3) u (4), il-Kunsill għandu jirrieżamina d-deżinjazzjoni fid-dawl ta’ dawk l-osservazzjonijiet u l-miżuri għandhom jieqfu japplikaw jekk il-Kunsill jiddetermina, f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 5, li l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni tagħhom ma għadhomx sodisfatti.

5.   Jekk issir talba ulterjuri, ibbażata fuq evidenza sostanzjali ġdida, sabiex persuna jew entità titneħħa mill-Anness, il-Kunsill għandu jagħmel rieżami ulterjuri f’konformità mal-paragrafu 3.

6.   Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 2(2) u fl-Artikolu 3(3) u (4) għandhom japplikaw sal-31 ta’ Ottubru 2023.”.

Artikolu 5

Id-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 9, jinżdied il-paragrafu li ġej:

“14.   Il-paragrafi 1, 2 u 4 ma għandhomx japplikaw għall-forniment, l-ipproċessar jew il-pagament ta’ fondi, assi finanzjarji jew riżorsi ekonomiċi oħra jew għall-forniment ta’ oġġetti u servizzi, li huma neċessarji biex jiġi żgurat it-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew biex jiġu appoġġati attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem fejn tali assistenza u attivitajiet oħra jitwettqu minn:

(a)

in-Nazzjonijiet Uniti, inkluż il-programmi, il-fondi u entitajiet u korpi oħra tagħha, kif ukoll l-aġenziji speċjalizzati u l-organizzazzjonijiet relatati tagħha;

(b)

organizzazzjonijiet internazzjonali;

(c)

organizzazzjonijiet umanitarji bi status ta’ osservatur mal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u membri ta’ dawk l-organizzazzjonijiet umanitarji;

(d)

organizzazzjonijiet mhux governattivi ffinanzjati bilateralment jew multilateralment li jipparteċipaw fil-Pjanijiet ta’ Rispons Umanitarju tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Pjanijiet ta’ Rispons għar-Refuġjati, appelli oħra tan-Nazzjonijiet Uniti jew raggruppamenti umanitarji kkoordinati mill-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji (OCHA);

(e)

l-impjegati, il-benefiċjarji, is-sussidjarji, jew is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni tal-entitajiet imsemmija fil-punti (a) sa (d) waqt li u sakemm ikunu qed jaġixxu f’dawk il-kapaċitajiet; jew minn

(f)

atturi oħra xierqa kif determinati mill-Kumitat fir-rigward tal-paragrafu 1, u l-paragrafu 4 sa fejn jirreferi għall-persuni u l-entitajiet koperti mill-paragrafu 1, u mill-Kunsill fir-rigward tal-paragrafu 2, u l-paragrafu 4 sa fejn jirreferi għall-persuni u l-entitajiet koperti mill-paragrafu 2.”

;

(2)

fl-Artikolu 9, il-paragrafu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“8.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9(14), fir-rigward ta’ persuni u entitajiet elenkati fl-Anness IV, jistgħu jsiru wkoll eżenzjonijiet għal fondi u riżorsi ekonomiċi li huma neċessarji għal finijiet umanitarji bħall-provvista jew l-iffaċilitar tal-provvista ta’ assistenza, inkluż provvisti mediċi, ikel, ħaddiema umanitarji u assistenza relatata, jew l-evakwazzjoni ta’ ċittadini barranin mil-Libja.”

;

(3)

fl-Artikolu 9, il-paragrafu 9 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“9.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9(14), fir-rigward tal-entitajiet li ssir referenza għalihom fil-paragrafu 3, jistgħu jsiru wkoll eżenzjonijiet għall-fondi, l-assi finanzjarji u r-riżorsi ekonomiċi dment li:

(a)

l-Istat Membru kkonċernat ikun ippreżenta notifika lill-Kumitat dwar l-intenzjoni tiegħu li jawtorizza l-aċċess għal fondi, assi finanzjarji oħra jew riżorsi ekonomiċi, għal waħda mill-finijiet li ġejjin jew aktar u fl-assenza ta’ deċiżjoni negattiva mill-Kumitat fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol minn tali notifika:

