02002L0057 — MT — 01.09.2022 — 009.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2002/57/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 fuq il-marketing taż-żerriegħa ta’ pjanti taż-żejt u tal-fibra (ĠU L 193 20.7.2002, p. 74) |
Emendata bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
L 195 |
32 |
24.7.2002 |
||
|
ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2003/45/KE tat-28 ta’ Mejju 2003 |
L 138 |
40 |
5.6.2003 |
|
|
L 165 |
23 |
3.7.2003 |
||
|
L 14 |
18 |
18.1.2005 |
||
|
L 166 |
40 |
27.6.2009 |
||
|
DIRETTIVA TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/11 tal-5 ta' Jannar 2016 |
L 3 |
48 |
6.1.2016 |
|
|
DIRETTIVA TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/317 tat-3 ta' Marzu 2016 |
L 60 |
72 |
5.3.2016 |
|
|
DIRETTIVA TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/177 tal-11 ta’ Frar 2020 |
L 41 |
1 |
13.2.2020 |
|
|
DIRETTIVA TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/971 tas-16 ta’ Ġunju 2021 |
L 214 |
62 |
17.6.2021 |
|
Ikkoreġuta bi:
ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2002/57/KE
tat-13 ta’ Ġunju 2002
fuq il-marketing taż-żerriegħa ta’ pjanti taż-żejt u tal-fibra
Artikolu 1
Din id-Direttiva għandha tapplika għall-produzzjoni għall-marketing, u għall-marketing ġewwa l-Komunità, taż-żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u tal-fibra maħsuba għall-produzzjoni agrikola imma mhux għall-finijiet ornamentali. M’għandhiex tapplika għall-produzzjoni taż-żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u tal-fibra intiża għall-produzzjoni agrikola imma mhux għall-finijiet ornamentali.
M’għandhiex tapplika għal żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u tal-fibra li tidher maħsuba għall-esportazzjoni lejn terzi pajjiżi.
Artikolu 2
Għall-iskop ta’ din id-Direttiva:
“marketing”: tfisser il-bejgħ, żamma bil-ħsieb ta’ bejgħ, offerta għall-bejgħ u kull tneħħija, provista jew trasferiment immirat għall-isfruttament kummerċjali tal-varjetà,
bħall-operazzjonijiet li ġejjin, m’għandhomx jitqiesu bħala marketing:
Il-provista ta’ żerriegħa taħt ċerti kondizzjonijiet lill-provedituri ta’ servizzi għall-produzzjoni ta ċerti materjali agrikoli mhux proċessati, maħsuba għall-iskopijiet industrijali, jew propagazzjoni taż-żerrriegħa għal dak l-iskop, m’għandiex titqies bħala “marketing”, iżda l-proveditur ta’ servizzi ma jakkwistax it-titolu jew għaż-żerriegħa hekk provduta jew għall-prodott tal-ħsad. Il-provditur taż-żerriegħa għandu jipprovdi lill-awtorità taċ-ċertifikazzjoni b’kopja tal-partijiet rilevanti tal-kuntratt magħmula mal-provditur tas-servizzi u din għandha tinkludi l-istandards u l-kondizzjonijiet milħuqa fil-preżent miż-żerriegħa provduta.
Il-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni għandhom ikunu determinati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2);
“pjanti taż-żejt u tal-fibra”: tfisser pjanti tal-ġeneri u l-ispeċi li ġejjin:
|
Arachis hypogaea L. |
Karawett |
|
►M5 Brassica juncea (L.) Czern. ◄ |
Mustarda kannella |
|
Brassica napus L. (partim) |
Nevew |
|
►M5 Brassica nigra (L.) W.D.J. Koch ◄ |
Mustarda sewda |
|
Brassica rapa L. var. silvestris(Lam.) Briggs |
Rapa ta’ nevew |
|
Cannabis sativa L. |
Qanneb |
|
Carthamus tinctorius L. |
Safflower |
|
Carum carvi L. |
Kemmun |
|
Glycine max (L.) Merr. |
Fażola tas-soja |
|
Gossypium spp. |
Qoton |
|
Helianthus annuus L. |
Ġirasol |
|
Linum usitatissimum L. |
Pjanta ta’ l-għażel, kittien |
|
Papaver somniferum L. |
Il-Peprina |
|
Sinapis alba L. |
Mustarda bajda; |
Żerriegħa bażika: (varjetajiet għajr pjanti ibridi) tfisser żerriegħa
li kienet prodotta taħt ir-responsabbilità tal-koltivatur skond il-prattiċi aċċettati għall-mautenzjoni tal-varjetà;
li hija intiża għall-produzzjoni taż-żerriegħa jew tal-kategorija “żerriegħa ċertifikata” jew tal-kategoriji “żerriegħa ċertifikata, l-ewwel ġenerazzjoni” jew “żerriegħa ċertifikata, tieni ġenerazzjoni” jew, fejn xieraq, “żerriegħa ċertifikata, tielet ġenerazzjoni”;
li, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 5, tissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti fl-Annesi I u II għaż-żerriegħa bażika; u
li nstabet, permezz ta' eżaminazzjoni uffiċjali jew permezz ta' eżaminazzjoni mwettqa taħt sorveljanza uffiċjali, li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti f'(i), (ii) u (iii).
Żerriegħa bażika (pjanti ibridi)
“Żerriegħa bażika ta’ linji konġeniti” tfisser żerriegħa
li, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 5, tissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti fl-Anness I u II għal żerriegħa bażika; u
lli nstabet, permezz ta' eżaminazzjoni uffiċjali jew, fil-każ tal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II, permezz ta' eżaminazzjoni uffiċjali jew permezz ta' eżaminazzjoni mwettqa taħt sorveljanza uffiċjali, li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fi (i);
“Żerriegħa bażika ta’ ibridi sempliċi” tfisser żerriegħa
li hija maħsuba għall-produzzjoni għall-ibridi inkroċjati tliet darbiet jew ibridi inkroċjati darbtejn;
li, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 5, tissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti fl-Annessi I u II għaż-żerriegħa bażika; u
li nstabet, permezz ta' eżaminazzjoni uffiċjali jew, fil-każ tal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II, jew permezz ta' eżaminazzjoni uffiċjali jew permezz ta' eżaminazzjoni mwettqa taħt sorveljanza uffiċjali, li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fi (i) u (ii);
“żerriegħa ċertifikata”: rapa ta’ nevew, mustarda kannella, nevew, qanneb dioecious, safflower, mustarda sewda, kemmun, ġirasol, pepprin ta’ l-oppju, mustarda bajda) tfisser żerriegħa
li kienet prodotta direttament miż-żerriegħa bażika jew, jekk il-koltivatur hekk jitlob, minn żerriegħa ta’ ġenerazzjoni qabel iż-żerriegħa bażika u li tista’ tissodisfa u nstabet b’eżami uffiċjali li tissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti fl-Annessi I u II għaż-żerriegħa bażika;
li hija intiża għall-finijiet li mhumiex il-produzzjoni taż-żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u tal-fibra;
li, bla ħsara għad-dsposizzjonijiet tal-punt (b) ta’ l-Artikolu 5, tissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti fl-Annessi I u II għaż-żerriegħa ċertifikata; u
li nstabet, permezz ta' eżaminazzjoni uffiċjali jew permezz ta' eżaminazzjoni mwettqa taħt sorveljanza uffiċjali, li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti f'(i), (ii) u (iii);
“żerriegħa ċertifikata, l-ewwel ġenerazzjoni”: (karawett, qanneb monoecious, pjanta ta’ l-għażel, kittien, soja, qoton)
li kienet prodotta direttament miż-żerriegħa bażika jew, jekk il-koltivatur hekk jitlob, minn żerriegħa ta’ ġenerazzjoni qabel iż-żerriegħa bażika li tista’ tissodisfa u nstabet b’eżami uffiċjali li tissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti fl-Annessi I u II għaż-żerriegħa bażika;
li hija maħsuba jew għall-produzzjoni ta’ żerriegħa tal-kategorija “żerriegħa ċertifikata, tieni ġenerazzjoni” jew, fejn xieraq, tal-kategorija “żerriegħa ċertifikata, tielet ġenerazzjoni”, jew għall-iskopijiet li m’humiex tal-produzzjoni ta’ żerriegħa ta’ pjanti taz-zejt u tal-fibra;
li tissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti fl-Annessi I u II għaż-żerriegħa ċertifikata; u
li nstabet, permezz ta' eżaminazzjoni uffiċjali jew permezz ta' eżaminazzjoni mwettqa taħt sorveljanza uffiċjali, li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti f'(i), (ii) u (iii);
“żerriegħa ċertifikata, tieni ġenerazzjoni”: (karawett, pjanta ta’ għażel, kittien, soja, qotton) tfisser żerriegħa
li kienet prodotta direttament minn żerriegħa bażika, minn żerriegħa ċertifikata ta’ l-ewwel ġenerazzjoni jew, jekk il-koltivatur hekk jitlob, minn żerriegħa ta’ ġenerazzjoni qabel iż-żerriegħa bażika u li tista’ tissodisfa u nstabet minn eżami uffiċjali li tissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti fl-Anness I u II għaż-żerriegħa bażika;
li hija maħsuba għall-iskopijiet li mhux għall-produzzjoni taż-żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u tal-fibra jew, fejn xieraq, li hija maħsuba għall-produzzjoni ta’ żerriegħa tal-kategorija “żerriegħa ċertifikata, tielet ġenerazzjoni”;
li tissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti fl-Annessi I u II għaż-żerriegħa ċertifikata; u
li nstabet, permezz ta' eżaminazzjoni uffiċjali jew permezz ta' eżaminazzjoni mwettqa taħt sorveljanza uffiċjali, li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti f'(i), (ii) u (iii);
“żerriegħa ċertifikata, tieni ġenerazzjoni” (qanneb monoecius): iffisser żerriegħa
li kienet prodotta direttament minn żerriegħa ċertifikata ta’ l-ewwel ġenerazzjoni li kienet stabbilita u kontrollata uffiċjalment għar-raġuni speċjali tal-produzzjoni taż-żerriegħa ċertifikata tat-tieni ġenerazzjoni;
li hija intiża għall-produzzjoni tal-qanneb li jinħasad meta jwarrad;
li tissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti fl-Annessi I u II għaż-żerriegħa ċertifikata; u
li nstabet, permezz ta' eżaminazzjoni uffiċjali jew permezz ta' eżaminazzjoni mwettqa taħt sorveljanza uffiċjali, li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti f'(i), (ii) u (iii);
“żerriegħa ċertifikata, tielet ġenerazzjoni”: (pjanta ta’ l-għażel, kittien) tfisser żerriegħa
li hija ta’ nisel dirett miż-żerriegħa bażika, minn żerriegħa ċertifikata ta’ l-ewwel jew it-tieni ġenerazzjoni jew, jekk il-koltivatur hekk jitlob, minn żerriegħa ta’ ġenerazzjoni qabel iż-żerriegħa bażika u li tista’ tissodisfa u nstabet minn eżami uffiċjali li tissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti fl-Annessi I u II għaż-żerriegħa bażika;
li hija intiża għall-iskopijiet li m’humiex il-produzzjoni ta’ żerriegħa tal-pjanti taż-żejt jew tal-fibra;
li tissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti fl-Annessi I u II għaż-żerriegħa ċertifikata; u
li nstabet, permezz ta' eżaminazzjoni uffiċjali jew permezz ta' eżaminazzjoni mwettqa taħt sorveljanza uffiċjali, li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti f'(i), (ii) u (iii);
“żerriegħa kummerċjali”: ifisser żerriegħa
li hija identifikabbli li tappartjeni għal speċi;
li, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 5(b), tissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti fl-Anness II għaż-żerriegħa kummerċjali, u
li nstabet, permezz ta' eżaminazzjoni uffiċjali jew permezz ta' eżaminazzjoni mwettqa taħt sorveljanza uffiċjali, li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti f'(i) u (ii).
