<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-660/17 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017CC0660</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:67">EU:C:2019:67</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>15</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>15</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Wahl – Kawża C‑660/17 P</HT></P><P><HT TYPE="SC">RF vs Il‑Kummissjoni</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Wahl</HT></P><P>ippreżentati fl‑<DATE ISO="20190124">24 ta’ Jannar 2019</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑660/17 P</HT></P><P>RF</P><P>vs</P><P>Il-Kummissjoni Ewropea</P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" — " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Appell</KEYWORD><KEYWORD>Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu għall-preżentata ta’ rikors quddiem il-Qorti Ġenerali</KEYWORD><KEYWORD>Difiża</KEYWORD><KEYWORD>Dewmien anormali fil-kunsinna postali</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 45 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Eżistenza ta’ każ fortuwitu jew ta’ forza maġġuri</KEYWORD><KEYWORD>Kriterji ta’ evalwazzjoni</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Sabiex jiġu żgurati opportunitajiet ugwali għall-partijiet quddiem il-qrati, it-termini proċedurali huma, fil-prinċipju, obbligatorji fin-natura tagħhom. Madankollu, kif jiġri f’ħafna mill-ġurisdizzjonijiet nazzjonali, nuqqas ta’ osservanza ma’ dawn it-termini mhux dejjem iwassal għal dekadenza quddiem il-Qrati tal-Unjoni. B’mod partikolari, f’konformità mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 45 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>[e]bda dritt ma jintilef bħala riżultat ta’ l-iskadenza tat-termini, jekk il-parti interessata tipprova l-eżistenza ta’ każ fortuwitu jew ta’ forza maġġuri<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Fid-digriet appellat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Digriet tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170913">13 ta’ Settembru 2017</DATE> <NAME.CASE>RF vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑880/16</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:647">EU:T:2017:647</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, ir-rikors għal annullament ta’ RF ġie ddikjarat manifestament inammissibbli minħabba li r-rikors kien tardiv. Il-Qorti Ġenerali qieset li RF ma setgħetx tistabbilixxi l-eżistenza ta’ każ fortuwitu jew ta’ forza maġġuri sabiex tiġġustifika r-raġuni għalfejn ma osservatx it-terminu rilevanti għall-preżentata tal-oriġinal iffirmat tar-rikors fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali. Hija qieset, b’mod partikolari, li dewmien sinjifikattiv ikkawżat minn problemi tekniċi interni tal-fornitur tas-servizz postali inkwistjoni ma jikkostitwixxix każ fortuwitu jew ta’ forza maġġuri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Dan l-appell ippreżentat minn RF jippermetti lill-Qorti tal-Ġustizzja tipprovdi gwida dwar kif għandu jiġi interpretat l-Artikolu 45 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, dan jagħti lill-Qorti tal-Ġustizzja opportunità tajba sabiex tiċċara l-ġurisprudenza tagħha fir-rigward tat-tifsira ta’ każ fortuwitu, li, b’mod kunċettwali, hija marbuta strettament ma’ forza maġġuri.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">L-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>L-Artikolu 45 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, li jagħmel parti mit-Titolu III tiegħu, jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Ir-Regoli tal-Proċedura jistabbilixxi perijodi ta’ grazzja fuq konsiderazzjonijiet ta’ distanza.</ALINEA><?PAGE NO="2"?><ALINEA>Ebda dritt ma jintilef bħala riżultat ta’ l-iskadenza tat-termini, jekk il-parti interessata tipprova l-eżistenza ta’ każ fortuwitu jew ta’ forza maġġuri.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>L-Artikolu 53 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jaqra:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali tiġi regolata bit-Titolu III.</ALINEA><ALINEA>Il-Proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali tiġi preċizata u kompletata, safejn ikun meħtieġ, mir-Regoli tal-Proċedura. […]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>It-Titolu III tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="105" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 105, p. 1</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE> jikkonċerna rikorsi diretti. It-Taqsima 4 tal-Kapitolu 1 ta’ dan it-titolu tistabbilixxi r-regoli dwar it-termini.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-Artikolu 58 jaqra:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="058.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>It-termini proċedurali previsti fit-Trattati, fl-Istatut u f’dawn ir-Regoli għandhom jiġu kkalkolati kif ġej:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>terminu espress f’ġimgħat, f’xhur jew fi snin għandu jiskadi mat-tmiem tal-jum li, fl-aħħar ġimgħa, fl-aħħar xahar jew fl-aħħar sena, ikollu l-istess isem jew l-istess numru bħall-jum li matulu seħħ l-avveniment jew twettaq l-att li minnu għandu jiġi kkalkolat it-terminu; jekk, fil-każ ta’ terminu espress f’xhur jew fi snin, il-jum stabbilit għall-iskadenza ta’ dan it-terminu ma jinzertax fl-aħħar xahar, it-terminu għandu jiskadi mat-tmiem tal-aħħar jum ta’ dan ix-xahar;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>L-Artikolu 60 ta’ din l-istess taqsima jikkonċerna t-terminu għal raġuni ta’ distanza. Dan jistabbilixxi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>[t]-termini proċedurali għandhom jiżdiedu b’terminu fiss ta’ għaxart ijiem għal raġuni ta’ distanza<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>Il-Kapitolu 2 tat-Titolu III jikkonċerna l-atti proċedurali. L-Artikolu 72 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="072.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Att proċedurali għandu jiġi ppreżentat fir-Reġistru jew fuq karta, jekk ikun il-każ wara t-trażmissjoni ta’ kopja tal-oriġinal ta’ dan l-att permezz ta’ faks skont l-Artikolu 73(3), jew permezz tal-mod imsemmi fid-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali adottata bis-saħħa tal-Artikolu 74.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="072.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Kull att proċedurali għandu jkollu data. Għall-finijiet tat-termini proċedurali, huma biss id-data u s-siegħa fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu tal-preżentata fir-Reġistru li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>L-Artikolu 73 ta’ dawn ir-regoli jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>[…]</P><?PAGE NO="3"?><PARAG IDENTIFIER="073.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>[L-oriġinal fuq karta ta’ kull att proċedurali], flimkien mal-annessi kollha li jissemmew fih, għandu jiġi ppreżentat flimkien ma’ tliet kopji għall-Qorti Ġenerali u kopja għal kull parti fil-kawża. Dawn il-kopji għandhom ikunu awtentikati mill-parti li tippreżentahom.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="073.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>B’deroga mit-tieni sentenza tal-Artikolu 72(2), id-data u s-siegħa li fihom kopja kompleta tal-oriġinal iffirmat ta’ att proċedurali, […] tasal fir-Reġistru permezz ta’ faks, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-osservanza tat-termini proċedurali jekk l-oriġinal iffirmat tal-att […] jiġi ppreżentat fir-Reġistru sa mhux iktar tard minn għaxart ijiem wara. L-Artikolu 60 ma huwiex applikabbli għal dan it-terminu ta’ għaxart ijiem.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">C.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Regoli oħra rilevanti</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Id-Dispożizzjonijiet Prattiċi għall-Implementazzjoni tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Dispożizzjonijiet Prattiċi tal-Qorti Ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="152" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 152, p. 1</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE> jistabbilixxu, fir-rigward tal-preżentata ta’ atti proċedurali, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>79. Id-data tal-preżentata ta’ att proċedurali permezz ta’ faks għandha tittieħed inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-osservanza ta’ terminu biss fil-każ li d-dokument oriġinali ffirmat bl-idejn mir-rappreżentant, li kien is-suġġett tat-trażmissjoni permezz ta’ faks, jiġi ppreżentat fir-Reġistru mhux iktar tard minn għaxart ijiem wara, kif previst fl-Artikolu 73(3) tar-Regoli tal-Proċedura.</P><P>80. Id-dokument oriġinali ffirmat bl-idejn mir-rappreżentant għandu jintbagħat mingħajr dewmien, immedjatament wara li jintbagħat permezz ta’ faks, mingħajr ma jsirulu korrezzjonijiet jew emendi, lanqas dawk minuri.