<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.00-20081231.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2007MTA.0700579501.case.xml"><NO.CASE>C-321/05</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62005J0321</NO.CELEX><NO.SEQ>0003.0002</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>5818</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>5834</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>17</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20070705">5.7.2007</DATE> — KAWŻA C-321/05</LEFT><RIGHT>KOFOED</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20070705">5 ta' Lulju 2007</DATE><NOTE NOTE.ID="E0001" NUMBERING="STAR"><P>Lingwa tal-kawża: id-Daniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-kawża C-321/05,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skond l-Artikolu 234 KE, imressqa mill-0stre Landsret (id-Danimarka), permezz ta' deċiżjoni tat-<DATE ISO="20040803">3 ta Awwissu 2004</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20050823">23 ta' Awwissu 2005</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P>Hans Markus Kofoed,</P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P>Skatteministeriet,</P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn P. Jann (Relatur), President ta' l-Awla, A. Tizzano, A. Borg Barthet, M. Ilešič, E. Levits, Imħallfin,</P><?PAGE NO="I-5819"?><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott,</P><P>Reġistratur: H. von Holstein, Assistent Reġistratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20070118">18 ta' Jannar 2007</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li rat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Hans Markus Kofoed, minn L. Melchior Kjeldsen, advokat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Daniż, minn J. Molde, bħala aġent, assistit minn K. Lundgaard Hansen, advokat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq, minn C. Gibbs, bħala aġent, assistita minn J. Stratford, barrister,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, minn H. St0vlbaek u R. Lyal, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet ta' l-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20070208">8 ta Frar 2007</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="I-5820"?><PREAMBLE.FINAL><P>tagħti l-preżenti</P></PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni ta' l-Artikoli 2(d), 8 u 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/434/KEE tat-<DATE ISO="19900723">23 ta' Lulju 1990</DATE> dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika għall-inkorporazzjonijiet, id-diviżjonijiet, it-trasferimenti ta' l-attivi u l-iskambji ta' l-ishma li jirrigwardaw il-kumpanniji ta' Stati Membri differenti (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="225" DATE.PUB="1990" PAGE.FIRST="1">ĠU L 225, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta' kawża bejn is-Sur Kofoed u s-Skatteministeriet (il-Ministeru tat-taxxa u tas-sisa), dwar l-issuġġettar għat-taxxa fuq id-dħul ta' skambju ta' ishma.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Il-leġiżlazzjoni Komunitarja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Id-Direttiva 90/434 għandha bħala għan, skond l-ewwel premessa tagħha, li jiġi ggarantit li l-operazzjonijiet ta' ristrutturazzjoni ta' kumpanniji ta' Stati Membri differenti, bħall-inkorporazzjonijiet, id-diviżjonijiet, it-trasferimenti ta' l-attiv u l-iskambji ta' l-ishma, ma jiġux imfixkla minn restrizzjonijiet, żvantaġġi jew tagħwiġ li jinħolqu b'mod partikolari mid-dispożizzjonijiet fiskali ta' l-Istati Membri.</TXT></NP><?PAGE NO="I-5821"?><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Għal dan il-għan, l-imsemmija Direttiva tistabbilixxi sistema li permezz tagħha l-imsemmija operazzjonijiet ma jistgħux, minnhom infushom, jiġu intaxxati. Qligħ kapitali eventwali relativ għal dawn l-operazzjonijiet jista' bħala regola, jiġi intaxxat, iżda biss meta dan il-qligħ jinkiseb effettivament.