“miżuri uffiċjali”: tfisser miżuri meħuda
mill-awtoritajiet ta’ l-Istat; jew
minn kull persuna legali kemm jekk gvernata bid-dritt pubbliku jew privat, li taġixxi taħt ir-responsabbilità ta’ l-Istat; jew
fil-każ ta’ attivitajiet anċillari li huma soġġetti wkoll għall-kontroll Statali, minn kull persuna naturali debitament maħlufa għal dak l-iskop,
iżda l-persuni msemmija taħt (ii) u (ii) ma jkollhom ebda gwadann minn dawn il-miżuri.
L-Istati Membri jistgħu:
fil-każ taż-żerriegħa tal-pjanta ta’ l-għażel jew kittien, jinkludu diversi ġenerazzjonijiet fil-kategorija taż-żerriegħa bażika u jissuddividu din il-kategorija bil-ġenerazzjoni;
jipprovdu li l-eżami uffiċjali biex tkun verifikata l-konformità mal-kondizzjoni preskritta fl-Anness II(I)(4) għall-Brassika napus ma jsirx fuq il-lottijiet kollha matul iċ-ċertifikazzjoni sakemm ma jkunx hemm dubju jekk il-kondizzjonijiet ġewx sodisfatti.
Meta l-eżaminazzjonijiet taħt sorveljanza uffiċjali msemmija fil-paragrafi (1)(ċ)(iv), (1)(d)(1)(ii), (1)(d)(2)(iii), (1)(e)(iv), (1)(f)(iv), (1)(g)(iv), (1)(h)(iv), (1)(i)(iv) u (1)(j)(iii) huma mwettqa, għandu jkun hemm konformità mal-ħtiġiet li ġejjin:
Spezzjoni fuq il-post
L-ispetturi għandhom:
ikollhom il-kwalifiki tekniċi meħtieġa;
ma jiksbu l-ebda vantaġġ privat konness mat-twettiq ta' l-ispezzjonijiet;
ikunu mogħtija liċenzja b'mod uffiċjali mill-awtorità taċ-ċertifikazzjoni taż- żerriegħa ta' l-Istat Membru kkonċernat u din il-liċenzja għandha tinkludi jew il-ġurament ta' l-ispetturi jew il-firma mill-ispetturi ta' stqarrija ta' impenn bil-miktub għar-regoli li jirregolaw l-eżaminazzjonijiet uffiċjali;
jwettqu spezzjonijiet taħt is-sorveljanza uffiċjali skond ir-regoli applikabbli għal spezzjonijiet uffiċjali.
L-uċuħ taż-żerriegħa li għandhom jiġu spezzjonati għandhom jitkabbru miż-żerriegħa li ġiet sottomessa għal kontroll uffiċjali ta' wara li r-riżultati tiegħu kienu sodisfaċenti.
Proporzjon mill-uċuħ taż-żerriegħa għandhom jiġu kkontrollati minn spetturi uffiċjali. Dak il-proporzjon għandu jkun mill-inqas 5 %.
Proporzjon tal-kampjuni mil-lottijiet ta' żerriegħa maħsuda minn uċuħ taż-żerriegħa għandhom jittieħdu għall-kontroll uffiċjali ta' wara u, fejn xieraq għal eżaminar uffiċjali taż-żerriegħa fil-laboratorju fir-rigward ta' identità ta' varjetà u purità.
L-Istat Membru għandu jistabbilixxi r-regoli dwar pieni applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali, li jirregolaw l-eżaminazzjoni taħt sorveljanza uffiċjali, adottati skond din id-Direttiva. Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Pieni jistgħu jinkludu l-irtirar tal-liċenzja prevista fi (a) (iii), minn spetturi li ngħataw liċenzja b'mod uffiċjali li jinsabu ħatja li kisru r-regoli li jirregolaw l-eżaminazzjonijiet uffiċjali b'mod deliberat jew negliġenti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe ċertifikazzjoni taż-żerriegħa eżaminata hi mħassra fil-każ ta' tali kontravenzjoni sakemm ma jistax jintwera li tali żerriegħa għada tilħaq il-ħtiġiet rileventi kollha.
Eżaminar taż-żerriegħa
L-eżaminar taż-żerriegħa għandu jitwettaq minn laboratorji ta' l-eżaminar taż-żerriegħa li ġew awtorizzati għal dak l-għan mill-awtorità ta' ċertifikazzjoni taż-żerriegħa ta' l-Istat Membru kkonċernat taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fi (b) sa (d).
Il-laboratorju għall-eżaminar taż-żerriegħa għandu jkollu analista inkarigat li għandu responsabbilità diretta għall-operazzjonijiet tekniċi tal-laboratorju u li għandu kwalifiki meħtieġa għal amministrazzjoni teknika ta' laboratorju għall-eżaminar taż-żerriegħa.
L-analisti taż-żerriegħa tiegħu għandu jkollhom il-kwalifiki tekniċi meħtieġa miksuba f'korsijiet ta' taħriġ organizzati taħt kondizzjonijiet applikabbli għal analisti uffiċjali taż-żerriegħa u kkonfermati minn eżaminazzjonijiet uffiċjali.
Il-laboratorju għandu jinżamm f'bini u b'tagħmir kkunsidrat b'mod uffiċjali mill-awtorità ta' ċertifikazzjoni taż-żerriegħa bħala sodisfaċenti bl-għan ta' eżaminar ta' żerriegħa, fil-firxa ta' applikazzjoni ta' l-awtorizzazzjoni.
Għandu jwettaq eżaminar taż-żerriegħa b'metodi internazzjonali attwali.
Il-laboratorju għall-eżaminar taż-żerriegħa għandu jkun:
laboratorju indipendenti,
jew
laboratorju ta' kumpanija taż-żerriegħa.
Fil-każ imsemmi fi (ii), il-laboratorju jista' jwettaq l-eżaminar taż-żerriegħa biss fuq lottijiet ta' żerriegħa prodotti f'isem il-kumpanija taż-żerriegħa li jagħmel parti minnha, sakemm ma sarx ftehim ta' xorta oħra ma dik il-kumpanija taż-żerriegħa, l-applikant għal ċertifikazzjoni u l-awtorità ta' ċertifikazzjoni taż-żerriegħa.
L-eżekuzzjoni tal-laboratorju għall-eżaminar taż-żerriegħa għandu jkun soġġett għal sorveljanza xierqa mill-awtorità ta' ċertifikazzjoni taż-żerriegħa.
Għall-finijiet tas-sorveljanza msemmija f'(d) proporzjon tal-lottijiet taż-żerriegħa mdaħħla għaċ-ċertifikazzjoni uffiċjali għandu jingħata eżami ta' kontroll minn eżaminar uffiċjali taż-żerriegħa. Dak il-proporzjon għandu jkun fil-prinċipju imxerred indaqs kemm jista' jkun fuq persuni fiżiċi u legali li jdaħħlu żerriegħa għal ċertifikazzjoni, u l-ispeċi mdaħħla, imma jista' jkun orjentat ukoll biex jelimina dubji speċifiċi. Dak il-proporzjon għandu jkun mill-inqas 5 %.
L-Istat Membru għandu jistabbilixxi r-regoli dwar pieni applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali, li jirregolaw l-eżaminazzjoni taħt sorveljanza uffiċjali, adottati skond din id-Direttiva. Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Il-pieni jistgħu jinkludu l-irtirar ta' l-awtorizzazzjoni provduta fi (a), minn laboratorji għall-eżaminar taż-żerriegħa awtorizzati b'mod uffiċjali li jinsabu ħatja li kisru r-regoli li jirregolaw l-eżaminazzjonijiet uffiċjali b'mod deliberat jew negliġenti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe ċertifikazzjoni taż-żerriegħa eżaminata hi mħassra fil-każ ta' tali kontravenzjoni sakemm ma jistax jintwera li tali żerriegħa għada tilħaq il-ħtiġiet rileventi kollha.