</P><P>81. Fil-każ ta’ differenza bejn id-dokument oriġinali ffirmat bl-idejn mir-rappreżentant u l-kopja li tkun waslet preċedentement fir-Reġistru permezz ta’ faks, id-data li tittieħed inkunsiderazzjoni għandha tkun dik tal-preżentata ta’ dan id-dokument oriġinali ffirmat.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>L-Istruzzjonijiet Prattiċi lill-Partijiet, dwar il-Kawżi Mressqa Quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Istruzzjonijiet Prattiċi tal-Qorti tal-Ġustizzja<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="031" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 31, p. 1</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE> jipprovdu, fir-rigward tal-preżentata u t-trażmissjoni tal-atti proċedurali, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>42.</NO.P><TXT>[…] att proċedurali jista’ jintbagħat lill-Qorti tal-Ġustizzja wkoll permezz tal-<HT TYPE="ITALIC">posta</HT> […] skont l-Artikolu 57(7) tar-Regoli tal-Proċedura, huma biss id-data u l-ħin tal-preżentata tal-oriġinal fir-Reġistru li jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-finijiet tat-termini proċedurali. Għaldaqstant, sabiex tiġi evitata d-dekadenza, huwa rrakkomandat li l-att inkwistjoni jintbagħat numru ta’ ġranet qabel l-iskadenza tat-terminu mogħti għall-preżentata tal-att, permezz ta’ ittra rreġistrata jew permezz ta’ servizz ta’ courier espress.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>43.</NO.P><TXT>[…] għall-finijiet tal-osservanza tat-termini proċedurali, il-preżentata ta’ [kopja ta’] att [iffirmat] permezz ta’ [faks jew ittra elettronika] tgħodd biss jekk l-oriġinal iffirmat tal-att […] jasal fir-Reġistru sa mhux iktar tard minn għaxart ijiem wara li tintbagħat [il-kopja]. Għaldaqstant, dan l-oriġinal għandu jintbagħat mingħajr dewmien, immedjatament wara li tintbagħat il-kopja u mingħajr ma jsirulu korrezzjonijiet jew emendi, lanqas dawk minuri. Fil-każ ta’ differenza bejn l-oriġinal iffirmat u l-kopja trażmessa preċedentement, tittieħed inkunsiderazzjoni biss id-data tal-preżentata tal-oriġinal iffirmat.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża u d-digriet appellat</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Ir-rikors ta’ RF, intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016)5925 final tal‑<DATE ISO="20160915">15 ta’ Settembru 2016</DATE>, li tiċħad l-ilment fil-Każ COMP AT.40251 – Trasport bil-ferrovija, ġarr ta’ merkanzija (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>deċiżjoni kontenzjuża<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>), ġie trażmess lill-Qorti Ġenerali permezz ta’ faks fit‑<DATE ISO="20161118">18 ta’ Novembru 2016</DATE>. L-oriġinal iffirmat wasal għand il-Qorti Ġenerali fil‑<DATE ISO="20161205">5 ta’ Diċembru 2016</DATE>, 17‑il jum wara t-trażmissjoni tal-kopja tar-rikors permezz ta’ faks.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-terminu proċedurali applikabbli, il-Qorti Ġenerali għamlet il-konstatazzjonijiet li ġejjin: (1) id-deċiżjoni kontenzjuża ġiet innotifikata lil RF fid‑<DATE ISO="20160919">19 ta’ Settembru 2016</DATE>; (2) f’konformità mas-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, il-preżentata ta’ rikors għal annullament kellha tkun fi żmien xahrejn wara n-notifika; (3) fuq il-bażi ta’ applikazzjoni magħquda tal-Artikolu 58(1) u tal-Artikolu 60 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, it-terminu għall-preżentata ta’ rikors skada fid‑<DATE ISO="20161129">29 ta’ Novembru 2016</DATE> f’nofsillejl; (4) skont l-Artikolu 73(3) tar-Regoli tal-Proċedura, il-kopja trażmessa permezz ta’ faks qabel l-iskadenza ta’ dan it-terminu ma setgħetx tittieħed inkunsiderazzjoni għall-finijiet ta’ determinazzjoni tad-data li fiha r-rikors ġie ppreżentat, peress li l-oriġinal iffirmat ma kienx wasal għand ir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fi żmien għaxart ijiem mit-trażmissjoni tal-kopja, kif stabbilit f’din id-dispożizzjoni; u (5) konsegwentement il-preżentata tar-rikors kienet tardiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Punti 6 sa 11 tad-digriet appellat.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Mid-digriet appellat jidher ukoll li l-oriġinal iffirmat kien intbagħat bil-posta fl-istess jum ta’ meta ġiet trażmessa kopja tar-rikors lill-Qorti Ġenerali permezz ta’ faks. Mandankollu, skont RF, iż-żmien użat (17‑il jum) minn Poczta Polska, l-operatur postali ewlieni fil-Polonja, biex iwassal il-pakkett li kellu fih l-oriġinal iffirmat, qabeż it-tul normali tal-kunsinna. Peress li l-kunsinna tardiva ġiet ikkawżata minn problema teknika interna f’Poczta Polska, RF affermat li hija kienet aġixxiet bid-diliġenza kollha li setgħet tkun raġonevolment mistennija minnha. Hija qieset, b’mod partikolari, li l-preżentata tal-oriġinal kienet tardiva minħabba każ fortuwitu jew ta’ forza maġġuri fis-sens tal-Artikolu 45 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u, konsegwentement, ir-rikors ma għandux jitqies dekadenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Punti 12 u 14 tad-digriet appellat.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk iċ-ċirkustanzi li bbażat fuqhom RF kinux suffiċjenti sabiex jistabbilixxu l-eżistenza ta’ każ fortuwitu jew ta’ forza maġġuri, il-Qorti Ġenerali fakkret li, l-ewwel nett, it-termini għall-bidu ta’ proċedura huma obbligatorji fin-natura tagħhom; it-tieni nett, wieħed jista’ jibbaża ruħu fuq każ fortuwitu jew ta’ forza maġġuri biss f’ċirkustanzi eċċezzjonali; u t-tielet nett, f’konformità mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, ir-rikorrent għandu jissorvelja bir-reqqa l-iżvolġiment tal-proċedura mibdija u, b’mod partikolari, juri diliġenza sabiex josserva t-termini previsti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Punti 15 sa 17 tad-digriet appellat.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali sussegwentement kompliet tiddikjara li rikorrent ma jistax jibbaża ruħu fuq każ fortuwitu jew ta’ forza maġġuri f’ċirkustanzi fejn persuna diliġenti u prudenti kienet tkun kapaċi tevita l-iskadenza tal-perijodu previst sabiex jingħata bidu għall-proċedura. Il-Qorti Ġenerali qieset ukoll li huwa biss avveniment li ma jistax jiġi evitat u li għalhekk jikkostitwixxi r-raġuni deċiżiva għad-dekadenza li jista’ jitqies bħala każ fortuwitu jew ta’ forza maġġuri<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Punti 18 u 19 tad-digriet appellat.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont il-Qorti tal-Ġenerali, mill-Artikolu 73(3) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali ma jistax jiġi dedott li kunsinna postali li taqbeż 1-10 ijiem li sar riferiment għalihom f’din id-dispożizzjoni tkun awtomatikament tikkostitwixxi każ fortuwitu jew ta’ forza maġġuri<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Punt 20 tad-digriet appellat.</P></NOTE>. B’rabta ma’ dan, hija għamlet riferiment għad-digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja f’Faktor B. i W. Gęsina<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140930">30 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Faktor B. i W. Gęsina vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑138/14 P</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2256">EU:C:2014:2256</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, kawża li mingħajr dubju għandha similaritajiet fattwali mal-kawża ineżami. F’dik il-kawża, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat permezz ta’ digriet l-evalwazzjoni tal-Qorti Ġenerali li l-appellanti ma stabbilixxietx l-eżistenza ta’ każ fortuwitu jew ta’ forza maġġuri<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140930">30 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Faktor B. i W. Gęsina vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑138/14 P</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2256">EU:C:2014:2256</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, il-Qorti Ġenerali evalwat jekk RF stabbilixxietx l-eżistenza ta’ każ fortuwitu jew ta’ forza maġġuri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>B’mod iktar speċifiku, il-Qorti Ġenerali eżaminat jekk id-dewmien fil-kunsinna postali kienx raġuni deċiżiva għal xiex RF ippreżentat rikors tardiv u jekk dan kienx avveniment li RF ma setgħetx tevita. Fid-dawl ta’, min-naħa l-waħda, l-ispjegazzjonijiet ipprovduti minn RF u min-naħa l-oħra, l-obbligu tagħha li tissorvelja bir-reqqa l-iżvolġiment tal-kunsinna, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li RF naqset milli tistabbilixxi l-eżistenza ta’ każ fortuwitu jew ta’ forza maġġuri. Hija osservat, b’mod partikolari, li RF ma pprovdiet l-ebda spjegazzjoni fir-rigward ta’ miżuri li ħadet wara li l-pakkett li kellu fih l-oriġinal ġie fdat lill-fornitur tas-servizzi postali għall-kunsinna<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Punti 22 sa 27 tad-digriet appellat.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Għalhekk, il-Qorti Ġenerali ddikjarat ir-rikors għal annullament bħala manifestament inammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u t-talbiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tagħha, RF titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tannulla d-digriet appellat u tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex teżaminaha mill-ġdid u tadotta deċiżjoni fil-mertu li tista’ tiġi appellata;</P></ITEM><ITEM><P>sussidjarjament - fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja kellha tistabbilixxi li l-kundizzjonijiet għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni fl-aħħar istanza f’din il-kawża huma ssodisfatti - tannulla d-digriet appellat u tilqa’, fl-intier tagħhom, it-talbiet imressqa fl-ewwel istanza;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha tiċħad l-appell u tikkundanna lil RF għall-ispejjeż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 76(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li tipproċedi mingħajr seduta għas-smigħ tal-kawża.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>RF tibbaża ruħha fuq erba’ aggravji insostenn tal-appell tagħha. L-ewwel aggravju jallega li l-Qorti Ġenerali interpretat ħażin l-Artikolu 45 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea moqri flimkien mal-Artikolu 53 tiegħu. It-tieni aggravju jallega ksur tal-Artikolu 126 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Din id-dispożizzjoni tipprovdi: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Meta l-Qorti Ġenerali manifestament ma jkollhiex kompetenza sabiex tieħu konjizzjoni ta’ rikors jew meta rikors ikun manifestament inammissibbli jew manifestament infondat fid-dritt, il-Qorti Ġenerali tista’, f’kull ħin u fuq proposta tal-Imħallef Relatur, tiddeċiedi li taqta’ l-kawża permezz ta’ digriet motivat, mingħajr ma tkompli l-proċedura.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></P></NOTE>, minħabba li r-rikors ta’ RF ġie ddikjarat manifestament inammissibbli. It-tielet aggravju jallega li l-Qorti Ġenerali wettqet żball fil-konstatazzjoni li RF ma wrietx l-eżistenza ta’ każ fortuwitu fis-sens tal-Artikolu 45 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. L-aħħar nett, permezz tar-raba’ aggravju, RF tallega li d-digriet appellat huwa vvizzjat minn ksur tal-Artikolu 1, l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 14 tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>KEDB<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li l-aggravji invokati minn RF għandhom jiġu miċħuda bħala parzjalment infondati (l-ewwel u t-tieni aggravju) u parzjalment inammissibbli (it-tielet u r-raba’ aggravju).</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Evalwazzjoni</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-ewwel u t-tieni aggravju</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Bl-ewwel u t-tieni aggravju, li huma intrinsikament marbuta, RF essenzjalment issostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ċaħdet ir-rikors tagħha fuq il-bażi tal-Artikolu 126 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali bħala manifestament inammissibbli (it-tieni aggravju). Dan l-iżball jirriżulta minn interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 45 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (l-ewwel aggravju). B’mod iktar speċifiku, hija tafferma li l-Qorti Ġenerali wettqet żball billi kkombinat il-kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>forza maġġuri<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>każ fortuwitu<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>. RF tafferma, f’dan ir-rigward, li d-digriet appellat joħloq konfużjoni fir-rigward tad-distinzjoni ċara stabbilita mill-awturi tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea bejn <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>każ fortuwitu<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>forza maġġuri<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>. Barra minn hekk, RF issostni li l-qari tal-Qorti Ġenerali tal-Artikolu 45 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea huwa diskriminatorju peress li jpoġġi lil dawk li jirrisjedu ’l bogħod mill-Qorti tal-Ġustizzja f’pożizzjoni żvantaġġuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ma taqbilx. Hija tqis li l-Qorti Ġenerali segwiet ġurisprudenza stabbilita li ma tagħmilx distinzjoni bejn <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>każ fortuwitu<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>forza maġġuri<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>. Barra minn hekk, hija tosserva, li interpretazzjoni stretta tal-Artikolu 45 tal-Istatut, li skontu problema li nqalgħet matul il-kunsinna postali ma tistax fiha nnifisha tikkostitwixxi każ fortuwitu jew forza maġġuri, hija newtrali u ma taffettwax negattivament lil dawk li d-distanza ġeografika tagħhom mill-Qorti tal-Ġustizzja hija ikbar.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">a)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-evalwazzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>każ fortuwitu<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> jew ta’ forza maġġuri” skont l-Artikolu 45 tal-Istatut: żewġ kunċetti iżda eżami wieħed</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Nista’ nara l-merti tal-argumenti taż-żewġ partijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Kif il-Kummissjoni nnotat b’mod korrett, il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonċerna l-possibbiltà ta’ eżenzjoni minn dekadenza fuq il-bażi tal-Artikolu 45 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ma tagħmilx distinzjoni ċara bejn il-kunċetti ta’ każ fortuwitu u ta’ forza maġġuri. Fil-ġurisprudenza, dawn il-kunċetti jiġu spiss magħquda flimkien u eżaminati skont kriterji identiċi mingħajr spjegazzjoni ulterjuri rigward id-differenzi possibbli tagħhom.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>L-għeruq tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja rigward l-eżenzjonijiet mit-termini proċedurali jmorru lura għall-ġurisprudenza dwar forza maġġuri fil-qasam tar-regolamenti dwar l-agrikoltura<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Ara, pereżempju, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19680711">11 ta’ Lulju 1968</DATE>, <NAME.CASE>Schwarzwaldmilch</NAME.CASE>, <NO.CASE>4/68</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1968:41">EU:C:1968:41</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, p. 385; tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19701217">17 ta’ Diċembru 1970</DATE>, <NAME.CASE>Internationale Handelsgesellschaft</NAME.CASE> (<NO.CASE>11/70</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1970:114">EU:C:1970:114</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19740130">30 ta’ Jannar 1974</DATE>, <NAME.CASE>Kampffmeyer</NAME.CASE> (<NO.CASE>158/73</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1974:8">EU:C:1974:8</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0008">8</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Il-ġurisprudenza li toħroġ minn Busseni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19840209">9 ta’ Frar 1984</DATE>, <NAME.CASE>Acciaierie e Ferriere Busseni vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>284/82</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1984:47">EU:C:1984:47</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> hija ta’ importanza partikolari peress li din il-ġurisprudenza tiddefinixxi forza maġġuri bħala li tkopri <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>ċirkustanzi anormali li jagħmluha impossibbli li titwettaq l-azzjoni rilevanti. Minkejja li din ma tippreżupponix impossibbiltà assoluta, din tkun teħtieġ diffikultajiet anormali, indipendenti mir-rieda tal-persuna kkonċernata u apparentement inevitabbli anki jekk tinżamm viġilanza sħiħa<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Sentenzi tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19840209">9 ta’ Frar 1984</DATE>, <NAME.CASE>Acciaierie e Ferriere Busseni vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>284/82</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1984:47">EU:C:1984:47</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0011">11</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19840530">30 ta’ Mejju 1984</DATE>, <NAME.CASE>Ferriera Vittoria vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>224/83</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1984:208">EU:C:1984:208</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0013">13</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19840712">12 ta’ Lulju 1984</DATE>, <NAME.CASE>Ferriera Valsabbia vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>209/83</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1984:274">EU:C:1984:274</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Definizzjoni simili ġiet adottata fil-kuntest ta’ termini proċedurali, definizzjoni li tkopri kemm każ fortuwitu kif ukoll forza maġġuri. Mis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja f’Bayer vs Il‑Kummissjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19941215">15 ta’ Diċembru 1994</DATE>, <NAME.CASE>Bayer vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑195/91 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1994:412">EU:C:1994:412</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> jista’ jiġi dedott li l-kunċetti ta’ każ fortuwitu u ta’ forza maġġuri, f’kull wieħed minnhom hemm żewġ elementi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Dan diġà kien ġie argumentat mill-Avukat Ġenerali Capotorti fir-rigward tal-kunċett ta’ forza maġġuri. Ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Capotorti f’<REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Milch-, Fett- und Eierkontor</NAME.CASE> (<NO.CASE>42/79</NO.CASE>, mhux ippubblikati, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1979:259">EU:C:1979:259</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, p. 3723) u fil-kawżi magħquda <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Ferriera Valsabbia <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>154/78, 205/78, 206/78, 226/78 sa 228/78, 263/78, 264/78, 31/79, 39/79, 83/79 u 85/79</NO.CASE>, mhux ippubblikati, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1979:275">EU:C:1979:275</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, p. 1067).</P></NOTE>. Il-kunċetti fihom element oġġettiv, li jirrigwarda ċirkustanzi anormali u estranji għall-operatur, u element suġġettiv li jinvolvi l-obbligu, mill-persuna kkonċernata, li tħares lilha nnifisha mill-konsegwenzi tal-avveniment anormali billi tieħu miżuri xierqa mingħajr ma jkollha tagħmel sagrifiċċji eċċessivi. F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja spjegat li, sabiex tkun tista’ toqgħod fuq każ fortuwitu jew ta’ forza maġġuri, parti għandha tissorvelja bir-reqqa l-iżvolġiment tal-proċedura mibdija u, b’mod partikolari, turi diliġenza sabiex tosserva t-termini previsti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>B’mod partikolari, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19941215">15 ta’ Diċembru 1994</DATE> <NAME.CASE>Bayer vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑195/91 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1994:412">EU:C:1994:412</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110922">22 ta’ Settembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>u Bell &amp; Ross vs OHIM</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑426/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:612">EU:C:2011:612</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Ara wkoll is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130423">23 ta’ April 2013</DATE>, <NAME.CASE>Gbagbo <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑478/11 P sa C‑482/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:258">EU:C:2013:258</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0072">72</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u d-digriet tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20071108">8 ta’ Novembru 2007</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Belġju vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑242/07 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:672">EU:C:2007:672</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Għalkemm il-Qorti tal-Ġustizzja qatt ma għamlet, sa fejn naf jien, distinzjoni ċara bejn iż-żewġ kunċetti, jidher li huwa raġonevoli li wieħed jissoponi li l-portata tagħhom ma hijiex eżatt l-istess.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Kif għandhom dawn il-kunċetti jinftiehmu fil-kuntest tal-proċeduri quddiem il-qrati tal-Unjoni Ewropea?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, inqis li forza maġġuri (<HT TYPE="ITALIC">vis major</HT>) tirreferi għal sett iktar limitat ta’ avvenimenti estremi, jew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>atti tan-natura<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>. Dawn l-avvenimenti, fi kwalunkwe każ, jinkludu diżastri naturali bħal għargħar maġġuri, terremoti u urugani, iżda jistgħu wkoll jinkludu ċirkustanzi irreżistibbli (magħmula mill-bniedem) partikolari oħrajn<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Jidher li l-Qorti tal-Ġustizzja tikklassifika gwerra bħala forza maġġuri iktar milli każ fortuwitu. Ara, f’dan ir-rigward, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130423">23 ta’ April 2013</DATE>, <NAME.CASE>Gbagbo <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑478/11 P sa C‑482/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:258">EU:C:2013:258</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0072">72</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Għalhekk, fil-fehma tiegħi, forza maġġuri tirreferi għal forza esterna li tfixkel lill-parti milli tissodisfa obbligu u tħalli lill-istess parti mingħajr ebda alternattiva oħra ta’ azzjoni (pereżempju fil-każ fejn kunsinna ta’ oġġetti ma setgħetx tiġi mwassla minħabba li l-ajruplan li jkun qiegħed iġorrha jkun waqa’ fl-oċean).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, fil-fehma tiegħi, il-kunċett ta’ każ fortuwitu huwa kemxejn iktar flessibbli. Dan jista’ jinkludi sett usa’ ta’ ċirkustanzi mhux koperti mill-forza maġġuri. Dawn jistgħu jinkludu kwalunkwe numru ta’ ċirkustanzi anormali bħal interruzzjonijiet tekniċi, qtugħ tal-elettriku jew fallimenti fis-sistemi tal-komunikazzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Sa ċertu punt, id-definizzjoni ta’ dawn il-kunċetti, meta mqabbla ma’ xulxin, hija kwistjoni ta’ ġudizzju personali, u jistgħu anki parzjalment jissovrapożizzjonaw lil xulxin. Minkejja l-mod ta’ kif wieħed jaqta’ linja bejn dawn iż-żewġ kunċetti, huwa ċar li dawn huma marbutin mill-qrib ma’ xulxin u jindikaw sett ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali li fihom jistgħu jingħataw derogi mill-applikazzjoni tat-termini proċedurali — termini li f’ċirkustanzi oħra għandhom jiġu interpretati b’mod strett. Fil-fatt, applikazzjoni stretta tat-termini hija, fil-prinċipju, meħtieġa biex tiġi żgurata ċertezza legali u jiġu evitati kull diskriminazzjoni u kull trattament arbitrarju fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130423">23 ta’ April 2013</DATE>, <NAME.CASE>Gbagbo <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑478/11 P sa C‑482/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:258">EU:C:2013:258</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0071">71</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Ara wkoll id-digriet tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980507">7 ta’ Mejju 1998</DATE>, <NAME.CASE>L‑Irlanda vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑239/97</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:213">EU:C:1998:213</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0007">7</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Madankollu, għandu fl-istess ħin jiġi enfasizzat li l-leġiżlatur għażel li jfassal eċċezzjoni għal dan il-prinċipju proċedurali fundamentali, regola li tagħmilha possibbli li jkun hemm deroga minn tali termini. Skont l-Artikolu 45 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, <HT TYPE="ITALIC">kemm</HT> każ fortuwitu <HT TYPE="ITALIC">kif ukoll</HT> forza maġġuri huma raġunijiet għal deroga minn dawn it-termini.