</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(d) tad-Direttiva 90/434 jiddefinixxi l-<QUOT.START ID="QS0001" REF.END="QE0001" CODE="201C"/>[i]skambju ta' ishma<QUOT.END ID="QE0001" REF.START="QS0001" CODE="201D"/> bħala <QUOT.START ID="QS0002" REF.END="QE0002" CODE="201C"/>ħidma [operazzjoni] li biha kumpannija tikseb sehem/ishma fil-kapital ta' kumpannija oħra hekk li tikseb il-maġġoranza tad-drittijiet tal-voti f'din il-kumpannija bi skambju għall-ħruġ lil dawk li jkollhom l-ishma fil-kumpannija ta' l-aħħar, bi skambju tat-titoli tagħhom, [ta] titoli li jirrappreżentaw il-kapital tal-kumpannija ta' qabel, u, jekk japplika, il-ħlas fi flus korrenti [kontanti] li ma jaqbiżx il-10% tal-valur nominali jew, fin-nuqqas ta' valur nominali, il-valur par [lira blira] tal-kontijiet tat-titoli maħruġa bi skambju<QUOT.END ID="QE0002" REF.START="QS0002" CODE="201D"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Skond l-Artikolu 2(g) u (h) tad-Direttiva 90/434, <QUOT.START ID="QS0003" REF.END="QE0003" CODE="201C"/><QUOT.START ID="QS0004" REF.END="QE0004" CODE="2018"/>kumpannija miksuba<QUOT.END ID="QE0004" REF.START="QS0004" CODE="2019"/> għandha tfisser il-kumpannija li fiha jiġi miksub sehem minn kumpannija oħra permezz ta skambju tat-titoli<QUOT.END ID="QE0003" REF.START="QS0003" CODE="201D"/> u <QUOT.START ID="QS0005" REF.END="QE0005" CODE="201C"/><QUOT.START ID="QS0006" REF.END="QE0006" CODE="2018"/>kumpannija li tikseb<QUOT.END ID="QE0006" REF.START="QS0006" CODE="2019"/> għandha tfisser il-kumpannija li takkwista sehem permezz ta' l-iskambju tat-titoli<QUOT.END ID="QE0005" REF.START="QS0005" CODE="201D"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 8(1) u (4) ta' l-imsemmija Direttiva jistipula dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0007" REF.END="QE0007" CODE="201C"/>1.</NO.P><TXT>Mal-waqt ta' inkorporazzjoni, diviżjoni jew skambju ta' l-ishma, l-allokazzjoni tat-titoli li jirrappreżentaw il-kapital tal-kumpannija riċevitur jew ta' dik tal-kisba lil azzjonist tal-kumpannija trasferitur jew ta' dik li tikseb [miksuba] bi skambju għat-titoli li jirrappreżentaw il-kapital tal-kumpannija ta' l-aħħar ma għandhom, minnhom infushom, joħolqu l-ebda tassazzjoni fuq id-dħul, il-profitti jew il-profitti kapitali ta' dan l-azzjonist.</TXT></NP><P>[...]</P><?PAGE NO="I-5822"?><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Il-paragrafi 1, 2 u 3 ma għandhomx jipprevjienu Stat Membru milli jqis, meta jintaxxa l-azzjonisti, kull ħlas fil-flus korrenti [kontanti] li jista' jintgħamel fuq l-inkorporazzjoni, id-diviżjoni jew l-iskambju.<QUOT.END ID="QE0007" REF.START="QS0007" CODE="201D"/></TXT></NP></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu ll(l)(a) tad-Direttiva 90/434 jipprovdi li <QUOT.START ID="QS0008" REF.END="QE0008" CODE="201C"/>Stat Membru jista jirrifjuta li japplika jew [...] jirtira l-benefiċċju tad-dispożizzjonijiet fl-intier tagħhom jew f parti minnhom tat-Titoli II, III u IV meta jidher li [...] l-iskambju ta' ishma ikollu bħala l-għan immedjat tiegħu jew bħala wieħed mill-għanijiet immedjati prinċipali tiegħu l-evażjoni tat-taxxa jew il-ħarbien minnha [...].<QUOT.END ID="QE0008" REF.START="QS0008" CODE="201D"/></TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Il-leġiżlazzjoni nazzjonali</P></TI></TITLE><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Fil-liġi Daniża, it-trattament fiskali ta' l-iskambji ta' ishma huwa rregolat, minn naħa, mil-liġi dwar it-taxxa fuq il-qligħ kapitali miċ-ċessjoni ta' l-ishma (aktieavancebeskatningsloven), tal-<DATE ISO="19930915">15 ta' Settembru 1993</DATE> <HT TYPE="ITALIC">(Lovtidende</HT> 1993, p. 4171, iktar 'il quddiem l-<QUOT.START ID="QS0009" REF.END="QE0009" CODE="201C"/>aktieavancebeskatningsloven<QUOT.END ID="QE0009" REF.START="QS0009" CODE="201D"/>), u, min-naħa l-oħra, mil-liġi dwar it-taxxa fuq l-inkorporazzjonijiet (fusionsskatteloven), tas-<DATE ISO="19920827">27 ta' Awwissu 1992</DATE> <HT TYPE="ITALIC">(Lovtidende</HT> 1992, p. 3374, iktar 'il quddiem il-<QUOT.START ID="QS0010" REF.END="QE0010" CODE="201C"/>fusionsskatteloven<QUOT.END ID="QE0010" REF.START="QS0010" CODE="201D"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 13 ta' l-aktieavancebeskatningsloven jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0011" REF.END="QE0011" CODE="201C"/>1.</NO.P><TXT>Fil-każ ta' skambju ta' ishma, l-azzjonisti tal-kumpannija miksuba jistgħu jitolbu li jiġu ntaxxati skond l-Artikoli 9 u 11 tal-liġi dwar it-taxxa fuq l-inkorporazzjonijiet, jekk kemm il-kumpannija li tikseb kif ukoll il-kumpannija miksuba jaqgħu taħt il-kunċett ta' <QUOT.START ID="QS0012" REF.END="QE0012" CODE="201C"/>kumpannija minn Stat Membru<QUOT.END ID="QE0012" REF.START="QS0012" CODE="201D"/> skond l-Artikolu 3 tad-Direttiva 90/434/KEE. F'dak il-każ bħala data ta' l-inkorporazzjoni tiġi kkunsidrata d-data ta' l-iskambju ta' l-ishma. Għal dan l-iskop huwa meħtieġ li l-iskambju ta' l-ishma jintemm mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-jum ta' l-ewwel skambju.