▼M4 —————
Artikolu 3
L-Istati Membri għandhom jipprovdu li ż-żerriegħa ta’:
ma tistax titpoġġa fis-suq sakemm ma tkunx ġiet uffiċjalment ċertifikata bħala “żerriegħa bażika” jew “żerriegħa ċertifikata”.
Artikolu 4
Minkejja l-Artikolu 3(1) u (2), l-Istati Membri għandhom jipprovdu li:
tista’ titpoġġa fis-suq.
Artikolu 5
L-Istati Membri jistgħu, bħala deroga mid-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 3:
jawtorizzaw iċ-ċertifikazzjoni uffiċjali u l-marketing taż-żerriegħa bażika li ma tissodisfax il-kondizzjonijiet preskritti fl-Anness II fir-rigward tal-ġerminazzjoni; għal dan l-iskop għandhom jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-fornitur jiggarantixxi ġerminazzjoni speċifika li għandu jistqarr għall-finijiet ta’ marketing fuq tikketta speċjali li jkollha ismu u l-indirizz u n-numru ta’ referenza tal-lott taż-żerriegħa;
biex iż-żerriegħa tkun disponibbli malajr, minkejja l-fatt li l-eżami uffiċjali għall-verifika tal-konformità mal-kondizzjonijiet preskritti fl-Anness II fir-rigward tal-ġerminazzjoni ma tlestiex, jawtorizzaw iċ-ċertifikazjoni uffiċjali jew l-approvazzjoni u l-marketing sa l-ewwel xerrej bil-kummerċ taż-żerriegħa tal-kategoriji “żerriegħa bażika”, “żerriegħa ċertifikata” tal-kategoriji kollha jew “żerriegħa kummerċjali”. Iċ-ċertifikazzjoni jew l-approvazzjoni għandha tingħata biss mal-preżentazzjoni ta’ rapport analitiku proviżorju fuq iż-żerriegħa u sakemm jingħataw l-isem u l-indirizz ta’ l-ewwel riċevent; għandhom jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-fornitur jiggarantixxi l-ġerminazzjoni aċċertata fl-analiżi proviżorja; din il-ġerminazzjoni għandha tkun mistqarra għall-finijiet ta’ marketing fuq tikketta speċjali li jkollha l-isem u l-indirizz tal-fornitur u n-numru tar-referenza tal-lott.
Dawn id-dispożizzjonijiet m’għandhomx japplikaw għal żerriegħa importata minn pajjiżi terzi, ħlief kif provdut mod ieħor fl-Artikolu 18 fir-rigward tal-moltiplikazzjoni barra l-Komunità.
L-Istati Membri li jużaw id-deroga provduta jew fil-punt (a) jew (b) għandhom jassistu lil xulxin b’mod amministrattiv fir-rigward ta’ l-ispezzjoni.
Artikolu 6
Minkejja l-Artikolu 3(1) u (2), l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw proċeduri fit-territorji tagħhom stess biex jpoġġu fis-suq:
kwantitajiet żgħar taż-żerriegħa għall-finijiet xjentifiċi jew xogħol ta’ għażla;
kwantitajiet xierqa ta’ żerriegħa għall-finijiet ta’ eżami jew prova, sakemm jappartjenu għall-varjetajiet li għalihom tkun saret applikazzjoni għad-dħul fil-katalogu fl-Istat Membru in kwistjoni.
Fil-każ ta’ materjal modifikat ġenetikament, din l-awtorizzazzjoni tista’ tingħata biss jekk il-miżuri kollha xierqa ttieħdu biex ikunu evitati l-effetti ħżiena fuq saħħet il-bniedem u l-ambjent. Għall-istima tar-riskju ambjentali li għandu jsir f’dan ir-rigward, id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2002/53/KE għandhom japplikaw konsegwentement.
Artikolu 7
L-Istati Membri jistgħu, fir-rigward tal-kondizzjonijiet preskritti fl-Annessi I u II, jimponu ħtiġiet addizzjonali jew aktar iebsa għaċ-ċertifikazzjoni ta’ żerriegħa kif ukoll għall-eżami ta’ żerriegħa kummerċjali li hija prodotta fit-territorju tagħhom stess.
Artikolu 8
L-Istati Membri għandhom jipprovdu li d-deskrizzjoni tal-komponenti ġenealoġiċi li jistgħu jenħtieġu hija, jekk il-koltivatur hekk jeħtieġ, trattata bħala konfidenzjali.
Artikolu 9
Meta t-teħid ta' kampjuni taħt sorveljanza uffiċjali previst fil-paragrafu (1) hu mwettaq, għandu jkun hemm konformità mal-ħtiġiet li ġejjin:
It-teħid ta' kampjuni għandu jiġi mwettaq minn dawk li ġew awtorizzati jieħdu kampjuni ta' żerriegħa mill-awtorità ta' ċertifikazzjoni taż-żerriegħa ta' l-Istat Membru kkonċernat taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fi (b), (ċ), u (d).
Dawk li jieħdu l-kampjuni taż-żerriegħa għandu jkollhom il-kwalifiki tekniċi meħtieġa miksuba f'korsijiet ta' taħriġ organizzati taħt kondizzjonijiet applikabbli għal dawk li jieħdu kampjuni taż-żerriegħa b'mod uffiċjali u kkonfermati minn eżaminazzjonijiet uffiċjali.
Għandhom iwettqu t-teħid ta' kampjuni taż-żerriegħa skond il-metodi internazzjonali attwali.
Dawk li jieħdu l-kampjuni taż-żerriegħa għandhom ikunu:
persuni fiżiċi indipendenti;
persuni mpjegati minn persuni fiżiċi jew legali li l-attivitajiet tagħhom ma jinvolvux il-produzzjoni ta' żerriegħa, it-tkabbir ta' żerriegħa, l-ipproċessar ta' żerriegħa jew il-kummerċ ta' żerriegħa,
jew
persuni mpjegati minn persuni fiżiċi jew legali li l-attivitajiet tagħhom jinvolvu produzzjoni ta' żerriegħa, tkabbir ta' żerriegħa, proċessar ta' żerriegħa jew kummerċ ta' żerriegħa.
Fil-każ imsemmi fi (iii), dak li jieħu l-kampjuni taż-żerriegħa jista' jwettaq it-teħid ta' kampjuni taż-żerriegħa biss fuq lottijiet taż-żerriegħa prodotti f'isem min jimpjegah, sakemm ma sarx ftehim ta' xorta oħra bejn min jimpjegah, l-applikant għal ċertifikazzjoni u l-awtorità ta' ċertifikazzjoni taż-żerriegħa.
L-eżekuzzjoni ta' dawk li jieħdu l-kampjuni taż-żerriegħa għandha tkun soġġetta għal sorveljanza xierqa mill-awtorità ta' ċertifikazzjoni taż-żerriegħa. Meta t-teħid ta' kampjuni awtomatiku jkun qed jaħdem proċeduri xierqa għandhom jiġu mħarsa u sorveljati b'mod uffiċjali.
Għall-finijiet tas-sorveljanza msemmija fi (d) proporzjon tal-lottijiet taż-żerriegħa mdaħħla għaċ-ċertifikazzjoni uffiċjali għandu jingħata eżami ta' kontroll minn dawk li jieħdu l-kampjuni ta' żerriegħa b'mod uffiċjali. Dak il-proporzjon għandu ikun fil-prinċipju imxerred indaqs kemm jista' jkun fuq persuni fiżiċi u legali li jdaħħlu żerriegħa għal ċertifikazzjoni, u l-ispeċi mdaħħla, imma jista' jkun orjentat ukoll biex jelimina dubji speċifiċi. Dak il-proporzjon għandu jkun mill-inqas 5 %. Dan it-teħid ta' kampjuni għall-kontroll ma japplikax għat-teħid ta' kampjuni awtomatiku.
L-Istati Membri għandhom jqabblu l-kampjuni ta' żerriegħa meħuda b'mod uffiċjali ma' dawk ta' l-istess lott taż-żerriegħa meħuda taħt sorveljanza uffiċjali.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar pieni applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali, li jirregolaw l-eżaminazzjoni taħt sorveljanza uffiċjali, adottati skond din id-Direttiva. Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Il-pieni jistgħu jinkludu l-irtirar ta' l-awtorizzazzjoni prevista fi (a), minn dawk li huma awtorizzati b'mod uffiċjali biex jieħdu l-kampjuni taż-żerriegħa li jinsabu ħatja li kisru r-regoli li jirregolaw l-eżaminazzjonijiet uffiċjali b'mod deliberat jew negliġenti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe ċertifikazzjoni taż-żerriegħa meħuda bħala kampjun hi mħassra fil-każ ta' tali kontravenzjoni sakemm ma jistax jintwera li tali żerriegħa għada tilħaq il-ħtiġiet rileventi kollha.
Artikolu 10
Artikolu 11
Biex ikun żgurat l-issiġillar, is-sistema ta’ siġillar għandu jkollha ta’ l-anqas jew it-tikketta uffiċjali jew t-twaħħil ta’ siġill uffiċjali.
Il-miżuri provduti fit-tieni subparagrafu fuq m’għandhomx ikunu meħtieġa meta hija użata sistema ta’ siġill li ma terġax tintuża.
Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2), jista’ jkun stabbilit jekk sistema partikolari ta’ siġill hijiex skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu.