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, l-għażla li jiġu inklużi ż-żewġ kunċetti fl-Artikolu 45 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tikkostitwixxi indikazzjoni b’saħħitha li l-leġiżlatur ma kellux l-intenzjoni li jinterpreta l-lista ta’ ċirkustanzi li jaqgħu taħt l-Artikolu 45 b’mod ristrett ħafna. Din l-għażla hija wkoll indikatur tajjeb li l-leġiżlatur ma xtaqx jinterpreta lista eżawrjenti ta’ ċirkustanzi li wieħed jista’ jibbaża ruħu fuqhom sabiex jidderoga mit-termini proċedurali, iżda pjuttost regola flessibbli li tista’ tiġi adattata għaċ-ċirkustanzi tal-każ partikolari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>L-eżami applikat mill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tistabbilixxi l-eżistenza ta’ każ fortuwitu jew ta’ forza maġġuri, fil-fehma tiegħi, jirrifletti dawn l-għażliet. Għalkemm huwa minnu li l-Qorti tal-Ġustizzja ripetutament iddeċidiet li derogi mit-termini jistgħu jsiru biss f’ċirkustanzi pjuttost eċċezzjonali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161214">14 ta’ Diċembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>SV Capital vs EBA</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑577/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:947">EU:C:2016:947</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata), u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110922">22 ta’ Settembru 2011</DATE> (<NAME.CASE>Bell &amp; Ross vs UASI</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑426/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:612">EU:C:2011:612</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>, l-eżami jippermetti lill-Qorti tal-Ġustizzja tevalwa b’mod flessibbli f’kull każ individwali, fuq il-bażi tal-partikolaritajiet tal-każ, jekk l-iskadenza tat-terminu previst ġietx ikkawżata minn avveniment li l-parti ma setgħetx b’mod raġonevoli tipprevedi u b’hekk tevita mingħajr sagrifiċċji irraġonevoli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Hekk kif qiegħed naqra l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-eżistenza ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>każ fortuwitu jew ta’ forza maġġuri<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> għandha għalhekk tiġi evalwata fl-intier tagħha, bħal raggruppament kunċettwali, fuq il-bażi tal-istess eżami li jenfasizza n-natura raġonevoli tal-azzjoni meħtieġa mill-parti kkonċernata sabiex tevita l-iskadenza tat-terminu previst: billi jivverifika fuq bażi ta’ każ b’każ li, min-naħa l-waħda, ikun hemm nuqqas ta’ osservanza tar-regoli proċedurali f’ċirkustanzi anormali mhux marbuta mal-parti kkonċernata u, min-naħa l-oħra, il-parti kkonċernata tkun ħadet passi sabiex tevita l-konsegwenzi tal-avveniment anormali mingħajr sagrifiċċji irraġonevoli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Kif inhu neċessarjament il-każ fejn tiġi mitluba evalwazzjoni ċirkustanzjali, l-istabbiliment ta’ x’jista’ jkun avveniment anormali, min-naħa l-waħda, u l-passi xierqa biex jiġu evitati l-konsegwenzi negattivi ta’ dan l-avveniment, min-naħa l-oħra, ikunu jiddependu fuq il-partikolaritajiet ta’ kull każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>B’mod fundamentali, bl-applikazzjoni ta’ dan il-kriterju għall-evalwazzjoni relattivament flessibbli huwa possibbli li jiġu żgurati opportunitajiet ugwali għall-partijiet f’ċirkustanzi fejn applikazzjoni stretta ta’ termini proċedurali tkun tpoġġi lill-partijiet tal-proċedura fi żvantaġġ.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">b)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-iżball ta’ liġi fid-digriet appellat</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Fid-digriet appellat, il-Qorti Ġenerali applikat eżami iktar strett minn dak iddettat fil-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja. Fl-esklużjoni tal-eżistenza ta’ każ fortuwitu jew ta’ forza maġġuri fil-kawża ineżami, il-Qorti Ġenerali evalwat jekk in-nuqqas ta’ osservanza tat-terminu preskritt kienx ikkawżat minn avveniment li ma setax jiġi evitat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Punti 25 sa 27 tad-digriet appellat.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Fil-fatt, għalkemm il-Qorti Ġenerali effettivament tenniet l-eżami li joħroġ minn Bayer vs Il‑Kummissjoni fid-digriet appellat, kompliet billi ddeċidiet li l-eżistenza ta’ każ fortuwitu jew ta’ forza maġġuri fis-sens tal-Artikolu 45 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tista’ tirriżulta biss fejn l-avveniment inkwistjoni ma jistax jiġi evitat u fejn dan jikkostitwixxi, konsegwentement, ir-raġuni deċiżiva għalfejn il-parti ma osservatx it-terminu previst (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>rekwiżit ta’ inevitabbiltà<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Punt 19 tad-digriet appellat.</P></NOTE>. Hija ddeċidiet ukoll li t-tardività tal-kunsinna postali ma tistax waħedha tikkostitwixxi każ fortuwitu jew ta’ forza maġġuri, sakemm ma hemmx ċirkustanzi oħra partikolari involuti, bħal strajk, kollass amministrattiv jew diżastru naturali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Punt 21 tad-digriet appellat.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Kif diġà ssemma, il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja teħtieġ, min-naħa l-waħda, li n-nuqqas ta’ osservanza tat-terminu preskritt ikun ikkawżata minn avveniment estern u anormali u li ma jkunx marbut mal-parti kkonċernata (l-element oġġettiv). Min-naħa l-oħra, il-partijiet għandhom jieħdu miżuri xierqa sabiex iħarsu lilhom infushom mill-konsegwenzi ta’ avvenimenti anormali, mingħajr madankollu ma jkunu meħtieġa jagħmlu sagrifiċċji irraġonevoli sabiex jevitaw l-iskadenza tat-terminu previst. F’dan ir-rigward, il-partijiet għandhom jissorveljaw bir-reqqa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>l-proċedura mibdija<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> u, b’mod partikolari, juru diliġenza sabiex josservaw it-termini previsti (l-element suġġettiv)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19941215">15 ta’ Diċembru 1994</DATE>, <NAME.CASE>Bayer vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑195/91 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1994:412">EU:C:1994:412</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, hija ma teħtieġx, barra minn hekk, li l-avveniment anormali ma jkunx seta’ jiġi evitat. L-applikazzjoni ta’ tali rekwiżit addizzjonali tillimita l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 45 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea b’mod kunsiderevoli għal wieħed li sempliċement ikopri sitwazzjonijiet li huma kważi, jekk mhux assolutament, impossibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Kif il-Kummissjoni tinnota, huwa minnu li l-Qorti tal-Ġustizzja tidher li affermat, għall-inqas darba, l-approċċ adottat mill-Qorti Ġenerali fid-digriet appellat. Dan seħħ fid-digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja f’Faktor B. i W. Gęsina<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140930">30 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Faktor B. i W. Gęsina vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑138/14 P</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2256">EU:C:2014:2256</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. F’dan id-digriet, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat l-evalwazzjoni tal-Qorti Ġenerali fir-rigward tal-assenza ta’ każ fortuwitu jew ta’ forza maġġuri fuq il-bażi ta’ applikazzjoni tar-rekwiżit ta’ inevitabbiltà<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140930">30 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Faktor B. i W. Gęsina vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑138/14 P</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2256">EU:C:2014:2256</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. L-istess bħal f’din il-kawża, il-kwistjoni kienet dwar jekk rikorrent setax jibbaża ruħu fuq dewmien kunsiderevoli fil-kunsinna postali (mill-Polonja għal-Lussemburgu) sabiex jistabbilixxi l-eżistenza ta’ każ fortuwitu jew ta’ forza maġġuri fis-sens tal-Artikolu 45 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140930">30 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Faktor B. i W. Gęsina vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑138/14 P</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2256">EU:C:2014:2256</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0010">10</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0011">11</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Dan id-digriet (l-istess bħad-digriet appellat) jidher li jmur kontra l-awtorità tal-ġurisprudenza li toħroġ minn Bayer vs Il-Kummissjoni. Jiġifieri sa fejn il-Qorti tal-Ġustizzja vvalidat l-applikazzjoni tar-rekwiżit ta’ inevitabbiltà mill-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Ma għandux jintesa li l-partijiet jistgħu, f’konformità mal-Artikolu 72 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, kif inhu applikabbli għall-kawża ineżami, jippreżentaw atti proċedurali fir-Reġistru ta’ din il-qorti fil-forma ta’ inkartament. Il-partijiet igawdu minn din il-possibbiltà minkejja l-introduzzjoni tal-<HT TYPE="ITALIC">e-Curia</HT>, sistema li tippermetti lill-partijiet jippreżentaw atti proċedurali permezz ta’ mezzi elettroniċi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Ara l-Artikolu 74 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali u d-Deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali tal‑<DATE ISO="20110914">14 ta’ Settembru 2011</DATE> dwar il-preżentata u r-riċezzjoni ta’ atti proċedurali permezz tal-applikazzjoni e-Curia (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="289" PAGE.FIRST="9" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, C 289, p. 9</REF.DOC.OJ>). Sa mill-<DATE ISO="20181201">1 ta’ Diċembru 2018</DATE>, l-użu tal-e-Curia sar obbligatorju għall-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Għandhom jissemmew ukoll id-Dispożizzjonijiet Prattiċi tal-Qorti Ġenerali u l-Istruzzjonijiet Prattiċi tal-Qorti tal-Ġustizzja. Dawn ir-regoli speċifikament jipprevedu l-possibbiltà li parti tkun tixtieq tibgħat bil-posta l-atti proċedurali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Ara, b’mod partikolari, il-punti 79 sa 81 tad-Dispożizzjonijiet Prattiċi tal-Qorti Ġenerali u l-punti 42 u 43 tal-Istruzzjonijiet Prattiċi tal-Qorti tal-Ġustizzja.