</TXT></NP><?PAGE NO="I-5823"?><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Skambju ta' ishma skond il-paragrafu 1 preċedenti, ifisser l-operazzjoni li biha kumpannija tikseb ishma fil-kapital ta' kumpannija oħra u bħala riżultat tikseb maġġoranza tad-drittijiet tal-vot f'dik il-kumpannija miksuba billi lill-azzjonisti ta' din ta' l-aħħar, għall-ishma tagħhom, jingħatawlhom ishma fil-kapital tal-kumpannija li tikseb u eventwalment ħlas fi flus kontanti li ma jaqbiżx l-10% tal-valur nominali jew, fin-nuqqas tal-valur nominali, tal-valur lira blira tal-kontijiet tattitoli maħruġa bi skambju.</TXT></NP><P>[...]<QUOT.END ID="QE0011" REF.START="QS0011" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 9 tal-fusionsskatteloven, li għalih jirreferi l-Artikolu 13(1) ta' laktieavancebeskatningsloven, jistipula dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0013" REF.END="QE0013" CODE="201C"/>1.</NO.P><TXT>L-ishma tal-kumpannija miksuba għandhom jiġu kkunsidrati mibjugħin millazzjonist lil terz meta l-korrispettiv għat-trasferiment jingħata f'forma differenti mill-għoti ta' ishma tal-kumpannija li tikseb. [...]</TXT></NP><P>[...]<QUOT.END ID="QE0013" REF.START="QS0013" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 11 ta' din l-istess liġi jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0014" REF.END="QE0014" CODE="201C"/>1.</NO.P><TXT>L-ishma tal-kumpannija li tikseb, li l-azzjonisti jirċievu bħala korrispettiv għall-ishma tal-kumpannija miksuba, għandhom jiġu kkunsidrati, meta jiġi kkalkulat id-<?PAGE NO="I-5824"?>dħul taxxabbli, ġenerali jew speċjali, daqslikieku ġew akkwistati fl-istess data u blistess prezz ta' l-ishma li għalihom ġew skambjati. [...]</TXT></NP><P>[...]<QUOT.END ID="QE0014" REF.START="QS0014" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Mhuwiex ikkontestat li fiż-żmien meta seħħew il-fatti tal-kawża prinċipali, il-liġi Daniża ma kienet tinkludi ebda dispożizzjoni speċifika li ttrasponiet l-Artikolu 11 tad-Direttiva 90/434.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</P></TI></TITLE><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Is-Sinjuri Kofoed u Tofi: kellhom 50% kull wieħed ta' l-ishma ta' Cosmopolit Holding ApS (iktar 'il quddiem <QUOT.START ID="QS0015" REF.END="QE0015" CODE="201C"/>Cosmopolit<QUOT.END ID="QE0015" REF.START="QS0015" CODE="201D"/>), kumpannija b'responsabbiltà limitata stabbilita skond id-dritt Daniż, b'kapital ta' DKK <FT TYPE="NUMBER">240000</FT>.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="19931026">26 ta' Ottubru 1993</DATE>, it-tnejn li huma akkwistaw sehem kull wieħed miż-żewġ ishma, li kienu jiswew IEP 1, u li kienu jiffurmaw il-kapital tal-kumpannija b'responsabbiltà limitata stabbilita skond id-dritt Irlandiż, Dooralong Ltd (iktar 'il quddiem <QUOT.START ID="QS0016" REF.END="QE0016" CODE="201C"/>Dooralong<QUOT.END ID="QE0016" REF.START="QS0016" CODE="201D"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Dooralong imbagħad żiedet il-kapital tagħha billi ħarġet <FT TYPE="NUMBER">21000</FT> sehem ġdid li kienu jiswew IEP 1.</TXT></NP><?PAGE NO="I-5825"?><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="19931029">29 ta' Ottubru 1993</DATE>, Is-Sinjuri Kofoed u Toft skambjaw l-ishma kollha li kellhom f'Cosmopolit ma l-ishma l-ġodda kollha f'Dooralong. Għalhekk, wara li sar dan l-iskambju, kellhom <FT TYPE="NUMBER">10501</FT> sehem kull wieħed f'Dooralong. Min-naħa tagħha, Dooralong kellha l-kapital kollu tal-kumpannija Cosmopolit.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>FM ta' Novembru 1993, Dooralong kisbet dividend ta' IEP <FT TYPE="NUMBER">2742616</FT> (madwar DKK <FT TYPE="NUMBER">26000000</FT>), imħallas mill-kumpannija sussidjarja tagħha Cosmopolit li kienet għadha kemm xtrat. Il-kapital ta' Cosmopolit b'hekk naqas għal DKK <FT TYPE="NUMBER">1709806</FT>.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="19931103">3 ta' Novembru 1993</DATE>, il-laqgħa ġenerali ta' Dooralong iddeċidiet li tqassam dividend f'ammont ta' IEP <FT TYPE="NUMBER">2742116</FT> liż-żewġ azzjonisti, is-Sinjuri Kofoed u Toft.