Artikolu 12
L-Istati Membri għandhom jenħtieġu li l-pakketti ta’ żerriegħa bażika, żerriegħa ċertifikata tal-kategoriji kollha u żerriegħa kummerċjali:
ikunu ittikkettjati fuq barra b’tikketta uffiċjali li ma tkunx intużat qabel, li tissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti fl-Anness IV u li fuqha tingħata l-informazzjoni f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità. Il-kulur tat-tikketta għandu jkun abjad għaż-żerriegħa bażika, ikħal għaż-żerriegħa ċertifikata ta’ l-ewwel ġenerazzjoni wara ż-żerriegħa bażika, aħmar għaż-żerriegħa ċertifikata ta’ ġenerazzjonijiet sussegwenti u kannella għaż-żerriegħa kummerċjali. ►M1 Fil-każ ta’ żerriegħa ċertifikata ta’ assoċjazzjoni diversa, it-tikketta għandha tkun blu b’linja ħadra dijagonali; ◄ Meta tintuża tikketta b’toqba għall-ispag, it-twaħħil tagħha għandu jkun żgurat fil-każijiet kollha b’siġill uffiċjali. Jekk, fil-każijiet taħt l-Artikolu 5(a), iż-żerriegħa bażika ma tissodisfax il-kondizzjonijiet preskritti fl-Anness II dwar il-ġerminazzjoni, dan il-fatt għandu jingħad fuq it-tikketta. L-użu ta’ tikketti uffiċjali adeżivi għandu jkun awtorizzat. Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2) jista’ jkun awtorizzat l-istampar indelebbli taħt superviżjoni uffiċjali ta’ l-informazzjoni fuq il-pakkett skond il-mudell tat-tikketta;
ikollhom dokument uffiċjali, fl-istess kulur bħat-tikketta, li jagħti ta’ l-inqas l-informazzjoni meħtieġa taħt l-Anness IV(A)(a)(4), (5) u (6) u fil-każ ta’ żerriegħa kummerċjali, taħt (b) (2), (5) u (6). Dan id-dokument għandu jsir b’tali mod li ma jistax jitħawwad mat-tikketta uffiċjali msemmija taħt (a). Dan id-dokument mhux meħtieġ jekk l-informazzjoni hija stampata indelebilment fuq il-pakkett jew jekk, skond id-dispożizzjonijiet taħt (a), hija wżata tikketta adeżiva jew tikketta ta’ materjal li ma jitqattax.
Artikolu 13
Skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 25(2), jista’ jkun provdut li Stati Membri jistgħu jinħtieġu li, f’każijiet li ma jkunux dawk provduti f’din id-Direttiva, pakketti ta’ żerriegħa bażika, żerriegħa ċertifikata tal-kategoriji kollha jew żerriegħa kummerċjali għadhom ikollhom tikketta tal-fornitur (li tista’ tkun jew tikketta separata mit-tikketta uffiċjali jew tieħu l-forma ta’ l-informazzjoni tal-fornituri stampata fuq il-pakkett innifsu). Id-dettalji li jistgħu jkunu provduti fuq tali tikketta għandhom ikunu stabbiliti ukoll skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2).
Artikolu 14
Fil-każ ta’ żerriegħa ta’ varjetà li kienet ġenetikament modifikata, kull tikketta jew dokument, uffiċjali jew xort’oħra, li hija mwaħħla ma’ jew li takkumpanja l-lott taż-żerriegħa, taħt id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, għandha tindika b’mod ċar li l-varjetà kienet modifikata ġenetikament.
Artikolu 15
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li kull trattament kimiku ta’ żerriegħa bażika, żerriegħa ċertifikata tal-kategoriji kollha jew żerriegħa kummerċjali ikun innutat jew fuq it-tikketta uffiċjali jew fuq it-tikketta tal-fornitur jew fuq il-pakkett jew ġewwa fih.
Artikolu 16
Għall-iskop tat-tfittxija ta’ alternattivi imtejba għal ċerti disposizjonijiet provduti f’din id-Direttiva, jista’ jkun deċiż li jkunu organizzati sperimenti termporanji taħt kondizzjonijiet speċifiċi fil-livell tal-Komunità skond id-dispożizzjonijiet msemmija fl-Artikolu 25(2).
Fil-qafas ta’ dawn l-esperimenti, l-Istati Membri jistgħu jinħelsu minn ċerti obbligi provduti f’din id-Direttiva. Id-daqs ta’ dak ir-rilaxx għandu jkun definit b’riferenza għad-dispożizzjonijiet li japplikaw għaliha. It-tul ta’ l-esperiment m’għandux jaqbeż seba’ snin.
Artikolu 17
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li żerriegħa li hija mqiegħda fis-suq taħt id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, kemm mandatorji jew diskriminatorji, m’hiex soġġetta għar-restrizzjonijiet ta’ marketing fir-rigward tal-karatteristiċi, ħtiġiet ta’ eżami, immarkar u ssiġillar tagħha li ma jkunux dawk preskritti f’din jew kull Direttiva oħra.
Artikolu 18
Il-kondizzjonijiet taħt liema żerriegħa mrobbija ta’ ġenerazzjonijiet qabel iż-żerriegħa bażika tista’ titpoġġa fis-suq taħt l-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 4, għandhom ikunu kif ġej:
għandha tkun spezzjonata uffiċjalment mill-awtorità kompetenti ta’ ċertifikazjoni skond id-dispożizzjonijiet applikabbli għaċ-ċertifikazzjoni taż-żerriegħa bażika;
għandha tkun ippakkjata skond din id-Direttiva; u
il-pakketti għandhom ikollhom tikketta uffiċjali li jkollha ta’ l-anqas iddettalji li ġejjin:
It-tikketta għandha tkun bajda b’linja dijagonali vjola.
Artikolu 19
Stati Membri għandhom jipprovdu li ż-żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u tal-fibra
għandha, fuq talba u mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/53/KE, tkun ċertifikata uffiċjalment bħala żerriegħa ċertifikata f’kull Stat Membru jekk dik iż-żerriegħa għaddiet minn spezzjoni fil-post li tissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti fl-Anness I għall-kategorija rilevanti u jekk l-eżami uffiċjali juri li huma sodisfatti l-kondizzjonijiet preskritti fl-Anness II għall-istess kategorija.
Meta f’dawn il-każijiet iż-żerriegħa kienet prodotta direttament minn żerriegħa ċertifikata uffiċjalment ta’ ġenerazzjonijiet qabel iż-żerriegħa bażika, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw ukoll ċertifikazjoni uffiċjali bħala żerriegħa bażika, jekk il-kondizzjonijiet preskritti għal dik il-kategorija huma sodisfatti.
Żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u tal-fibra li nġabret fil-Komunità u li hija maħsuba għaċ-ċertifikazzjoni skond il-paragrafu 1 għandha:
Id-dispożizzjonijiet fl-ewwel subparagrafu fuq l-ippakkeġġjar u l-ittikkettjar jistgħu ma jkunux meħtieġa jekk l-awtoritajiet responsabbli għall-ispezzjoni fil-post, dawk li jagħmlu d-dokumenti għaċ-ċertifikazzjoni taż-żerriegħa li ma kienux b’mod definittiv ċertifikati u dawk responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni huma l-istess, jew jekk jiftehmu fuq l-eżenzjoni.
L-Istati Membri għandhom jipprovdu wkoll li ż-żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u l-fibri maħsuda fi pajjiż terz għanda, fuq talba, tiġi ċertifikata b'mod uffiċjali jekk:
ġiet prodotta direttament minn:
żerriegħa bażika jew żerriegħa ċertifikata ta' l-ewwel ġenerazzjoni ċertifikata jew f'Stat Membru wieħed jew 'iżjed jew f'pajjiż terz li ġie mogħti ekwivalenza taħt l-Artikolu 20 (1)(b);
jew
it-taħlit ta' żerriegħa bażika ċertifikata b'mod uffiċjali fi Stat Membru ma' żerriegħa bażika ċertifikata b'mod uffiċjali fi pajjiż terz msemmi fi (i);
ġiet sottomessa għal spezzjoni fuq il-post li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fi deċiżjoni ta' ekwivalenza magħmula taħt l-Artikolu 20 (1)(a) għall-kategorija rilevanti;
eżaminazzjoni uffiċjali wriet li l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II għall-istess kategorija ġew sodisfatti.
L-Artikolu 19a
Għall-għanijiet tal-paragrafu 1:
“assoċjazzjoni diversa” tfisser assoċjazzjoni ta’ żerriegħa ċertifikata ta’ ibrida li tiddependi fuq il-pollinaturi uffiċjalment imdaħħla taħt id-Direttiva 2002/53/KE b’żerriegħa ċertifikata ta’ pollinatur/i wieħed jew aktar, bl-istess mod imdaħħla, u mekkanikament maqgħuda fi proporzjonijiet stabbiliti flimkien mill-persuni responsabbli għall-manutenzjoni ta’ dawn il-komponenti, b’dik il-kombinazzjoni li kienet notifikata lill-awtorità ċertifikata;
“ibridu dipendenti fuq il-pollinaturi” tfisser komponent sterili maskili fl-“assoċjazzjoni varjetali” (komponent femminili);
“pollinatur/i” tfisser komponent li jxerred il-polline fl-“assoċjazzjoni varjetali” (komponent maskili).
Artikolu 20
Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jiddetermina jekk:
fil-każ provdut fl-Artikolu 18, l-ispezzjonijiet fil-post fil-pajjiż terz jissodisfaw il-kondizzjonijiet preskritti fl-Anness I;
żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u tal-fibri li ġiet maħsuda f'pajjiż terz u li għandha l-istess assigurazzjonijiet fir-rigward tal-karatteristiċi tagħha u l-arranġamenti għall-eżaminazzjoni tagħha, biex tiġi żgurata l-identità, għall-immarkar u għall-kontroll hi f'dawn l-aspetti ekwivalenti għal żerriegħa maħsuda fi ħdan il-Komunità u li tikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva.