</P></NOTE>. F’dan ir-rigward, huwa affermat li, sabiex jiġi żgurat li kopja mibgħuta permezz ta’ faks tittieħed inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-osservanza ta’ terminu, il-parti għandha tibgħat l-oriġinal iffirmat mingħajr dewmien, immedjatament wara li jintbagħat permezz ta’ faks<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Għal atti mibgħuta bil-posta biss, il-Qorti tal-Ġustizzja tirrakkomanda l-użu ta’ servizz ta’ kunsinna espressa jew ittra rreġistrata. Min-naħa l-oħra, ma ngħatatx tali rakkomandazzjoni għal partijiet li jixtiequ jużaw il-faks jew il-posta elettronika f’konformità mal-Artikolu 73(3) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Madankollu, ir-rekwiżit ta’ inevitabbiltà applikat mill-Qorti Ġenerali jfisser li dewmien anormali fil-kunsinna postali jaqa’ awtomatikament barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 45 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Mhux kull parti tista’ tippreżenta personalment l-atti proċedurali lill-Qrati tal-Unjoni mingħajr sagrifiċċji irraġonevoli. Barra minn hekk, minħabba li r-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, kif inhuma applikabbli għall-kawża ineżami, espressament jippermettu lill-partijiet jibagħtu atti proċedurali fil-forma ta’ inkartament, esklużjoni kategorika ta’ dewmien fil-kunsinna postali tkun, fil-fehma tiegħi, tmur kontra kemm il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja kif ukoll ir-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Għal dawn ir-raġunijiet, jiena nieħu l-pożizzjoni li d-digriet appellat huwa vvizzjat minn żball ta’ liġi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Wara li ġie stabbilit dan, xorta waħda għandu jiġi eżaminat kif, b’mod iktar konkret, l-eżistenza ta’ każ fortuwitu u ta’ forza maġġuri għandha tiġi evalwata fuq il-bażi tal-kriterji stabbiliti fil-ġurisprudenza.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">c)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">In-natura tal-evalwazzjoni u l-fatturi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni fl-evalwazzjoni ta’ jekk il-parti aġixxietx b’diliġenza suffiċjenti</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Ma huwiex faċli li tingħata tweġiba għal din il-mistoqsija fuq il-bażi tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. Dan minħabba li l-evalwazzjoni taċ-ċirkustanzi li fuqhom ibbażaw ruħhom il-partijiet sabiex jistabbilixxu l-eżistenza ta’ każ fortuwitu jew ta’ forza maġġuri fuq il-bażi tat-test stipulat fis-sentenza Bayer vs Il‑Kummissjoni hija, fl-analiżi finali, waħda ċirkustanzjali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jitfakkar li l-eżistenza ta’ ċirkustanzi li jiġġustifikaw deroga minn termini proċedurali għandha tiġi evalwata fuq il-bażi ta’ elementi pprovduti mill-parti li tkun qiegħda tibbaża ruħha fuq l-Artikolu 45 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea: skont din id-dispożizzjoni, din il-parti għandha tagħti prova tal-eżistenza ta’ każ fortuwitu jew ta’ forza maġġuri. Għaldaqstant, hija din il-parti li għandha turi li (a) kien hemm avveniment anormali mhux marbut magħha (l-element oġġettiv) u (b) ħadet il-miżuri raġonevoli kollha sabiex tevita l-iskadenza tat-terminu previst (l-element suġġettiv).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Kif ġie indikat iktar ’il fuq, skont il-qari tiegħi tal-ġurisprudenza, dewmien anormali fil-kunsinna postali ma għandux jiġi kompletament eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 45 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Illum il-ġurnata, tidher li hija premessa raġonevoli li l-posta għandha, għall-inqas fil-prinċipju, tilħaq id-destinazzjoni tagħha fi kwalunkwe post fl-Ewropa fi żmien għaxart ijiem. Fil-fatt, żmien ta’ kunsinna li jaqbeż l-għaxart ijiem addizzjonali previsti għall-kunsinna mill-Artikolu 73(3) tar-Regoli tal-Proċedura jista’, fil-fehma tiegħi, jiġi deskritt bħala avveniment anormali (mhux marbut mal-parti kkonċernata)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Dan jidher fl-Anness għad-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="19971215">15 ta’ Diċembru 1997</DATE> dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 3, p. 71) fejn 97 % tal-posta transkonfinali għandha tiġi kkunsinnata fiż-żmien 5 ijiem tax-xogħol mid-depożitu.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Din hija r-raġuni għalfejn, sabiex jiġi ssodisfatt l-element oġġettiv (a), għandu jkun biżżejjed għal parti li turi li n-nuqqas ta’ osservanza tat-terminu previst ġie kkawżat minn dewmien <HT TYPE="ITALIC">anormali</HT> fil-kunsinna postali. F’dan ir-rigward, ma għandux għalfejn ikun hemm il-bżonn li dan id-dewmien ikun ikkawżat minn avveniment straordinarju bħal strajk, diżastru naturali jew kollass amministrattiv<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Ara l-punt 27 tad-digriet appellat.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Minkejja dan, l-esperjenza turi li ż-żminijiet tal-kunsinna jistgħu jvarjaw (anki b’mod kunsiderevoli) u xi drabi jista’ jkun hemm dewmien fil-kunsinna postali. Għalhekk, sabiex jiġi stabbilit jekk l-element oġġettiv ġiex issodisfatt, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni jekk id-dewmien huwiex anormali fiċ-ċirkustanzi, b’mod partikolari fir-rigward ta’ fatturi bħalma huma d-distanza u ż-żmien tas-sena.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Ladarba jiġi stabbilit li d-dewmien kien anormali fiċ-ċirkustanzi partikolari tal-każ, għandu jiġi eżaminat ukoll jekk il-parti ħaditx il-passi raġonevoli kollha sabiex tevita l-iskadenza tat-terminu preskritt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Fid-determinazzjoni ta’ jekk l-element suġġettiv (b) ġiex issodisfatt, għandhom jitqiesu numru ta’ fatturi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, huwa importanti li jiġi stabbilit <HT TYPE="ITALIC">meta</HT> l-oriġinal iffirmat tar-rikors ġie fdat lis-servizz tal-kunsinna postali. Fil-fehma tiegħi, il-konformità mal-paragrafu 80 tad-Dispożizzjonijiet Prattiċi - jiġifieri li l-oriġinal intbagħat mingħajr dewmien, fl-istess jum li fih intbagħtet il-kopja permezz ta’ faks jew, tal-inqas, il-jum ta’ wara – hija indikazzjoni ta’ mġiba diliġenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Ara fuq nota simili d-digrieti tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980507">7 ta’ Mejju 1998</DATE>, <NAME.CASE>L‑Irlanda vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑239/97</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:213">EU:C:1998:213</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0009">9</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050118">18 ta’ Jannar 2005</DATE>, <NAME.CASE>Zuazaga Meabe vs UASI</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑325/03 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:28">EU:C:2005:28</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>It-tieni nett, parti ma għandhiex tkun meħtieġa li tuża l-iktar servizzi ta’ kunsinna internazzjonali għoljin offruti, fejn servizz irħas, offrut minn operatur jidher, fil-prinċipju, adegwat sabiex jiżgura kunsinna tal-oriġinal iffirmat lir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fil-perijodu previst<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>Ara, fuq din in-nota, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150114">14 ta’ Jannar 2015</DATE>, <NAME.CASE>Abdulrahim vs Il‑Kunsill u Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑127/09 RENV</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:4">EU:T:2015:4</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170621">21 ta’ Ġunju 2017</DATE>, <NAME.CASE>City Train vs EUIPO (CityTrain)</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑699/15</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:409">EU:T:2017:409</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0015">15</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Madankollu, minħabba li jista’ jkun hemm dewmien, parti li tiddeċiedi li tibgħat att proċedurali bil-posta, minflok bl-<HT TYPE="ITALIC">e-Curia</HT>, għandha fil-fehma tiegħi tieħu prekawzjonijiet, prekawzjonijiet li persuna diliġenti b’mod<?PAGE NO="12"?