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Għal dak li jikkonċerna t-taxxa fuq id-dħul tas-Sur Kofoed għas-sena 1993, huwa indika fid-dikjarazzjoni tad-dħul tiegħu li l-iskambju ta' ishma f'Cosmopolit ma' ishma ġodda f'Dooralong kellu jiġi eżentat mit-taxxa. L-awtorità tax-taxxa Daniża rrifjutat din id-dikjarazzjoni, billi kkunsidrat li t-tqassim ta' dividend kellu jiġi kkunsidrat bħala li kien jagħmel parti mill-operazzjoni ta' skambju ta' ishma, b'mod li l-limitu massimu ta' 10 % tal-valur nominali ta' l-ishma skambjati, stabbilit mid-Direttiva 90/434 għal eventwali ħlas fi flus kontanti, kien inqabeż. Għaldaqstant, skond din l-awtorità, l-imsemmi skambju ta' ishma ma setax jibbenefika mill-eżenzjoni skond din id-Direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Is-Sur Kofoed għalhekk ikkontesta, quddiem il-Landskatteretten, id-deċiżjoni ta' l-awtorità tat-taxxa li kienet tal-fehma li l-iskambju ta' ishma in kwistjoni ma setax jiġi eżentat skond id-Direttiva 90/434. Peress li din id-deċiżjoni ma ġietx revokata, is-Sur Kofoed appella quddiem l-Østre Landsret.</TXT></NP><?PAGE NO="I-5826"?><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>F'dawn iċ-ċirkustanzi, l-0stre Landsret iddeċidiet li tissospendi l-proċedimenti u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja s-segwenti d-domanda għal deċiżjoni preliminari:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0017" REF.END="QE0017" CODE="201C"/>L-Artikolu 2(d) tad-Direttiva 90/434 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jkun hemm ebda skambju ta' ishma, skond din id-Direttiva, jekk il-partijiet fl-operazzjoni ta' skambju, fl-istess waqt tal-ftehim fuq l-iskambju, ikunu wrew, anki mingħajr ma jkunu ntrabtu legalment, l-intenzjoni komuni li jiddeċiedu, fl-ewwel laqgħa ġenerali tal-kumpannija li tikseb li sseħħ wara l-iskambju, li jiġu ddistribwiti profitti ta' aktar minn 10 % tal-valur nominali tat-titoli ttrasferiti permezz ta' dak l-iskambju, u dawn il-profitti jiġu mbagħad fil-fatt imqassmin ukoll?<QUOT.END ID="QE0017" REF.START="QS0017" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq id-domanda preliminari</P></TI></TITLE><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi essenzjalment jekk, fċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 90/434 jipprekludix li skambju ta' ishma, bħal dak in kwistjoni, jiġi intaxxat</TXT><P>F'dan il-kuntest, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, fl-ewwel lok, jekk skambju ta' ishma bħal dan jikkostitwixxix <QUOT.START ID="QS0018" REF.END="QE0018" CODE="201C"/>skambju ta' ishma<QUOT.END ID="QE0018" REF.START="QS0018" CODE="201D"/> fis-sens ta' l-Artikolu 2(d) ta' din id-Direttiva u, b'mod partikolari, jekk dividend, bħal dak li tqassam, għandux jiġi inkluż filkalkolu ta' <QUOT.START ID="QS0019" REF.END="QE0019" CODE="201C"/>ħlas fi flus [kontanti]<QUOT.END ID="QE0019" REF.START="QS0019" CODE="201D"/> previst f'dan l-Artikolu jew le.</P><P>Fit-tieni lok, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-awtorità tat-taxxa setgħetx taġixxi kontra eventwali abbuż tal-liġi, minkejja li l-leġiżlatur nazzjonali ma adottax miżuri speċifiċi biex jittrasponi l-Artikolu 11 tad-Direttiva 90/434.</P></NP><?PAGE NO="I-5827"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Fuq il-kwalifika bhala <QUOT.START ID="QS0020" REF.END="QE0020" CODE="201C"/>skambju ta' ishma<QUOT.END ID="QE0020" REF.START="QS0020" CODE="201D"/> skond id-Direttiva 90/434</P></TI></TITLE><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>B'mod preliminari, għandu jiġi mfakkar li l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 90/434 jipprojbixxi l-intaxxar, fir-rigward ta' l-azzjonisti tal-kumpannija miksuba, ta' lallokazzjoni ta' titoli meta jsir skambju ta' ishma.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Skond id-definizzjoni mogħtija fl-Artikolu 2(d) ta' din id-Direttiva, <QUOT.START ID="QS0021" REF.END="QE0021" CODE="201C"/>skambju ta' ishma<QUOT.END ID="QE0021" REF.START="QS0021" CODE="201D"/> tfisser operazzjoni li biha kumpannija tikseb sehem/ishma fil-kapital ta kumpannija oħra hekk li tikseb il-maġġoranza tad-drittijiet tal-voti f'din il-kumpannija bi skambju għall-ħruġ lil dawk li jkollhom l-ishma fil-kumpannija ta' l-aħħar, bi skambju tat-titoli tagħhom, ta' titoli li jirrappreżentaw il-kapital tal-kumpannija ta' qabel, u, jekk japplika, il-ħlas fi flus kontanti li ma jaqbiżx il-10 % tal-valur nominali jew, fin-nuqqas ta' valur nominali, il-valur lira blira tal-kontijiet tat-titoli maħruġa bi skambju.