(i)

ħtiġijiet umanitarji;

(ii)

karburant, elettriku u ilma għall-użu strettament taċ-ċittadini;

(iii)

l-issoktar, mil-Libja, tal-produzzjoni u l-bejgħ ta’ idrokarburi;

(iv)

l-istabbiliment, l-operat jew it-tisħiħ tal-istituzzjonijiet tal-gvern ċivili u tal-infrastruttura pubblika ċivili; jew,

(v)

l-iffaċilitar tal-issoktar tal-operazzjonijiet tas-settur bankarju, inkluż l-appoġġ jew l-iffaċilitar tal-kummerċ internazzjonali mal-Libja;

(b)

l-Istat Membru kkonċernat ikun innotifika lill-Kumitat li dawk il-fondi, assi finanzjarji oħra jew riżorsi ekonomiċi ma għandhomx ikunu għad-dispożizzjoni jew għall-benefiċċju tal-persuni imsemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3;

(c)

l-Istat Membru kkonċernat ikun ikkonsulta minn qabel l-awtoritajiet Libjani dwar l-użu ta’ tali fondi, assi finanzjarji oħra jew riżorsi ekonomiċi; u

(d)

l-Istat Membru kkonċernat ikun ikkondivida mal-awtoritajiet Libjani n-notifika ppreżentata skont dan il-paragrafu u l-awtoritajiet Libjani ma jkunux oġġezzjonaw fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol għar-rilaxx ta’ tali fondi, assi finanzjarji oħra, jew riżorsi ekonomiċi.”.

Artikolu 6

Id-Deċiżjoni (PESK) 2017/1775 hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 2, jinżdied il-paragrafu li ġej:

“8.   Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għall-forniment, l-ipproċessar jew il-pagament ta’ fondi, assi finanzjarji jew riżorsi ekonomiċi oħra jew għall-forniment ta’ oġġetti u servizzi, li huma meħtieġa biex jiġi żgurat it-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew biex jiġu appoġġati attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem fejn tali assistenza u attivitajiet oħra jitwettqu minn:

(a)

in-Nazzjonijiet Uniti, inkluż il-programmi, il-fondi u entitajiet u korpi oħra tagħha, kif ukoll l-aġenziji speċjalizzati u l-organizzazzjonijiet relatati tagħha;

(b)

organizzazzjonijiet internazzjonali;

(c)

organizzazzjonijiet umanitarji bi status ta’ osservatur mal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u membri ta’ dawk l-organizzazzjonijiet umanitarji;

(d)

organizzazzjonijiet mhux governattivi ffinanzjati bilateralment jew multilateralment li jipparteċipaw fil-Pjanijiet ta’ Rispons Umanitarju tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Pjanijiet ta’ Rispons għar-Refuġjati, appelli oħra tan-Nazzjonijiet Uniti jew raggruppamenti umanitarji kkoordinati mill-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji (OCHA);

(e)

l-impjegati, il-benefiċjarji, is-sussidjarji, jew is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni tal-entitajiet imsemmija fil-punti (a) sa (d) waqt li u sakemm ikunu qed jaġixxu f’dawk il-kapaċitajiet; jew minn,

(f)

atturi oħra xierqa kif determinat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.”

;

(2)

fl-Artikolu 2a, jinżdied il-paragrafu li ġej:

“8.   Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għall-forniment, l-ipproċessar jew il-pagament ta’ fondi, assi finanzjarji jew riżorsi ekonomiċi oħra jew għall-forniment ta’ oġġetti u servizzi, li huma neċessarji biex jiġi żgurat it-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew biex jiġu appoġġati attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem fejn tali assistenza u attivitajiet oħra jitwettqu minn:

(a)

in-Nazzjonijiet Uniti, inkluż il-programmi, il-fondi u entitajiet u korpi oħra tagħha, kif ukoll l-aġenziji speċjalizzati u l-organizzazzjonijiet relatati tagħha;