Artikolu 21
Artikolu 22
Mingħajr preġudizzju għall-moviment liberu taż-żerriegħa ġewwa l-Komunità, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li huma forniti bid-dettalji li ġejjin matul il-marketing ta’ kwantitajiet li jaqbżu żewġ kilogrammi ta’ żerriegħa importata minn terzi pajjizi:
speċi
(b)varjeta;
kategorija;
pajjiż ta’ produzzjoni u l-awtorità ta’ spezzjoni uffiċjali;
pajjiż ta’ spedizzjoni;
importatur;
kwantità ta’ żerriegħa.
Il-mod kif dawn id-dettalji huma preżentati jistgħu jkunu determinati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2).
L-Artikolu 23
Testijiet u provi tal-Komunità għandhom jitwettqu fi ħdan il-Komunità għall-kontroll ta’ wara tal-kampjuni ta’ żerriegħa tax-xtieli taż-żejt u tal-fibra mqiegħda fis-suq skond id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, sew jekk obbligatorji jew liberi, u meħuda waqt li jittħedu l-kampjuni. It-testijiet u provi komparattivi jistgħu jinkludu dawn li ġejjin:
Il-kontribuzzjoni finanzjarja mgħandhiex tkun aktar mis-somma ta’ flus ivvotata mill-awtorità dwar il-budget.
Artikolu 24
Għandhom ikunu adottati emendi li għandhom isiru għall-kontenut ta’ l-Annessi fid-dawl ta’ l-iżvilupp ta’ l-għarfien xjentifiku jew tekniku skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2).
Artikolu 25
Il-perjodu preskritt fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun iffissat għal xahar.
Artikolu 26
Ħlief kif provdut xort’oħra fl-Anness II dwar il-preżenza ta’ mard, organiżmi dannużi u l-vetturi tagħhom, din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-disposizzjoniiet tal-liġijiet nazzjonali ġustifikati fuq il-bażi tal-ħarsien tas-saħħa u l-ħajja tal-bnedmin, l-annimali jew il-pjanti jew il-protezzjoni ta’ propjetà industrijali u kummerċjali.
Artikolu 27
Jistgħu jkunu stabbiliti kondizzjonijiet speċifiċi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2) biex jikkonsidraw l-iżviluppi fl-oqsma ta’:
kondizzjonijiet taħt liema żerriegħa trattata kimikament tista’ tkun mibjugħa;
kondizzjonijiet taħt liema ż-żerriegħa tista’ tinbiegħ fir-rigward tal-konservazzjoni fil-post u l-użu sostenibbli tar-riżorsi ġenetiċi tal-pjanti, inkluż taħlitiet taż-żerriegħa ta’ speċi li jinkludu wkoll speċi elenkati fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2002/53/KE, u huma assoċjati ma’ ambjent naturali u huma mhedda b’erożjoni ġenetika;
kondizzjonijiet li taħthom żerriegħa xierqa għall-produzzjoni organika tista’ tiġi mibjugħa.
Il-kondizzjonijiet speċifiċi msemmija fil-paragrafu 1(b) għandhom jinkludu partikolarment il-punti li ġejjin:
iż-żerriegħa ta’ dawn l-ispeċi għandhom ikunu ta’ provenjenza magħrufa approvata mill-Awtorità xierqa f’kull Stat Membru għall-marketing taż-żerriegħa f’oqsma definiti;
restrizzjonijiet kwantitattivi xierqa.
Artikolu 28
Ma’ l-applikazzjoni minn Stat Membru, li tkun ittrattata kif imsemmi fl-Artikolu 25(2), dak l-Istat jista’ jkun rilaxxat għal kollox jew parzjalment mill-obbligu li japplika d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, bl-eċċezzjoni ta’ l-Artikolu 17:
fir-rigward ta’ l-ispeċi li ġejjin:
fir-rigward ta’ speċi oħra li m’humiex normalment riprodotti jew mibjugħa fit-territorju tiegħu.
Artikolu 29
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi domestika li jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.
Il-Kummissjoni għandha tinforma l-Istati Membri l-oħra b’dan.
Artikolu 30
Mhux aktar tard mill-1 ta’ Frar 2004, il-Kummissjoni għandha tissottometti valutazzjoni dettaljata tas-simplifikazzjonijiet tal-proċeduri ta’ ċertifikazzjoni introdotti bl-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/96/KE. Din il-valutazzjoni għandha tiffoka partikolarment fuq l-effetti possibbli fuq il-kwalità taż-żerriegħa.
Artikolu 31
Artikolu 32
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dik tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Artikolu 33
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS I
KUNDIZZJONIJIET LI GĦANDHOM IKUNU SODISFATTI MILL-PRODOTT
|
1. |
Il-prodott ta’ qabel tal-għalqa ma jridx ikun inkompatibbli mal-produzzjoni taż-żerriegħa tal-ispeċi u l-varjetà tal-prodott, u l-għalqa għandha tkun biżżejjed ħielsa minn dawn il-pjanti li huma volontieri mill-prodott ta’ qabel. Fil-każ tal-ibridi ta’ Brassica napus, il-prodott għandu jiġi kkultivat fuq art ta’ produzzjoni fejn ma ġewx imkabbra l-pjanti Brassicaceae (Cruciferae) f’dawn l-aħħar ħames snin. |
|
2. |
Il-prodott għandu jikkonforma mal-istandards li ġejjin fir-rigward ta’ distanzi minn sorsi mill-viċin ta’ trab dakkari li jista’ jirriżulta f’dakkir barrani mhux mixtieq:
Dawn id-distanzi jistgħu jkunu mwarrba jekk hemm protezzjoni biżżejjed minn kull dakkir barrani. |
|
3. |
Il-prodott għandu jkollu identità u purezza varjetali suffiċjenti jew, fil-każ ta’ prodott ta’ linja konġenita, identità u purezza suffiċjenti relattivi għall-karatteristiċi tiegħu. Għall-produzzjoni ta’ żerriegħa ta’ varjetajiet ibridi, id-dispożizzjonijiet hawn fuq imsemmija għandhom japplikaw ukoll għall-karatteristiċi tal-komponenti, li jinkludu sterilità maskili u r-restorazzjoni tal-fertilità. B’mod partikolari, il-prodotti Brassica juncea, Brassica nigra, Cannabis sativa, Carthamus tinctorius, Carum carvi, Gossypium spp. u l-ibridi Helianthus annuus u Brassica napus għandhom iħarsu standards oħra jew il-kundizzjonijiet li ġejjin:
A.
Brassica juncea, Brassica nigra, Cannabis sativa, Carthamus tinctorius, Carum carvi u Gossypium spp. għajr ibridi: l-għadd ta’ pjanti tal-ispeċijiet tal-prodott li huma meqjusa, b’mod ċar, bħala li mhumiex konformi mal-varjetà ma għandhomx jaqbżu:
—
wieħed għal kull 30 m2 għall-produzzjoni ta’ żerriegħa bażika,
—
wieħed għal kull 10 m2 għall-produzzjoni ta’ żerriegħa ċċertifikata;
B.
Ibridi ta’ Helianthus annuus:
(a)
il-perċentwal skont l-għadd tal-pjanti li huma rikonoxxibbli bħala li ovvjament mhumiex veraċi għal-linja konġenita jew għall-komponent ma għandux jaqbeż:
(b)
L-istandards jew kundizzjonijiet oħra li ġejjin għandhom ikunu sodisfatti għall-produzzjoni ta’ żerriegħa tal-varjetajiet ibridi:
(aa)
biżżejjed trab dakkari għandu jfarfar mill-pjanti tal-komponent maskili waqt li l-pjanti tal-komponent femminili huma bil-fjuri;
(bb)
fejn il-komponenti femminili għandhom stigmi riċettivi, il-persentaġġ ta’ pjanti b’dan il-komponent li waqqgħu t-trab dakkari jew li qed iwaqqgħu t-trab dakkari ma għandux jaqbeż 0,5 %;
(cc)
għall-produzzjoni taż-żerriegħa bażika l-perċentwal totali skont l-għadd tal-pjanti tal-komponent feminili li huma rikonoxxibbli bħala li huma ovvjament mhux veri għall-komponent u li farfru t-trab dakkari jew qed ifarfru t-trab dakkari ma għandux jaqbeż 0,5 %;
(dd)
meta l-kundizzjoni preskritta f’Anness II(I)(2) ma tistax tkun sodisfatta, għandhom jiġu ssodisfatti dawn il-kundizzjonijiet: għandu jiġi użat komponent maskili sterili sabiex jipproduċi żerriegħa ċċertifikata bl-użu ta’ komponent maskili li jkun fih linja jew linji speċifiċi ta’ radd lura sabiex terz mill-pjanti mill-ibridu li jirriżultaw irid jipproduċi trab dakkari li f’kull rispett jidher normali;
C.
Ibridi ta’ Brassica napus, prodotti billi ntużat sterilità maskili:
(a)
il-perċentwal skont l-għadd tal-pjanti li huma rikonoxxibbli bħala li ovvjament mhumiex veraċi għal-linja konġenita jew għall-komponent ma għandux jaqbeż:
(b)
L-isterilità maskili għandha tkun minn tal-inqas 99 % tal-produzzjoni għaż-żerriegħa bażika u 98 % għall-produzzjoni ta’ żerriegħa ċċertifikata. Il-livell ta’ sterilità maskili għandu jkun stmat fuq eżami tal-fjuri fin-nuqqas ta’ anteri fertili;
D.