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Fil-kawa prinċipali, huwa paċifiku li l-iskambju ta' ishma in kwistjoni seħħ filkuntest ta' operazzjoni ta' akkwiżizzjoni fis-sens ta' din l-aħħar imsemmija dispożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Madankollu, il-partijiet ma jaqblux dwar il-kwistjoni jekk id-dividend imqassam minn Dooralong lis-Sinjuri Kofoed u Toft, ftit żmien wara dan l-iskambju ta' ishma, għandux jiġi kkunsidrat bħala li jagħmel parti minn din l-operazzjoni ta' akkwiżizzjoni jew le. F'każ ta' risposta affermattiva, il-limitu ta' 10 % stabbilit mill-Artikolu 2(d) tad-Direttiva 90/434 għal <QUOT.START ID="QS0022" REF.END="QE0022" CODE="201C"/>ħlas fi flus [kontanti]<QUOT.END ID="QE0022" REF.START="QS0022" CODE="201D"/> ikun inqabeż u b'hekk din l-operazzjoni tkun trid tiġi intaxxata.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>F'dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat, kif irrilevat l-Avukat Ġenerali fil-punti 44 sa 47 u 52 u 53 tal-konklużjonijiet tagħha, li l-kunċett ta' <QUOT.START ID="QS0023" REF.END="QE0023" CODE="201C"/>ħlas fi flus [kontanti]<QUOT.END ID="QE0023" REF.START="QS0023" CODE="201D"/> skond l-Artikolu 2(d) tad-Direttiva 90/434 ikopri l-ħlas ta' flus li jikkostitwixxi korrispettiv<?PAGE NO="I-5828"?> veru u proprju għall-operazzjoni ta' akkwiżizzjoni, jiġifieri l-ħlas miftiehem b'mod vinkolanti bħala ħlas addizzjonali għall-allokazzjoni ta' titoli li jirrappreżentaw ilkapital tal-kumpannija li tikseb, u dan indipendentement mill-motivi possibbli għalfejn saret l-operazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Fil-fatt, jirriżulta mill-istruttura u l-kliem tad-Direttiva 90/434 li l-<QUOT.START ID="QS0024" REF.END="QE0024" CODE="201C"/>ħlas fi flus [kontanti]<QUOT.END ID="QE0024" REF.START="QS0024" CODE="201D"/> u l-operazzjoni ta' akkwiżizzjoni jagħmlu parti mill-istess tranżazzjoni. Fil-fatt, il-ħlas huwa parti intergrali tal-korrispettiv li l-kumpannija li tikseb tħallas lill-azzjonisti tal-kumpannija miksuba sabiex tikseb l-ishma ta' maġġoranza f'din il-kumpannija msemmija l-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Bl-istess mod, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kellha l-okkażjoni tippreċiża li jirriżulta mill-Artikolu 2(d), kif ukoll mill-isturttura ġenerali tad-Direttiva 90/434 li s-sistema ta' tassazzjoni komuni li hija tistabbilixxi, li tinkludi diversi vantaġġi fiskali, tapplika indipendentement għall-operazzjonijiet kollha ta' inkorporazzjoni, diviżjoni, trasferiment ta' attiv u skambju ta' ishma, mingħajr ma jingħata kas tal-motivi għalfejn ikun saru, kemm jekk finanzjarji, kummerċjali jew purament fiskali (ara s-sentenza tas-<DATE ISO="19970717">17 ta' Lulju 1997</DATE>, Leur-Bloem, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-28/95" YEAR="1997" PAGE.ECR="I-4161">C-28/95, Ġabra p. I-4161, punt 36</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>B'hekk, ħlas ta' flus magħmul minn kumpannija li tikseb lill-azzjonisti tal-kumpannija miksuba ma jistax jiġi kkunsidrat bħala <QUOT.START ID="QS0025" REF.END="QE0025" CODE="201C"/>ħlas fi flus [kontanti]<QUOT.END ID="QE0025" REF.START="QS0025" CODE="201D"/>, skond l-Artikolu 2(d) tad-Direttiva 90/434, minħabba s-sempiċi fatt li hemm xi konnessjoni temporali jew xi konnessjoni oħra ma l-operazzjoni ta' akkwiżizzjoni, jew eventwali motivazzjoni frodulenti. Għall-kuntrarju, huwa neċessarju li jiġi werifikat f'kull każ, fid-dawl taċ-ċirkustanzi kollha, jekk il-ħlas in kwistjoni għandux il-karatteristiċi ta' korrispettiv vinkolanti għall-operazzjoni ta' akkwiżizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni hija msaħħa mill-għan tad-Direttiva 90/434, li huwa li jiġu eliminati l-ostakoli fiskali għar-ristrutturazzjonijiet ta' kumpanniji bejn il-fruntieri, minn naħa, billi jiġi assigurat li eventwali żidiet fil-valur ta' l-ishma ma jiġux<?PAGE NO="I-5829"?