(b)

organizzazzjonijiet internazzjonali;

(c)

organizzazzjonijiet umanitarji bi status ta’ osservatur mal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u membri ta’ dawk l-organizzazzjonijiet umanitarji;

(d)

organizzazzjonijiet mhux governattivi ffinanzjati bilateralment jew multilateralment li jipparteċipaw fil-Pjanijiet ta’ Rispons Umanitarju tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Pjanijiet ta’ Rispons għar-Refuġjati, appelli oħra tan-Nazzjonijiet Uniti jew raggruppamenti umanitarji kkoordinati mill-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji (OCHA);

(e)

l-impjegati, il-benefiċjarji, is-sussidjarji, jew is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni tal-entitajiet imsemmija fil-punti (a) sa (d) waqt li u sakemm ikunu qed jaġixxu f’dawk il-kapaċitajiet; jew minn,

(f)

atturi oħra xierqa kif determinat mill-Kunsill.”

;

(3)

fl-Artikolu 2a, il-paragrafu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“7.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 8, b’deroga mill-paragrafi 1 u 2, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, skont dawk il-kondizzjonijiet li huma jqisu xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li l-provvista ta’ tali fondi jew riżorsi ekonomiċi hija neċessarja għal skopijiet umanitarji, bħall-għoti jew il-faċilitazzjoni tal-għoti ta’ assistenza, inkluż provvisti mediċinali, ikel jew it-trasferiment ta’ ħaddiema umanitarji u assistenza relatata jew għall-evakwazzjonijiet mill-Mali. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar kull awtorizzazzjoni li tingħata skont dan l-Artikolu fi żmien ġimagħtejn mill-awtorizzazzjoni.”

.

Artikolu 7

Id-Deċiżjoni (PESK) 2015/740 hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 7, jinżdied il-paragrafu li ġej:

“7.   L-Artikolu 6 ma għandux japplika għall-forniment, l-ipproċessar jew il-pagament ta’ fondi, assi finanzjarji jew riżorsi ekonomiċi oħra jew għall-forniment ta’ oġġetti u servizzi li huma meħtieġa biex jiġi żgurat it-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew biex jiġu appoġġati attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem fejn tali assistenza u attivitajiet oħra jitwettqu minn:

(a)

in-Nazzjonijiet Uniti, inkluż il-programmi, il-fondi u entitajiet u korpi oħra tagħha, kif ukoll l-aġenziji speċjalizzati u l-organizzazzjonijiet relatati tagħha;

(b)

organizzazzjonijiet internazzjonali;

(c)

organizzazzjonijiet umanitarji bi status ta’ osservatur mal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u membri ta’ dawk l-organizzazzjonijiet umanitarji;

(d)

organizzazzjonijiet mhux governattivi ffinanzjati bilateralment jew multilateralment li jipparteċipaw fil-Pjanijiet ta’ Rispons Umanitarju tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Pjanijiet ta’ Rispons għar-Refuġjati, appelli oħra tan-Nazzjonijiet Uniti jew raggruppamenti umanitarji kkoordinati mill-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji (OCHA);

(e)

l-impjegati, il-benefiċjarji, is-sussidjarji, jew is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni tal-entitajiet imsemmija fil-punti (a) sa (d) waqt li u sakemm ikunu qed jaġixxu f’dawk il-kapaċitajiet; jew minn,

(f)

atturi oħra xierqa kif determinat mill-Kumitat.”

