29.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/13


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10130—APG/Arcus/PSP/Alpha Trains)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 32/10)

1.   

Fil-21 ta’ Jannar 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

APG Asset Management N.V. (“APG”, in-Netherlands);

—

Arcus European Investment Manager LLP (“Arcus”, ir-Renju Unit);

—

Public Sector Pension Investment Board (“PSP”, il-Kanada); kif ukoll

—

Alpha Trains (Luxembourg) Holdings S.à.r.l. (“Alpha Trains”, il-Lussemburgu).

APG, Arcus u PSP jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Alpha Trains.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

APG: ġestjoni tal-assi b’investimenti globali f’isem fondi tal-pensjoni Netherlandiżi;

—

Arcus: ġestjoni indipendenti tal-fondi u li tispeċjalizza fl-infrastruttura Ewropea;

—

PSP: ġestjoni tal-investiment tal-pensjonijiet b’portafoll globali diversifikat;

—

Alpha Trains: kumpanija speċjalizzata tal-kiri tal-ferroviji li tipprovdi vetturi ferrovjarji kemm lil operaturi pubbliċi kif ukoll lil operaturi privati f’għadd ta’ pajjiżi madwar l-Ewropa kontinentali.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10130—APG/Arcus/PSP/Alpha Trains

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.