> intaxxati qabel ma jseħħu effettivament u, min-naħa l-oħra, billi jiġi evitat li loperazzjonijiet li jinvolvu qligħ kapitali kbir ħafna miksub permezz ta' skambju ta ishma jiġu eżentati mit-taxxa sempliċiment għaliex jiffurmaw parti minn ristrutturazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Fil-kawża prinċipali, għandu jiġi kkonstatat li ma jeżisti ebda indizju fil-proċess li jindika li d-dividend in kwistjoni jagħmel parti intergrali mill-korrispettiv li għandu jitħallas minn Dooralong għall-akkwist ta' Cosmopolit, li jikkostitwixxi l-premessa biex ikun jista' jiġi kkunsiudrat bħala <QUOT.START ID="QS0026" REF.END="QE0026" CODE="201C"/>ħlas fi flus [kontanti]<QUOT.END ID="QE0026" REF.START="QS0026" CODE="201D"/> skond l-Artikolu 2(d) tad-Direttiva 90/434. Għall-kuntrarju, skond il-qorti tar-rinviju, huwa paċifiku li febda mument ma kien hemm ftehim bejn is-Sinjuri Kofoed u Toft u Dooralong li rabat lil din ta' l-aħħar tqassam dan id-dividend.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>F'dawn iċ-ċirkustanzi, id-dividend in kwistjoni fil-kawża prinċipali ma jistax jiġi inkluż fil-kalkolu tal-<QUOT.START ID="QS0027" REF.END="QE0027" CODE="201C"/>ħlas fi flus [kontanti]<QUOT.END ID="QE0027" REF.START="QS0027" CODE="201D"/> previst fl-Artikolu 2(d) tad-Direttiva 90/434.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-iskambju ta' ishma in kwistjoni jaqa' taħt l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 90/434, li jimplika li, bħala regola, l-intaxxar tiegħu huwa pprojbit</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Madankollu, peress li l-qorti tar-rinviju u l-Gvern Daniż enfasizzaw ripetutament li l-iskambju ta' ishma in kwistjoni fil-kawża prinċipali sar mingħajr ebda raġuni kummerċjali u biss sabiex tiġi ffrankata t-taxxa, għandu issa jiġi eżaminat jekk japplikax l-Artikolu 8(1), f'każ ta' eventwali abbuż tal-liġi.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-5830"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Fuq il-possibbiltà li jittiehed in kunsiderazzjoni eventwali abbuż tal-liġi</P></TI></TITLE><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Skond l-Artikolu ll(l)(a) tad-Direttiva 90/434 l-Istati Membri jistgħu jirrifjutaw li japplikaw, b'mod eċċezzjonali u f'każijiet partikolari, id-dispożizzjonijiet kollha tad-Direttiva jew parti minnhom jew jirtiraw il-benefiċċju tagħhom meta jidher li l-operazzjoni ta' skambju ta' ishma jkollha, b'mod partikolari, bħala l-għan immedjat tagħha jew bħala wieħed mill-għanijiet prinċipali tagħha l-evażjoni tat-taxxa jew ilfrodi. Din l-istess dispożizzjoni tispeċifika, barra minn hekk, li l-fatt li l-operazzjoni ma tkunx saret għal raġunijiet kummerċjali validi, bħar-ristrutturazzjoni jew irrazzjonalizzazzjoni ta' l-attivitajiet tal-kumpanniji li jipparteċipaw fl-operazzjoni, jista' jikkostitwixxi preżunzjoni li din l-operazzjoni għandha għan ta' dan it-tip (ara, f'dan is-sens, is-sentenza Leur-Bloem, iċċitata iktar 'il fuq, punti 38 u 39).</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>B'hekk, l-Artikolu ll(l)(a) tad-Direttiva 90/434 jirriffletti l-prinċipju ġenerali Komunitarju li l-abbuż tal-liġi huwa pprojbit Il-partijiet ma jistgħux japproffitaw ruħhom mir-regoli tad-dritt Komunitarju b'mod frodulenti jew abbużiv. Lapplikazzjoni tal-liġijiet Komunitarji ma tistax tiġi estiża sabiex tkopri l-prattiċi abużivi, jiġifieri operazzjonijiet li jsiru mhux fil-kuntest ta' tranżazzjonijiet kummerċjali normali, iżda biss bl-intenzjoni li, b'mod abbużiv, jinkiseb benefiċċju mill-vantaġġi previsti mid-dritt Komunitarju (ara, f'dan is-sens, is-sentenza tad-<DATE ISO="19990309">9 ta' Marzu 1999</DATE>, Centros, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-212/97" YEAR="1999" PAGE.ECR="I-1459">C-212/97, Ġabra p. I-1459, punt 24</REF.DOC.ECR>; tal-<DATE ISO="20060221">21 ta' Frar 2006</DATE>, Halifax <HT TYPE="ITALIC">et,</HT> <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-255/02" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-1609">C-255/02, Ġabra p. I-1609, punti 68 u 69</REF.DOC.ECR>; tas-<DATE ISO="20060406">6 ta' April 2006</DATE>, Agip Petroli, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-456/04" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-3395">C-456/04, Ġabra p. I-3395, punti 19 u 20</REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<DATE ISO="20060912">12 ta' Settembru 2006</DATE>, Cadbury Schweppes u Cadbury Schweppes Overseas, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-196/04" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-7995">C-196/04, Ġabra p. I-7995, punt 35</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Fil-kawża prinċipali, huwa minnu, kif irrilevat l-Avukat Ġenerali fil-punt 59 tal-konklużjonijiet tagħha, li jeżistu ċerti indizji li jistgħu eventwalment jiġġustifikaw lapplikazzjoni ta' l-Artikolu ll(l)(a) tad-Direttiva 90/434.