|
12.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 322/20 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9114 — KKR/TPG Asia/KMK/Square Peg/PropertyGuru)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 322/10)
1.
Fil-5 ta’ Settembru 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
KKR & Co. Inc. (“KKR”, l-Istati Uniti), |
|
— |
TPG Asia VI SF Pte Ltd (“TPG Asia”, Singapor), li tappartjeni għal TPG (l-Istati Uniti), |
|
— |
PT Kreatif Media Karya (“KMK”, l-Indoneżja), li tappartjeni għall-grupp Emtek (l-Indoneżja), |
|
— |
Square Peg Capital Pty Ltd (“Square Peg”, l-Awstralja), u |
|
— |
PropertyGuru Pte. Ltd (“PropertyGuru”, Singapor). |
KKR, TPG Asia, KMK u Square Peg jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolamrent dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ PropertyGuru.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— KKR: ditta ta’ investiment dinji li toffri firxa wiesgħa ta’ servizzi ta’ ġestjoni ta’ assi alternattivi lill-investituri tas-suq pubbliċi u privati u li tipprovdi soluzzjoni tas-suq kapitali għad-ditta, il-kumpaniji tal-portafoll u l-klijenti tagħha,
— TPG Asia: parti minn TPG, ditta ta’ investiment privat li tmexxi familja ta’ fondi li tinvesti f’varjetà ta’ kumpaniji permezz ta’ akkwisti u ristrutturar korporattiv,
— KMK: il-preżenza tal-midja online tal-grupp Emtek, li tħaddem tliet stazzjonijiet televiżivi ta’ xandir fuq bażi bla ħlas, produzzjoni ta’ kontenut, negozju tat-televiżjoni bi ħlas u diversi negozji tas-soluzzjonijiet tal-IT, u għandha preżenza fil-midja online stabbilita permezz tas-sussidjarja tagħha KMK Online,
— Square Peg: ditta dinjija ta’ kapital li jiffinanzja start-ups fil-qasam tat-teknoloġija, u
— PropertyGuru: fornitur ta’ pjattaformi bbażati fuq l-internet għal persuni jew kumpaniji interessati, għall-finijiet kummerċjali jew privati, f’li jbiegħu, Jakkwistaw jew jikru proprjetà immobbli, primarjament f’Singapor, il-Malasja, l-Indoneżja, il-Vjetnam u t-Tajlandja.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż mill-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:
M.9114 — KKR/TPG Asia/KMK/Square Peg/PropertyGuru
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks: +32 22964301 |
|
Indirizz tal-posta: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).