L-ibridi ta’ Gossypium hirsutum u Gossypium barbadense:
(a)
il-prodotti għall-produzzjoni taż-żerriegħa bażika ta’ linji parentali Gossypium hirsutum u Gossypium barbadense, il-purità minima varjetali kemm tal-linji parentali femminili u maskili għandhom ikunu 99,8 % meta 5 % jew aktar tal-pjanti li jġorru ż-żerriegħa jkollhom fjuri riċettivi tat-trab dakkari. Il-livell ta’ sterilità maskili tal-linja parenteli li jġorru żerriegħa għandu jkun stmat mill-eżaminazzjoni tal-fjuri għall-presenza ta’ anteri sterili u ma għandux ikun inqas minn 99,9 %
(b)
fi prodotti li jipproduċu żerriegħa ċċertifikata ta’ varjetajiet ibridi ta’ Gossypium hirsutum u/jew Gossypium barbadense, il-purezza varjetali minima tal-ġenitur li jġorr iż-żerriegħa u tal-linja tal-parenteli tat-trab dakkari għandha tkun 99,5 % meta 5 % jew aktar ta’ pjanti li fihom iż-żerriegħa għandhom fjuri riċettivi għat-trab dakkari. Il-livell ta’ sterilità maskili tal-linja tal-ġenitur li jġorr żerriegħa għandu jiġi stimat bl-eżaminazzjoni tal-fjuri għall-presenza ta’ anteri sterili u ma għandux ikun inqas minn 99,7 %. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
3a. |
Fil-każ fejn, wara l-implimentazzjoni tal-punti 1 u 3, xorta jkun hemm dubju fir-rigward tal-identità varjetali taż-żrieragħ, l-awtorità taċ-ċertifikazzjoni tista’ tuża, għall-eżaminazzjoni ta’ dik l-identità, teknika bijokimika jew molekulari rikonoxxuta internazzjonalment u riproduċibbli, f’konformità mal-istandards internazzjonali applikabbli. |
|
4. |
L-uċuħ tar-raba’ għandhom ikun prattikament ħielsa minn kull organiżmu ta’ ħsara li jnaqqas l-utilità u l-kwalità tal-materjal tal-propagazzjoni. L-uċuħ tar-raba’ għandhom jikkonformaw ukoll mar-rekwiżiti li jikkonċernaw il-pesti ta’ kwarantina fl-Unjoni, il-pesti ta’ kwarantina f’żona protetta u l-pesti rregolati mhux ta’ kwarantina (“RNQPs”) previsti fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont ir-Regolament (UE) 2016/2031 ( 2 ), kif ukoll mal-miżuri adottati skont l-Artikolu 30(1) ta’ dak ir-Regolament. Il-preżenza tal-RNQPs fuq l-uċuħ tar-raba’ għandha tkun konformi mar-rekwiżiti li ġejjin kif stabbilit fit-tabella:
|
|||||||||||||||
|
5. |
It-twettiq ta’ standards oħra jew kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq għandhom, fil-każ ta’ żerriegħa bażika, ikunu eżaminati fi spezzjonijiet uffiċjali fil-post jew fi spezzjonijiet magħmula taħt is-superviżjoni uffiċjali. Dawn l-ispezzjonijiet fil-post għandhom isiru skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:
A.
Il-kundizzjoni u l-istadju tal-iżvilupp tal-prodott għandhom jippermettu eżami adegwat.
B.
F’każijiet għajr prodotti ta’ ibridi ta’ Helianthus annuus, Brassica napus, Gossypium hirsutum u Gossypium barbadense, għandu jkun hemm minn tal-inqas spezzjoni waħda. Fil-każ ta’ ibridi ta’ Helianthus annuus għandu jkun hemm minn tal-inqas żewġ spezzjonijiet. Fil-każ ta’ ibridi ta’ Brassica napus għandu jkun hemm minn tal-inqas tliet spezzjonijiet: l-ewwel waħda għandha ssir qabel il-fażi ta’ twarrid, it-tieni fil-bidu tat-twarrid u t-tielet fl-aħħar tal-fażi tat-twarrid. Fil-każ tal-ibridi ta’ Gossypium hirsutum u/jew Gossypium barbadense għandhu jkun hemm tal-anqas tliet ispezzjonijiet: l-ewwel waħda għandha ssir fil-bidu bikri tat-twarrid, it-tieni qabel l-aħħar tal-fażi tat-twarrid u t-tielet fl-aħħar tal-fażi tat-twarrid wara t-tneħħija, fejn adatt, tal-pjanti tal-ġenitur tat-trab tad-dakkir.
C.
Il-qies, l-għadd u d-distribuzzjoni tal-proporzjonijiet tal-għalqa li sejra tkun spezzjonata biex ikun eżaminat is-sodisfazzjon tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Anness, għandhom ikunu stabbiliti bi qbil ma’ metodi xierqa. |
ANNESS II
KUNDIZZJONIJIET LI GĦANDHOM IKUNU SODISFATTI MIŻ-ŻERRIEGĦA
I. ŻERRIEGĦA BAŻIKA U ĊĊERTIFIKATA
|
1. |
Iż-żerriegħa għandha jkollha biżżejjed identità u purità varjetali. B’mod partikolari, żrieragħ tal-ispeċijiet elenkati hawn isfel għandhom jikkonformaw ma’ standards oħra jew mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
Il-varjetà minima varjetali għandha tkun eżaminata l-aktar fl-ispezzjonijiet fil-post magħmula skont il-kundizzjonijiet preskritti fl-Anness I. |
|
2. |
Fil-każ ta’ ibridi ta’ Brassica napus prodotti billi ntużat sterilità maskili, iż-żerriegħa għandha tikkonforma mal-kundizzjonijiet u l-istandards stabbiliti fil-punti (a) sa (d).
(a)
Iż-żerriegħa għandha jkollha identità u purezza suffiċjenti relatati mal-karatteristiċi varjetali tal-komponenti tagħha, li jinkludu sterilità maskili jew restorazzjoni tal-fertilità.
(b)
Il-purezza varjetali minima taż-żerriegħa għandha tkun:
—
żerriegħa bażika, komponent femminili: 99,0 %;
—
żerriegħa bażika, komponent maskili: 99,9 %;
—
żerriegħa ċċertifikata ta' varjetajiet tal-kolza tax-xitwa Żvediżi: 90,0 %;
—
żerriegħa ċċertifikata ta' varjetajiet tal-kolza tar-rebbiegħa Żvediżi: 85,0 %.
(c)
Iż-żerriegħa tista’ tkun iċċertifikata biss wara li ttieħdu testijiet wara l-kontrolli uffiċjali fuq kampjuni ta’ żerriegħa bażika li ttieħdu uffiċjalment u magħmula waqt l-istaġun tat-tabbir taż-żerriegħa mdaħħla għaċ-ċertifikazzjoni, l-iskop tal-kontrolli hu li jiġi vverifikat jekk iż-żerriegħa bażika tissodisfax il-ħtiġiet ta’ identità relatati mal-karatteristiċi tal-komponenti, li jinkludu sterilità maskili u l-istandards għaż-żerriegħa bażika stabbiliti fir-rigward ta’ purezza varjetali minima stabbilita fil-punt (b). Fil-każ ta’ żerriegħa bażika ta’ ibridi, il-purezza varjetali tista’ tiġi stmata b’metodi bijokimiċi approprijati.
(d)
Il-konformità mal-istandards relatati mal-purezza varjetali minima stabbiliti fil-punt (b) fir-rigward ta’ żerriegħa ċċertifikata ta’ ibridi għandhom ikunu osservati minn testijiet li jsiru wara l-kontrolli uffiċjali fuq proporzjon ta’ kampjun adatt li jittieħed uffiċjalment. Jistgħu jintużaw metodi bijokimiċi approprijati. |
|
3. |
Meta l-kundizzjoni stipulata f’Anness I(3)(B)(b)(dd) ma tistax tkun sodisfatta, għandha tiġi sodisfatta l-kundizzjoni li ġejja: fejn intużaw għall-produzzjoni ta’ żerriegħa ċċertifikata ta’ ibridi ta’ Helianthus annuus komponent femminili maskili-sterili u komponent maskili li ma jistabbilixxix mill-ġdid il-fertilità maskili, iż-żerriegħa prodotta mill-ġenitur maskili-sterili għandha titħallat ma’ żerriegħa prodotta mill-ġenitur kompletament fertili taż-żerriegħa. Ir-rapport ta’ żerriegħa tal-ġenitur b’sterilità maskili mal-ġenitur b’fertilità maskili ma għandhiex taqbeż tnejn għal wieħed. |
|
4. |
Iż-żerriegħa għandha tikkonforma ma’ standards jew mal-kundizzjonijiet oħra fir-rigward tat-tfellis, purità analitika u kontenut taż-żrieragħ tal-ispeċijiet ta’ pjanti oħra inkluż Orobanche spp.:
A.
Tabella:
B.