</TXT></NP><?PAGE NO="I-5831"?><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Madankollu, tqum il-kwistjoni, b'mod preliminari, jekk, fin-nuqqas ta' dispożizzjoni speċifika ta' traspożizzjoni fid-dritt nazzjonali, l-Artikolu ll(l)(a) tad-Direttiva 90/434 jistax japplika fi kwalunkwe każ.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>F'dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li, skond l-Artikoli 10 u 249 KE, kull Stat Membru destinatarju ta' Direttiva għandu l-obbligu li jadotta, fl-ordinament ġuridiku nazzjonali tiegħu, dawk il-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżgura l-effett sħiħ tad-Direttiva, b'mod konformi ma' l-għan mixtieq (ara, b'mod partikolari, is-sentenzi ta' l-<DATE ISO="20050310">10 ta' Marzu 2005</DATE> Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja, C-531/03, mhux ippubblikata fil-Ġabra, punt 16, u tas-<DATE ISO="20050616">16 ta' Ġunju 2005</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Italja, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-456/03" YEAR="2005" PAGE.ECR="I-5335">C-456/03, Ġabra p. I-5335, punt 50</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-prinċipju ta' ċertezza legali jipprekludi li d-direttivi jistgħu joħolqu, minnhom infushom, obbligi fir-rigward ta' l-individwi. Għaldaqstant, iddirettivi ma jistgħux jiġu invokati bħala tali, mill-Istat, kontra individwu (ara, b'mod partikolari, is-sentenzi tal-<DATE ISO="19870611">11 ta' Ġunju 1987</DATE>, Pretore di Salo/X, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="14/86" YEAR="1987" PAGE.ECR="2545">14/86, Ġabra p. 2545, punti 19 u 20</REF.DOC.ECR>; tat-<DATE ISO="19871008">8 ta' Ottubru 1987</DATE>, Kolpinghuis Nijmegen, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="80/86" YEAR="1987" PAGE.ECR="3969">80/86, Ġabra p. 3969, punti 9 u 13</REF.DOC.ECR>; tas-<DATE ISO="19960926">26 ta' Settembru 1996</DATE>, Arcaro, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-168/95" YEAR="1996" PAGE.ECR="I-4705">C-168/95, Ġabra p. I-4705, punti 36 u 37</REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<DATE ISO="20050503">3 ta' Mejju 2005</DATE>, Berlusconi <HT TYPE="ITALIC">et,</HT> <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-387/02, C-391/02 et C-403/02" YEAR="2005" PAGE.ECR="I-3565">C-387/02, C-391/02 u C-403/02, Ġabra p. I-3565, punti 73 u 74</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi ppreċiżat, fl-ewwel lok, li, skond it-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 249 KE, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu l-forma u l-mezzi ta' implementazzjoni tad-direttivi li jippermettu li jiġi ggarantit bl-aħjar mod ir-riżultat li dawn ta' l-aħħar iridu jiksbu (ara, f'dan is-sens, is-sentenza tas-<DATE ISO="20050616">16 ta' Ġunju 2005</DATE>, IIKummissjoni vs L-Italja, C-456/03, iċċitata iktar 'il fuq, punt 51).</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Għaldaqstant, sakemm is-sitwazzjoni legali li tirriżulta mill-miżuri nazzjonali ta' traspożizzjoni tkun preċiża u ċara biżżejjed sabiex tippermetti lill-persuni<?PAGE NO="I-5832"?> kkonċernati li jkunu jafu l-portata ta' l-obbligi u tad-drittijiet tagħhom, it-traspożizzjoni ta' Direttiva fil-liġijiet interni ma teħtieġx neċessarjament azzjoni leġiżlattiva f'kull Stat Membru. Bl-istess mod, kif irrilevat l-Avukat Ġenerali fil-punt 62 tal-konklużjonijiet tagħha, għat-traspożizzjoni ta' direttiva jista' jkun biżżejjed, skond il-kontenut tagħha, f'ċerti każijiet, kuntest leġiżlattiv ġenerali, b'mod li mhux dejjem ikun hemm bżonn li d-dispożizzjonijiet ta' direttiva jiġu riprodotti b'mod formali u espress fdispożizzjonijiet speċifiċi tad-dritt nazzjonali (ara s-sentenzi tas-<DATE ISO="20050616">16 ta' Ġunju 2005</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Italja, iċċitata iktar 'il fuq, punt 51, u tas-<DATE ISO="20060406">6 ta April 2006</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Awstrija, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="0428/04" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-3325">C-428/04, Ġabra p. I-3325, punt 99</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jiġi mfakkar li l-awtoritajiet kollha ta' Stat Membru, meta japplikaw id-dritt nazzjonali, huma marbuta jinterpretawh kemm jista' jkun possibbli fid-dawl tat-test u ta' l-għan tad-direttivi, sabiex jintlaħaq l-għan imfittex minnhom. Għalkemm ir-rekwiżit ta' interpretazzjoni konformi ma jistax jeżiġi daqstant li direttiva, minnha nfisha u indipendentement minn liġi nazzjonali ta traspożizzjoni, tispiċċa biex toħloq obbligi fil-konfront ta' individwi jew inkella tiddetermina jew testendi r-responsabbiltà kriminali ta' dawk li jiksru d-dispożiz-zjonijiet tagħha, madankollu huwa ammess li l-Istat jista, bħala regola, jimponi fuq individwi interpretazzjoni konformi tad-dritt nazzjonali (ara, f'dan is-sens, is-sentenzi ċċitati iktar 'il fuq, Kolpinghuis Nijmegen, punti 12 sa 14, u Arcaro, punti 41 u42).