> raġonevoli tista’ tkun mistennija li tieħu. Skont iċ-ċirkustanzi (pereżempju: fejn il-fornitur tas-servizz ikollu reputazzjoni inaffidabbli jew fejn it-terminu jiskadi madwar festa pubblika) għalhekk, id-diliġenza tista’ teħtieġ li l-oriġinal iffirmat jintbagħat permezz ta’ express courier, kunsinna espressa jew, tal-inqas, permezz ta’ ittra rreġistrata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>L-obbligi tal-parti jieqfu hawnhekk?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>Ma naħsibx. Huwa veru li ladarba pakkett jiġi fdat lil fornitur ta’ servizz postali għall-kunsinna, il-persuna li tkun qiegħda tibgħat titlef il-kontroll effettiv fuq il-pakkett. Madankollu, punt li għandu jiġi enfasizzat huwa li hemm riskji involuti meta jintbagħtu atti proċedurali bil-posta, riskji relatati ma’ dewmien li parti tista’ tevita billi tuża l-<HT TYPE="ITALIC">e-Curia</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P>Fejn tintuża l-<HT TYPE="ITALIC">e-Curia</HT>, il-persuna li tibgħat tirċievi konferma ta’ rċevuta mill-ewwel fejn id-dokumenti jkunu ġew debitament trażmessi lill-Qrati tal-Unjoni.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>Għalhekk, fl-opinjoni tiegħi, parti li ddeċidiet li tmur għall-għażla prevista fl-Artikolu 73(3) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali għandha l-obbligu li ssegwi l-kunsinna, biex għall-inqas <HT TYPE="ITALIC">tipprova</HT> tipprevjeni dawn ir-riskji milli jimmaterjalizzaw. Fil-fatt, parti għandha tissorvelja bir-reqqa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>il-proċedura mibdija<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> u turi diliġenza sabiex tosserva it-termini previsti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039"><P>B’mod partikolari, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19941215">15 ta’ Diċembru 1994</DATE>, <NAME.CASE>Bayer vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑195/91 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1994:412">EU:C:1994:412</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110922">22 ta’ Settembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Bell &amp; Ross vs UASI</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑426/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:612">EU:C:2011:612</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Ara wkoll id-digriet tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20071108">8 ta’ Novembru 2007</DATE> <NAME.CASE>Il‑Belġju vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑242/07 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:672">EU:C:2007:672</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>Madankollu, b’mod iktar konkret, x’jinvolvi dan l-obbligu f’dan il-kuntest partikolari?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>Fejn ikun hemm numru ta’ traċċar disponibbli, ifisser li parti għandha tissorvelja bir-reqqa u b’mod regolari l-iżvolġiment tal-kunsinna sakemm id-dokument jitwassal regolarment fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali. Fejn l-ittraċċar ma jkunx disponibbli, ifisser li parti għandha tagħmel kuntatt mar-Reġistru sabiex tivverifika (sew qabel l-iskadenza tat-terminu previst) jekk l-oriġinal iffirmat wasalx fil-ħin<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0040"><P>Għal fehma differenti, ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150114">14 ta’ Jannar 2015</DATE>, <NAME.CASE>Abdulrahim vs Il‑Kunsill u Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑127/09 RENV</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:4">EU:T:2015:4</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Fejn jidher li l-kunsinna ġiet imdewma, il-parti tista’ xorta waħda tipprova tosserva t-terminu previst billi b’mod attiv tipprova ssib fejn qiegħed il-pakkett billi tagħmel kuntatt mal-fornitur tas-servizz postali kkonċernat u, jekk ma jirnexxilhiex, billi tibgħat (jew tippreżenta, fejn raġonevoli) lir-Reġistru, verżjoni tar-rikors b’firma ġdida oriġinali, intiża sabiex tissostitwixxi l-verżjoni oriġinali preċedenti li ntilfet<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0041"><P>Ara b’mod simili s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150114">14 ta’ Jannar 2015</DATE>, <NAME.CASE>Abdulrahim vs Il‑Kunsill u Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑127/09 RENV</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:4">EU:T:2015:4</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>Meta jittieħdu dawn il-passi, il-parti kkonċernata tista’ turi li aġixxiet b’diliġenza, iżda mingħajr ma tkun għamlet sagrifiċċji irraġonevoli. F’dan ir-rigward, il-kwistjoni ta’ jekk ikunx hemm possibbiltà realistika għall-osservanza b’suċċess tat-terminu previst hija għalhekk irrilevanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>Bħala konklużjoni, f’ċirkustanzi fejn parti tkun iddeċidiet li tmur għall-għażla prevista fl-Artikolu 73(3) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, sabiex tkun eżentata mill-iskadenza tat-terminu bis-saħħa tal-Artikolu 45 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, din il-parti għandha turi li aġixxiet b’diliġenza billi ħadet il-miżuri raġonevoli kollha sabiex tevita l-iskadenza tat-terminu. Għalhekk, il-parti għandha turi li l-oriġinal iffirmat intbagħat immedjatament wara t-trażmissjoni tal-kopja permezz ta’ faks; li l-oriġinal intbagħat permezz ta’ servizz postali li deher adegwat sabiex jiżgura kunsinna tal-oriġinal iffirmat tar-rikors lir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fil-perijodu previst; u li ssorveljat regolarment l-iżvolġiment tal-kunsinna u fejn dan l-issorveljar żvela dewmien, il-parti pprovat tosserva t-terminu previst.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="13"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">d)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Konklużjoni intermedjarja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>Fid-digriet appellat, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet, fl-ewwel stadju, li parti tista’ tiġi eżentata minn dekadenza biss jekk in-nuqqas ta’ osservanza tat-terminu previst ikun ġie kkawżat minn avveniment li ma setax jiġi evitat. B’dan il-mod, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>Madankollu, dan l-iżball ma għandux, f’din il-kawża, iwassal sabiex id-digriet appellat jiġi annullat. Minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li fejn il-motivazzjoni ta’ deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali tkun ivvizzjata minn ksur tad-dritt tal-Unjoni, iżda d-dispożittiv tagħha jkun jidher li huwa fondat għal motivi ta’ liġi oħra, tali ksur ma jkunx ta’ natura li jwassal għal annullament ta’ din id-deċiżjoni u jkun hemm lok li ssir sostituzzjoni tal-motivazzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0042"><P>Ara, fost ħafna oħrajn, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170126">26 ta’ Jannar 2017</DATE>, <NAME.CASE>Zucchetti Rubinetteria vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑618/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:48">EU:C:2017:48</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74.</NO.P><TXT>Minħabba li l-Qorti Ġenerali eżaminat, bħala t-tieni stadju, il-miżuri li RF ħadet sabiex tevita l-iskadenza tat-terminu previst, l-iżball ta’ liġi identifikat ma jaffettwax id-dispożittiv tad-digriet appellat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75.</NO.P><TXT>Mid-digriet appellat jidher li RF bagħtet l-oriġinal iffirmat immedjatament wara t-trażmissjoni tal-kopja tal-oriġinal lill-Qorti Ġenerali permezz ta’ faks (fl-istess jum), u għamlet dan bl-użu ta’ posta rreġistrata u servizz li deher adegwat sabiex jiżgura kunsinna fil-ħin. Madankollu, RF ma pprovdiet l-ebda prova li turi li hija pprovat tissorvelja l-iżvolġiment tal-kunsinna u, wara li ġie żvelat id-dewmien, li hija ħadet il-passi sabiex tevita l-iskadenza tat-terminu previst<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0043"><P>Punt 26 tad-digriet appellat.</P></NOTE>. Fi kliem ieħor, minkejja kollox, il-Qorti Ġenerali kienet korretta fil-konklużjoni li RF ma wrietx diliġenza sabiex tosserva t-terminu previst.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76.</NO.P><TXT>Għalhekk, nikkonkludi li huwa meħtieġ, permezz ta’ sostituzzjoni tal-motivazzjoni, li jiġi miċħud l-argument li minħabba interpretazzjoni ħażina tal-Artikolu 45 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti Ġenerali kkonkludiet b’mod żbaljat li RF ma stabbilixxietx l-eżistenza ta’ każ fortuwitu jew ta’ forza maġġuri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77.</NO.P><TXT>Għalhekk, l-ewwel u t-tieni aggravju tal-appell għandhom jiġu miċħuda bħala infondati.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">It-tielet aggravju tal-appell</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78.