|
26.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 388/15 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9161 — Brookfield/M Finance Capital/ECLA Paris Massy-Palaiseau Companies)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 388/14)
1.
Fid-19 ta’ Ottubru 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Brookfield Asset Management Inc. (“Brookfield”, il-Kanada) |
|
— |
M Finance Capital SAS (Franza) |
|
— |
ECLA Paris Massy-Palaiseau Companies (Franza). |
Brookfield takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani ta’ M Finance Capital SAS u ECLA Paris Massy-Palaiseau kollha kemm huma.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— Brookfield: ġestjoni tal-assi madwar id-dinja b’enfasi fuq il-proprjetà, l-enerġija rinnovabbli, l-infrastruttura u l-ekwità privata,
— M Finance Capital SAS: attiva fl-iżvilupp tal-proprjetà immobbli, ġestjoni ta’ residenzi għall-istudenti u ġestjoni ta’ apartment-hotels fi Franza u l-Belġju,
— ECLA Paris Massy-Palaiseau Companies: is-sid ta’ residenza waħda li tinsab fi Franza u l-għoti lil sottokuntrattur it-tħaddim ta’ din il-proprjetà.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9161 — Brookfield/M Finance Capital/ECLA Paris Massy-Palaiseau Companies
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks: +32 22964301 |
|
Indirizz tal-posta: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).