Standards oħra jew kundizzjonijiet applikabbli meta ssir referenza dwarhom fit-tabella taħt it-Taqsima I(4)(A) ta’ dan l-Anness:
(a)
il-kontenut massimu ta’ żrieragħ preskritti fil-kolonna 5 jinkludi wkoll żrieragħ tal-ispeċi fil-kolonni 6 sa 11;
(b)
id-determinazzjoni tal-kontenut totali ta’ żrieragħ ta’ speċi oħra ta’ pjanti skont l-għadd ma għandhomx għalfejn isiru sakemm ma jkunx hemm dubju jekk il-kundizzjonijiet preskritti fil-kolonna 5 ġew sodisfatti;
(c)
id-determinazzjoni ta’ żrieragħ Cuscuta spp. skont l-għadd ma għandux għalfejn isir sakemm ma jkunx hemm dubju jekk il-kundizzjonijiet preskritti fil-kolonna 7 ġewx sodisfatti;
(d)
il-preżenza ta’ żerriegħa waħda Cuscuta spp. f’kampjun tal-piż preskritt ma għandhiex titqies bħala impurità meta t-tieni kampjun tal-istess piż hu ħieles minn kull żerriegħa Cuscuta spp.;
(e)
iż-żerriegħa għandha tkun ħielsa minn Orobanche spp.; iżda l-preżenza ta’ żerriegħa waħda Orobanche spp.; f’kampjun ta’ 100 gramma ma għandhiex titqies bħala impurità meta t-tieni kampjun ta’ 200 gramma hu ħieles minn kull żrieragħ Orobanche spp. |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
5. |
Iż-żerriegħa għandha tkun prattikament ħielsa minn kull organiżmu ta’ ħsara li jnaqqas l-utilità u l-kwalità tal-materjal tal-propagazzjoni. Iż-żerriegħa għandha tikkonforma wkoll mar-rekwiżiti li jikkonċernaw il-pesti ta’ kwarantina fl-Unjoni, il-pesti ta’ kwarantina f’żona protetta u l-RNQPs previsti fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont ir-Regolament (UE) 2016/2031, kif ukoll mal-miżuri adottati skont l-Artikolu 30(1) ta’ dak ir-Regolament. Il-preżenza tal-RNQPs fuq iż-żrieragħ u fuq il-kategoriji rispettivi għandha tkun konformi mar-rekwiżiti li ġejjin kif stabbilit fit-tabella:
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
II. ŻERRIEGĦA KUMMERĊJALI
Bl-eċċezzjoni tat-Taqsima 1, il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Anness II(I) għandhom japplikaw għaż-żerriegħa kummerċjali.
ANNESS III
PIŻIJIET TAL-LOTT U TAL-KAMPJUN
|
Speċijiet |
Piż massimu ta’ lott (f’tunnellati) |
Piż minimu ta’ kampjun li jittieħed minn lott (grammi) |
Piż tal-kampjun biex jiġi ddeterminat l-għadd ipprovdut fil-kolonni 5 sa 11 tal-Anness II (I)(4)(A) u l-kolonni 5 tal-Anness II(II)(5)(A) (grammi) |
|
1 |
2 |
3 |
4 |
|
Arachis hypogaea |
30 |
1 000 |
1 000 |
|
Brassica juncea |
10 |
100 |
40 |
|
Brassica napus |
10 |
200 |
100 |
|
Brassica nigra |
10 |
100 |
40 |
|
Brassica rapa |
10 |
200 |
70 |
|
Cannabis sativa |
10 |
600 |
600 |
|
Carthamus tinctorius |
25 |
900 |
900 |
|
Carum carvi |
10 |
200 |
80 |
|
Glycine max |
30 |
1 000 |
1 000 |
|
Gossypium spp. |
25 |
1 000 |
1 000 |
|
Helianthus annuus |
25 |
1 000 |
1 000 |
|
Linum usitatissimum |
10 |
300 |
150 |
|
Papaver somniferum |
10 |
50 |
10 |
|
Sinapis alba |
10 |
400 |
200 |
Il-piż massimu tal-lott ma għandux jaqbeż iżjed minn 5 %.
ANNESS IV
TIKKETTA
A. Informazzjoni meħtieġa
Għal żerriegħa bażika u żerriegħa ċertifikata
“Regoli u standards KE”.
Awtorità ta’ ċertifikazzjoni u Stati Membri jew l-inizzjali tagħhom.
Numru serjali assenjat uffiċjalment.
Xahar u sena ta’ l-issiġillar imfisser hekk: “siġillat… (xahar u sena)”, jew
xahar u sena ta’ l-aħħar kampjunatura uffiċjali għall-iskop taċ-ċertifikazzjoni espressa hekk: “kampjun meħud…(xahar u sena)”.
Numru tar-referenza tal-lott.
Speċi, indikati ta’ l-anqas taħt l-isem botaniku tagħhom, li jistgħu jingħataw f’forma mqassra u mingħajr l-ismijiet ta’ l-awturi, f’karattri rumani.
Varjetà, indikata ta’ l-anqas f’karattri rumani.
Kategorija.
Pajjiż ta’ produzzjoni
Piż dikjarat nett jew gross.
Meta l-piż huwa indikat u pestiċidi granulati, sostanzi pallottolati, jew meta jintużaw addittivi solidi oħra, in-natura ta’ l-addittiv u r-rapport approssimattiv bejn il-piż taż-żerriegħa pura u l-piż totali.
Fil-każ tal-varjetajiet li huma ibridi jew linji konġeniti:
Fejn ta’ l-anqas il-ġerminazzjoni kienet pruvata mill-ġdid, il-kliem “pruvat mill-ġdid… (xahar u sena)” u s-servizz responsabbli għal din il-prova mill-ġdid jista’ jkun indikata. Din l-informazzjoni tista’ tingħata fuq stikker uffiċjali mwaħħla fuq it-tikketta uffiċjali.
Skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 25(2), l-Istati Membri jistgħu ikunu rilaxxati mill-ħtiġiet li jindikaw l-isem botaniku fir-rigward ta’ l-ispeċi individwali u, fejn xieraq, għall-perjodi limitati meta kien stabbilit li l-iżvantaġġi ta’ l-implimentazzjoni tiegħu ikunu akbar mill-vantaġġi mistennija għall-marketing taż-żerriegħa.
Għal żerriegħa ċċertifikata ta’ assoċjazzjoni varjetali:
Għaż-żerriegħa kummerċjali
“Regoli u l-istandards KE”.
“Żerriegħa kummerċjali (mhux ċertifikata rigward il-varjetà)”.
Awtorità ta’ ċertifikazzjoni u Stati Membri jew l-inizjali tagħhom.
Numru serjali assenjat uffiċjalment.
Xahar u sena ta’ l-issiġillar imfissra hekk: “siġillat… (xahar u sena)”.
Numru ta’ referenza tal-lott.
Speċi, indikati ta’ l-anqas taħt taħt l-isem botaniku tagħhom, li jistgħu jingħataw f’forma mqassra u mingħajr l-ismijiet ta’ l-awturi, f’karattri rumani.
Reġjun tal-produzzjoni.
Piż dikjarat nett jew gross.
Meta l-piż huwa indikat u huma użati pestiċidi granulati, sostanzi pallottolati, jew addittivi solidi oħra, in-natura ta’ l-addittiv kif ukoll r-rapport approssimattiv bejn il-piż ta’ żrieragħ u l-piż totali.
Fejn għall-inqas il-ġerminazzjoni ġiet pruvata mill-ġdid, il-kliem “pruvat mill-ġdid…(xahar u sena)” u s-servizz responsabbli minn din il-prova mill-ġdid jista’ jkun indikat. Din l-informazzjoni tista’ tingħata fuq stikker uffiċjali mwaħħal mat-tikketta uffiċjali.
Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2), l-Istati Membri jistgħu jkunu rilaxxati mill-ħtieġa li jkun indikat l-isem botaniku dwar l-ispeċi individwali u, fejn xieraq, għall-perjodi limitati meta jkun stabbilit li l-iżvantaġġi ta’ l-implimentazzjoni tiegħu ikunu akbar mill-vantaġġi mistennija għall-marketing taż-żerriegħa.
B. Dimensjonijiet minimi
110 mm × 67 mm.
ANNESS V
TIKKETTA U DOKUMENT PROVDUTI FIL-KAŻ TA’ ŻERRIEGĦA MHUX ĊERTIFIKATA FINALMENT, MIĠBURA FI STAT MEMBRU IEĦOR
A. Informazzjoni meħtieġa għat-tikketta
Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2), l-Istati Membri jistgħu jkunu rilaxxati mill-ħtieġa li jkun indikat l-isem botaniku fir-rigward ta’ speċi individwali u, fejn xieraq, għall-perjodi limitati meta kien stabbilit li l-iżvantaġġi ta’ l-implimentazzjoni tagħha huma akbar mill-vantaġġi mistennija għall-marketing taż-żerriegħa.
B. Kulur tat-tikketta
It-tikketta għandha tkun griża.