</NO.P><TXT>RF issostni li l-Qorti Ġenerali kkonstatat b’mod żbaljat li l-appellanti ma tatx prova tal-eżistenza ta’ każ fortuwitu fis-sens tal-Artikolu 45 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Skont RF, hija tat prova tal-eżistenza ta’ każ fortuwitu: hija mhux biss ippreżentat provi ta’ dawn iċ-ċirkustanzi iktar minn kemm kien meħtieġ iżda ppreżentat il-provi kollha disponibbli għaliha b’mod ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li l-argumenti mressqa mill-appellanti huma marbuta mal-konstatazzjonijiet fattwali u għandhom jiġu miċħuda bħala inammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80.</NO.P><TXT>Jiena naqbel mal-Kummissjoni. Dan l-aggravju essenzjalment jirriproduċi l-argumenti diġà mqajma taħt l-ewwel aggravju tal-appell, għalkemm minn perspettiva purament fattwali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81.</NO.P><TXT>Huwa stabbilit sewwa li, il-Qorti Ġenerali għandha, bis-saħħa tal-Artikolu 58 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 256 TFUE, ġurisdizzjoni esklużiva sabiex tikkonstata l-fatti u tevalwa dawn il-fatti. Appelli ppreżentati quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja huma għalhekk limitati għal punti ta’ liġi. Il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ għalhekk tistħarreġ il-karatterizzazzjoni ġuridika<?PAGE NO="14"?> ta’ dawn il-fatti u l-konklużjonijiet ta’ dritt li l-Qorti Ġenerali tkun nisslet minnhom<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0044"><P>Ara <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT> s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180725">25 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Spanja <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑128/16 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:591">EU:C:2018:591</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. Madankollu, evalwazzjoni ġdida tal-fatti jew tal-provi ma hijiex kwistjoni ta’ liġi li hija suġġett għal stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja. Dan huwa minnu sakemm ma jkunx hemm żnaturament tal-fatti jew tal-provi prodotti quddiem il-Qorti Ġenerali, li f’dak il-każ l-iżnaturament allegat għandu joħroġ b’mod manifest mill-atti fil-proċess<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0045"><P>Ara pereżempju s-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180906">6 ta’ Settembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Klein vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑346/17 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:679">EU:C:2018:679</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0124">124</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0126">126</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82.</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet aggravju tagħha, RF b’mod ċar qiegħda tfittex evalwazzjoni ġdida tal-fatti u tal-provi prodotti quddiem il-Qorti Ġenerali mingħajr ma qiegħda tallega l-iżnaturament tagħhom. Fuq din il-bażi, it-tielet aggravju għandu jiġi miċħud bħala inammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">3.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Ir-raba’ aggravju tal-appell</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83.</NO.P><TXT>RF targumenta li, fid-digriet appellat, il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 1, l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 14 tal-KEDB. Fil-fehma tagħha, il-mod ta’ kif il-Qorti Ġenerali interpretat l-Artikolu 45 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jfixkel l-aċċess għall-Qrati tal-Unjoni sa fejn il-partijiet, li jkunu jirrisjedu jew stabbiliti kunsiderevolment ’il bogħod mill-Qrati tal-Unjoni, huma kkonċernati. Il-qari restrittiv ta’ din id-dispożizzjoni adottat mill-Qorti Ġenerali jikkostitwixxi wkoll diskriminazzjoni bejn il-partijiet fil-kawża skont il-post ta’ residenza tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84.</NO.P><TXT>Prinċipalment, il-Kummissjoni ssostni li dan l-aggravju huwa inammissibbli. Dan huwa minħabba li RF tirreferi għad-drittijiet stabbiliti fil-KEDB u mhux fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>) u minħabba li l-argumenti ta’ RF ma humiex ċari. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni tqis li dan l-aggravju tal-appell huwa infondat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85.</NO.P><TXT>L-appellanti ċċarat fil-kontroreplika tagħha li dan l-aggravju jallega l-ksur tal-preambolu kif ukoll tal-Artikoli 20, 21 u 47 tal-Karta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86.</NO.P><TXT>Madankollu, dan ma huwiex biżżejjed. Appell għandu jindika b’mod preċiż l-elementi kkontestati tas-sentenza li qiegħed jintalab l-annullament tagħha kif ukoll l-argumenti legali li jsostnu b’mod speċifiku dan l-appell<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0046"><P>Ara <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT> s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180920">20 ta’ Settembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Agria Polska <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑373/17 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:756">EU:C:2018:756</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87.</NO.P><TXT>Jiena ninterpreta dan l-aggravju bħala li prinċipalment jallega li l-qari tal-Qorti Ġenerali tal-Artikolu 45 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jiddiskrimina kontra parti bħal RF, parti li ma hijiex stabbilita fil-viċinanzi tal-Qrati tal-Unjoni. Dan huwa minħabba li, skont id-digriet appellat, parti li tixtieq tuża l-għażla stabbilita fl-Artikolu 73(3) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, jiġifieri, li tagħmel użu kkombinat ta’ faks u posta biex tikkomunika atti proċedurali lill-Qorti Ġenerali, ma tistax tibbaża ruħha fuq dewmien anormali fil-kunsinna postali sabiex tiġġustifika nuqqas ta’ osservanza tat-terminu previst. Għalhekk, sabiex tkun ċerta li tevita dekadenza, RF ma tistax tuża l-għażla prevista fl-Artikolu 73(3) tar-Regoli tal-Proċedura. Minflok, hija għandha tibgħat ir-rikors bil-posta sew qabel id-data tal-iskadenza tat-terminu previst ta’ xahrejn (b’żieda mal-estensjoni ta’ għaxart ijiem prevista fl-Artikolu 60 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali minħabba d-distanza).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88.</NO.P><TXT>Nissimpatizza xi ftit mal-argument ta’ RF. Madankollu, ma nistax ninjora l-fatt li dan l-aggravju ma huwiex suffiċjentement żviluppat fir-rikors u huwa espress f’termini ġenerali mingħajr ma jistabbilixxi b’mod koerenti l-argumenti legali li jikkostitwixxu l-bażi għat-talbiet imressqa. B’mod iktar sempliċi, l-argumenti ma għandhom ebda rigorożità.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89.</NO.P><TXT>Peress li ma huwiex f’idejn il-Qorti tal-Ġustizzja li tiżviluppa jew tissupplimenta l-argumenti tal-appellanti sabiex it-teħid ta’ deċiżjoni fuq il-mertu jkun possibbli, nissuġġerixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja tiddikjara dan l-aggravju bħala inammissibbli. B’mod partikolari, RF naqset milli tidentifika paragun legalment rilevanti fir-rigward tad-diskriminazzjoni allegatament inerenti fid-digriet appellat, u milli tispjega għalfejn dan l-appell seta’ jiġi interpretat fis-sens li jinvolvi ksur tad-dritt tal-aċċess għal qrati fis-sens tal-Artikolu 47 tal-Karta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-raba’ aggravju tal-appell għandu jiġi miċħud bħala inammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-konsegwenzi tal-evalwazzjoni</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91.</NO.P><TXT>Ikkonkludejt li l-Qorti Ġenerali applikat ħażin il-kriterji fil-konstatazzjoni li l-eżistenza ta’ każ fortuwitu jew ta’ forza maġġuri fis-sens tal-Artikolu 45 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ma ġietx stabbilita. Madankollu, għar-raġunijiet spjegati iktar ’il fuq, jien tal-opinjoni li l-iżball ta’ liġi ma jwassalx għall-annullament tad-digriet appellat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92.</NO.P><TXT>Għalhekk, l-appell għandu jiġi miċħud fl-intier tiegħu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 138(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ġew mitluba mill-parti li tirbaħ il-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94.</NO.P><TXT>Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja taqbel mal-evalwazzjoni tiegħi tal-appell, u sussegwentement, f’konformità mal-Artikoli 137, 138 u 184 tar-Regoli tal-Proċedura, RF għandha tbati l-ispejjeż ta’ din il-kawża, kemm fl-ewwel istanza, kif ukoll fl-appell.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">VI.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad l-appell;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lil RF għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>