;

(2)

fl-Artikolu 8, jinżdied il-paragrafu li ġej:

“6.   L-Artikolu 6 ma għandux japplika għall-forniment, l-ipproċessar jew il-pagament ta’ fondi, assi finanzjarji jew riżorsi ekonomiċi oħra jew għall-forniment ta’ oġġetti u servizzi li huma neċessarji biex jiġi żgurat it-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew biex jiġu appoġġati attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem fejn tali assistenza u attivitajiet oħra jitwettqu minn:

(a)

in-Nazzjonijiet Uniti, inkluż il-programmi, il-fondi u entitajiet u korpi oħra tagħha, kif ukoll l-aġenziji speċjalizzati u l-organizzazzjonijiet relatati tagħha;

(b)

organizzazzjonijiet internazzjonali;

(c)

organizzazzjonijiet umanitarji bi status ta’ osservatur mal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u membri ta’ dawk l-organizzazzjonijiet umanitarji;

(d)

organizzazzjonijiet mhux governattivi ffinanzjati bilateralment jew multilateralment li jipparteċipaw fil-Pjanijiet ta’ Rispons Umanitarju tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Pjanijiet ta’ Rispons għar-Refuġjati, appelli oħra tan-Nazzjonijiet Uniti jew raggruppamenti umanitarji kkoordinati mill-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji (OCHA);

(e)

l-impjegati, il-benefiċjarji, is-sussidjarji, jew is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni tal-entitajiet imsemmija fil-punti (a) sa (d) waqt li u sakemm ikunu qed jaġixxu f’dawk il-kapaċitajiet; jew minn,

(f)

atturi oħra xierqa kif determinat mill-Kunsill.”.

Artikolu 8

Fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2014/450/PESK, jinżdied il-paragrafu li ġej:

“5.   Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għall-forniment, l-ipproċessar jew il-pagament ta’ fondi, assi finanzjarji jew riżorsi ekonomiċi oħra jew għall-forniment ta’ oġġetti u servizzi, li huma neċessarji biex jiġi żgurat it-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew biex jiġu appoġġati attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem fejn tali assistenza u attivitajiet oħra jitwettqu minn:

(a)

in-Nazzjonijiet Uniti, inkluż il-programmi, il-fondi u entitajiet u korpi oħra tagħha, kif ukoll l-aġenziji speċjalizzati u l-organizzazzjonijiet relatati tagħha;

(b)

organizzazzjonijiet internazzjonali;

(c)

organizzazzjonijiet umanitarji bi status ta’ osservatur mal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u membri ta’ dawk l-organizzazzjonijiet umanitarji;

(d)

organizzazzjonijiet mhux governattivi ffinanzjati bilateralment jew multilateralment li jipparteċipaw fil-Pjanijiet ta’ Rispons Umanitarju tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Pjanijiet ta’ Rispons għar-Refuġjati, appelli oħra tan-Nazzjonijiet Uniti jew raggruppamenti umanitarji kkoordinati mill-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji (OCHA);

(e)

l-impjegati, il-benefiċjarji, is-sussidjarji, jew is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni tal-entitajiet imsemmija fil-punti (a) sa (d) waqt li u sakemm ikunu qed jaġixxu f’dawk il-kapaċitajiet; jew minn,

(f)

atturi oħra xierqa kif determinat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.”.

Artikolu 9

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Marzu 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

J. ROSWALL


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK tas-26 ta’ Lulju 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, 27.7.2010, p. 39).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/788/PESK tal-20 ta’ Diċembru 2010 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU L 336, 21.12.2010, p. 30).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/450/PESK tal-10 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sudan u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/423/PESK (ĠU L 203, 11.7.2014, p. 106).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/740 tas-7 ta’ Mejju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sudan t'Isfel, u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/449/PESK (ĠU L 117, 8.5.2015, p. 52).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 tal-31 ta’ Lulju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK (ĠU L 206, 1.8.2015, p. 34).

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 tas-27 ta’ Mejju 2016 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/183/PESK (ĠU L 141, 28.5.2016, p. 79).

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1693 tal-20 ta’ Settembru 2016 dwar miżuri restrittivi kontra ISIL (Da'esh) u Al-Qaida, u persuni, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2002/402/PESK (ĠU L 255, 21.9.2016, p. 25).

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1775 tat-28 ta’ Settembru 2017 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Mali (ĠU L 251, 29.9.2017, p. 23).