</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Fil-kawża prinċipali, kif irrilevat l-Avukat Ġenerali fil-punt 63 tal-konklużjonijiet tagħha, hija għalhekk il-qorti tar-rinviju li għandha teżamina jekk jeżistux, fid-dritt nazzjonali, dispożizzjoni jew prinċipju ġenerali li jistipulaw li l-abbuż tal-liġi huwa pprojbit jew inkella dispożizzjonijiet oħra fuq il-frodi jew l-evażjoni tat-taxxa, li jistgħu jiġu interpretati skond l-Artikolu ll(l)(a) tad-Direttiva 90/434 u, b'hekk jiġġustifikaw l-intaxxar ta' l-iskambju ta' ishma in kwistjoni (ara wkoll is-sentenza tad-<DATE ISO="19820119">19 ta' Jannar 1982</DATE>, Becker, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="8/81" YEAR="1982" PAGE.ECR="53">8/81, Ġabra p. 53, punt 34</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Jekk ikun hemm bżonn, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiwerifika jekk, fil-kawża prinċipali, il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet humiex sodisfatti.</TXT></NP><?PAGE NO="I-5833"?><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Fid-dawl ta' dak kollu li ntqal, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li, fċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, dividend, bħal dak li tqassam, m'għandux jiġi inkluż fil-kalkolu ta' <QUOT.START ID="QS0028" REF.END="QE0028" CODE="201C"/>ħlas fi flus [kontanti]<QUOT.END ID="QE0028" REF.START="QS0028" CODE="201D"/> previst mill-Artikolu 2 (d) tad-Direttiva 90/434, u li, għaldaqstant, skambju ta' ishma, bħal dak in kwistjoni, jikkostitwixxi <QUOT.START ID="QS0029" REF.END="QE0029" CODE="201C"/>skambju ta' ishma<QUOT.END ID="QE0029" REF.START="QS0029" CODE="201D"/> skond l-Artikolu 2(d) ta' din id-Direttiva.</TXT><P>Għaldaqstant, l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 90/434 jipprekludi, bħala regola, li tali skambju ta' ishma jiġi intaxxat, sakemm ma jeżistux regoli tad-dritt nazzjonali fuq l-abbuż tal-liġi, il-frodi jew l-evażjoni tat-taxxa li jistgħu jiġu interpretati b'mod konformi ma' l-Artikolu ll(l)(a) tad-Direttiva 90/434, u, b'hekk, jiġġustifikaw lintaxxar ta' tali skambju.</P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta' kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni ta' l-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk ta' l-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta' u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>Ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li, f'ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, dividend, bħal dak li tqassam, m'għandux jiġi<?PAGE NO="I-5834"?> inkluż fil-kalkolu ta' <QUOT.START ID="QS0030" REF.END="QE0030" CODE="201C"/>ħlas fi flus [kontanti]<QUOT.END ID="QE0030" REF.START="QS0030" CODE="201D"/> previst mill-Artikolu 2(d) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/434/KEE tat-<DATE ISO="19900723">23 ta' Lulju 1990</DATE> dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika għall-inkorporazzjonijiet, id-diviżjoni-jiet, it-trasferimenti ta' l-attivi u l-iskambji ta' l-ishma li jirrigwardaw ilkumpanniji ta' Stati Membri differenti, u li, għaldaqstant, skambju ta' ishma, bħal dak in kwistjoni, jikkostitwixxi <QUOT.START ID="QS0031" REF.END="QE0031" CODE="201C"/>skambju ta' ishma<QUOT.END ID="QE0031" REF.START="QS0031" CODE="201D"/> skond l-Artikolu 2(d) ta' din id-Direttiva.</TXT><P>Għaldaqstant, l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 90/434 jipprekludi, bħala regola, li tali skambju ta' ishma jiġi intaxxat, sakemm ma jeżistux regoli tad-dritt nazzjonali fuq l-abbuż tal-liġi, il-frodi jew l-evażjoni tat-taxxa li jistgħu jiġu interpretati b'mod konformi ma' l-Artikolu ll(l)(a) tad-Direttiva 90/434, u, b'hekk, jiġġustifikaw l-intaxxar ta' l-iskambju ta' ishma in kwistjoni.</P></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>