2016R0900 — MT — 09.06.2016 — 000.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/900

tat-8 ta' Ġunju 2016

dwar l-awtorizzazzjoni tal-aċidu benżojku bħala addittiv tal-għalf għall-ħnieżer femminili (detentur tal-awtorizzazzjoni DSM Nutritional ►C1  Products Ltd. ◄ )

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 152 9.6.2016, p. 18)


Ikkoreġut b'

►C1

Rettifika, ĠU L 303, 10.11.2016, p.  26 (2016/900)




▼B

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/900

tat-8 ta' Ġunju 2016

dwar l-awtorizzazzjoni tal-aċidu benżojku bħala addittiv tal-għalf għall-ħnieżer femminili (detentur tal-awtorizzazzjoni DSM Nutritional ►C1  Products Ltd. ◄ )

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

L-addittiv speċifikat fl-Anness, li jappartjeni għall-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u għall-grupp funzjonali “addittivi żootekniċi oħra”, huwa awtorizzat bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS



Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni

mg/kg tal-għalf komplet b'kontenut ta' umdità ta' 12 %

Kategorija tal-addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: addittivi żootekniċi oħra (tnaqqis tal-pH urinarju).

4d210

DSM Nutritional Products ►C1  Ltd. ◄

Aċidu benżojku

Kompożizzjoni tal-addittivAċidu benżojku (≥ 99,9 %)Karatterizzazzjoni tas-sustanza attivaAċidu benżenkarbossiliku, aċidu fenilkarbossiliku, aċidu,C7H6O2numru CAS 65-85-0Livell massimu tal-impuritajiet:
Aċidu ftaliku: ≤ 100 mg/kg
Bifenil: ≤ 100 mg/kg Metodu analitiku (1)Għall-kwantifikazzjoni tal-aċidu benżojku fl-addittiv tal-għalf:
— titrazzjoni bl-idrossidu tas-sodju (European Pharmacopeia monograph 0066). Għall-kwantifikazzjoni tal-aċidu benzojku fit-taħlitiet lesti minn qabel u fl-għalf tal-annimali:
— kromatografija b'fażi likwida f'fażi inversa bil-metodu tad-detezzjoni UV (RP-HPLC/UV) — ibbażat fuq ISO9231:2008.

Ħnieżer femminili

—

5 000

10 000

1.  Fid-direzzjonijiet għall-użu tal-għalf komplementari għandhom jiġu indikati dawn li ġejjin:

“L-għalf komplementari li jkun fih l-aċidu benżojku ma għandux jintema lill-ħnieżer femminili nfushom. L-għalf komplementari għall-ħnieżer femminili għandu jitħallat sew ma materjali tal-għalf oħra fid-dieta ta' kuljum”.

2.  Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel f'negozju tal-għalf, għandhom jiġu stabbiliti l-proċeduri operattivi u l-miżuri organizzattivi adegwati biex jindirizzaw il-perikli minn inalazzjoni, jew b'kuntatt mal-ġilda jew mal-għajnejn. Fejn l-esponiment mill-ġilda, minn inalazzjoni jew mill-għajnejn, ma jistax jitnaqqas għal livell aċċettabbli b'dawn il-proċeduri u l-miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel, għandhom jiġu użati b'tagħmir protettiv personali adatt.

Id-29 ta' Ġunju 2026

(1)   Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports