18.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 314/11


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9535 — JERA/Macquarie/Swancor/Formosa 2)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 314/08)

1.   

Fis-6 ta' Settembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

JERA Formosa 2 B.V (“JERA”, in-Netherlands), ikkontrollata minn JERA Co., Inc.,

—

Macquarie Corporate Holdings Pty Limited (“Macquarie”, l-Awstralja),

—

Swancor Renewable Energy Co., Ltd. (“Swancor”, it-Tajwan),

—

Formosa 2 International Investment Co., Ltd. (“Formosa 2”, it-Tajwan).

JERA, Macquarie u Swancor jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tat-totalità ta' Formosa 2.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta' xiri ta' ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal JERA: JERA hija entità bi skop speċjali, ikkontrollata minn JERA Co., Inc. Din tal-aħħar hija proprjetà konġunta ta' żewġ kumpaniji tal-utilitajiet Ġappuniżi, TEPCO Fuel & Power, Inc., li hija 100 % sussidjarja ta' Tokyo Electric Power Company Holdings, Inc., u Chubu Electric Power Co., Inc.,

—   għal Macquarie: firxa wiesgħa ta' negozji, inkluż l-investiment f'diversi setturi fosthom ir-riżorsi u l-komoditajiet, l-enerġija, l-istituzzjonijiet finanzjarji, l-infrastruttura u l-proprjetà immobbli,

—   għal Swancor: żviluppatur ibbażat fit-Tajwan u operatur ta' parks eoliċi fuq il-baħar, li jipprovdi servizzi ta' inġinerija, ta' akkwist, ta' permessi, ta' ġestjoni tal-assi u ta' servizzi ta' operat u ta' manutenzjoni f'impjanti ta' parks eoliċi fuq il-baħar fit-Tajwan,

—   għal Formosa 2: il-kostruzzjoni u t-tħaddim tal-park eoliku Formosa 2 li jinsab 'il barra mill-kosta tal-Kontea Miaoli, fil-Majjistral tat-Tajwan.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9535 — JERA/Macquarie/Swancor/Formosa 2

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta' kuntatt ta' hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.