Ċ. Informazzjoni meħtieġa għad-dokument
ANNESS VI
PARTI A
DIRETTIVA MĦASSRA U L-EMENDI SUĊĊESSIVI TAGĦHA
(msemmija fl-Artikolu 31)
|
Direttiva 69/208/KEE (ĠU L 169, 10.7.1969, p. 3) |
|
|
Direttiva tal-Kunsill 71/162/KEE (ĠU L 87, 17.4.1971, p. 24) |
l-Artikolu 5 biss |
|
Direttiva tal-Kunsill 72/274/KEE (ĠU L 171, 29.7.1972, p. 37) |
rigward referenzi biss magħmulagħad-disposizzjonijiet69/208/KEE fl-Artikoli 1 u 2 |
|
Direttiva tal-Kunsill 72/418/KEE (ĠU L 287, 26.12.1972, p. 22) |
l-Artikolu 5 biss |
|
Direttiva tal-Kunsill 73/438/KEE (ĠU L 356, 27.12.1973, p. 79) |
l-Artikolu 5 biss |
|
Direttiva tal-Kunsill 75/444/KEE (ĠU L 196, 26.7.1975, p. 6) |
l-Artikolu 5 biss |
|
Direttiva tal-Kunsill 78/55/KEE (ĠU L 16, 20.1.1978, p. 23) |
l-Artikolu 5 biss |
|
Direttiva tal-Kummissjoni 78/388/KEE (ĠU L 113, 25.4.1978, p. 20) |
|
|
Direttiva tal-Kunsill 78/692/KEE (ĠU L 236, 26.8.1978, p. 13) |
l-Artikolu 6 biss |
|
Direttiva tal-Kunsill 78/1020/KEE (ĠU L 350, 14.12.1978, p. 27) |
l-Artikolu 3 biss |
|
Direttiva tal-Kummissjoni 79/641/KEE (ĠU L 183, 19.7.1979, p. 13) |
l-Artikolu 3 biss |
|
Direttiva tal-Kummissjoni 80/304/KEE (ĠU L 68, 14.3.1980, p. 33) |
|
|
Direttiva tal-Kummissjoni 81/126/KEE (ĠU L 67, 12.3.1981, p. 36) |
l-Artikolu 4 biss |
|
Direttiva tal-Kummissjoni 82/287/KEE (ĠU L 131, 13.5.1982, p. 24) |
l-Artikoli 3 u 4 biss |
|
Direttiva tal-Kunsill 82/727/KEE (ĠU L 310, 6.11.1982, p. 21) |
|
|
Direttiva tal-Kummissjoni 82/859/KEE (ĠU L 357, 18.12.1982, p. 31) |
|
|
Direttiva tal-Kunsill 86/155/KEE (ĠU L 118, 7.5.1986, p. 23) |
l-Artikolu 4 |
|
Direttiva tal-Kummissjoni 87/120/KEE (ĠU L 49, 18.2.1987, p. 39) |
l-Artikolu 4 |
|
Direttiva tal-Kummissjoni 87/480/KEE (ĠU L 273, 26.9.1987, p. 43) |
l-Artikolu 2 |
|
Direttiva tal-Kunsill 88/332/KEE (ĠU L 151, 17.6.1988, p. 82) |
l-Artikolu 7 |
|
Direttiva tal-Kunsill 88/380/KEE (ĠU L 187, 16.7.1988, p. 31) |
l-Artikolu 5 biss |
|
Direttiva tal-Kunsill 90/654/KEE (ĠU L 353, 17.12.1990, p. 48) |
li jkollha riferenza biss għad-disposizzjonijiet tad-Direttiva69/208/KEE fl-Artikolu 2 u għall-Anness II(I)(5) |
|
Direttiva tal-Kummissjoni 92/9/KEE (ĠU L 70, 17.3.1992, p. 25) |
|
|
Direttiva tal-Kummissjoni 92/107/KEE (ĠU L 16, 25.1.1993, p. 1) |
|
|
Direttiva tal-Kummissjoni 96/18/KE (ĠU L 76, 26.3.1996, p. 21) |
l-Artikolu 2 |
|
Direttiva tal-Kunsill 96/72/EC (ĠU L 304, 27.11.1996, p. 10) |
l-Artikolu 1(5) |
|
Direttiva tal-Kunsill 98/95/EC (ĠU L 25, 1.2.1999, p. 1) |
l-Artikolu 5 biss |
|
Direttiva tal-Kunsill 98/96/EC (ĠU L 25, 1.2.1999, p. 27) |
l-Artikolu 5 biss |
PARTI B
SKADENZI GĦAT-TRASPOSIZZJONI FIL-LIĠI NAZZJONALI
(msemmija mill-Artikolu 31)
|
Direttiva |
Skadenza għat-trasposizzjoni |
|
69/208/KEE |
|
|
71/162/KEE |
L-1 ta' Lulju 1970 (Artikolu 5(1), (2) u (7)) |
|
L-1 ta' Lulju 1972 (Artikolu 5(3)) |
|
|
L-1 ta' Lulju 1971 (disposizzjonijiet oħra) (1) |
|
|
72/274/KEE |
L-1 ta' Lulju 1972 (Artikolu 1) |
|
1 January 1973 (Artikolu 2) |
|
|
72/418/KEE |
L-1 ta' Lulju 1973 |
|
73/438/KEE |
L-1 ta' Lulju 1973 (Artikolu 5(3) |
|
1 January 1974 (Artikolu 5(4) |
|
|
L-1 ta' Lulju 1974 (disposizzjonijet oħra) |
|
|
75/444/KEE |
L-1 ta' Lulju 1975 (Artikolu 5(2) |
|
L-1 ta' Lulju 1977 (disposizzjonijet oħra) |
|
|
78/55/KEE |
L-1 ta' Lulju 1978 (Artikolu 5(2) |
|
L-1 ta' Lulju 1979 (disposizzjonijet oħra) |
|
|
78/388/KEE |
|
|
L-1 ta' Lulju 1980 (disposizzjonijet oħra) |
|
|
78/692/KEE |
L-1 ta' Lulju 1977 (Artikolu 6) |
|
L-1 ta' Lulju 1979 (disposizzjonijet oħra) |
|
|
78/1020/KEE |
L-1 ta' Lulju 1977 |
|
79/641/KEE |
L-1 ta' Lulju 1980 |
|
80/304/KEE |
L-1 ta' Lulju 1980 |
|
81/126/KEE |
L-1 ta' Lulju 1982 |
|
82/287/KEE |
1 January 1983 |
|
82/727/KEE |
L-1 ta' Lulju 1982 |
|
82/859/KEE |
L-1 ta' Lulju 1983 |
|
86/155/KEE |
1 Marzu 1986 (Artikoli 4(3), (4) u 5) |
|
L-1 ta' Lulju 1987 (disposizzjonijet oħra) |
|
|
87/120/KEE |
1 Ġunju 1988 |
|
87/480/KEE |
L-1 ta' Lulju 1990 |
|
88/332/KEE |
|
|
88/380/KEE |
L-1 ta' Lulju 1992 (Artikolu 5(10), (19), (23) u (25) (5) u Artikolu 5(12)) |
|
L-1 ta' Lulju 1990 (disposizzjonijet oħra) |
|
|
90/654/KEE |
|
|
92/9/KEE |
30 ta' Ġunju 1992 |
|
92/107/KEE |
L-1 ta' Lulju 1994 |
|
96/18/KE |
L-1 ta' Lulju 1996 |
|
96/72/KE |
L-1 ta' Lulju 1997 (6) |
|
98/95/KE |
L-1 ta' Frar 2000 (Corrigendum ĠU L 126, 20.5.1999, p. 23) |
|
98/96/KE |
L-1 ta' Frar 2000 |
|
(1)
Għad-Danimarka, Irlanda u r-Renju Unit,l-1 ta' Lulju 1973 għall-Artikolu 14(1); L-1 ta' Lulju 1974 għad-disposizzjonijet oħra dwar iż-żerriegħa bażika u L-1 ta' Lulju 1976 għad-disposizzjonijet oħra.
(2)
l-1 ta' Jannar 1986 għall-Greċja, l-1 ta'Mazu 1986 għal Spanja, u l-1 ta' Jannar 1991 għall- Portugall
(3)
Dwar l-Anness I(3).
(4)
Dwar l-Anness II(I)(1).
(5)
Safejn dawn id-disposizzjonijiet jeħtieġu isem botaniku ta' speċi li għandha tkun indikata fuq it-tikketta ta' żerriegħa.
(6)
L-istokk li baqa' ta' tikketti li jkollhom it-taqsira KEE jistgħu jibqgħu jintżaw sat-31 ta' Diċembru 2001. |
|
ANNESS VII
TABELLA TA' KORRISPONDENZA
|
Direttiva 69/208/KEE |
Din id-Direttiva |
|
Artikolu 1 |
Artikolu 1, l-ewwel sub-paragrafu |
|
Artikolu 17 |
Artikolu 1, it-tieni paragrafu |
|
Artikolu 1(a) |
Artikolu 2(1)(a) |
|
Artikolu 2(1)(A) |
Artikolu 2(1)(b) |
|
Artikolu 2(1)(B)(a) |
Artikolu 2(1)(ċ)(i) |
|
Artikolu 2(1)(B)(b) |
Artikolu 2(1)(ċ)(ii) |
|
Artikolu 2(1)(B)(ċ) |
Artikolu 2(1)(ċ)(iii) |
|
Artikolu 2(1)(B)(d) |
Artikolu 2(1)(ċ)(iv) |
|
Artikolu 2(1)(Ba)(1)(a) |
Artikolu 2(1)(d)(1)(i) |
|
Artikolu 2(1)(Ba)(1)(b) |
Artikolu 2(1)(d)(1)(ii) |
|
Artikolu 2(1)(Ba)(2)(a) |
Artikolu 2(1)(d)(2)(i) |
|
Artikolu 2(1)(Ba)(2)(b) |
Artikolu 2(1)(d)(2)(ii) |
|
Artikolu 2(1)(Ba)(2)(ċ) |
Artikolu 2(1)(d)(2)(iii) |
|
Artikolu 2(1)(ċ)(a) |
Artikolu 2(1)(e)(i) |
|
Artikolu 2(1)(ċ)(b) |
Artikolu 2(1)(e)(ii) |
|
Artikolu 2(1)(ċ)(ċ) |
Artikolu 2(1)(e)(iii) |
|
Artikolu 2(1)(ċ)(d) |
Artikolu 2(1)(e)(iv) |
|
Artikolu 2(1)(D)(a) |
Artikolu 2(1)(f)(i) |
|
Artikolu 2(1)(D)(b) |
Artikolu 2(1)(f)(ii) |
|
Artikolu 2(1)(D)(ċ) |
Artikolu 2(1)(f)(iii) |
|
Artikolu 2(1)(D)(d) |
Artikolu 2(1)(f)(iv) |
|
Artikolu 2(1)(E)(a) |
Artikolu 2(1)(g)(i) |
|
Artikolu 2(1)(E)(b) |
Artikolu 2(1)(g)(ii) |
|
Artikolu 2(1)(E)(ċ) |
Artikolu 2(1)(g)(iii) |
|
Artikolu 2(1)(E)(d) |
Artikolu 2(1)(g)(iv) |
|
Artikolu 2(1)(Ea)(a) |
Artikolu 2(1)(h)(i) |
|
Artikolu 2(1)(Ea)(b) |
Artikolu 2(1)(h)(ii) |
|
Artikolu 2(1)(Ea)(ċ) |
Artikolu 2(1)(h)(iii) |
|
Artikolu 2(1)(Ea)(d) |
Artikolu 2(1)(h)(iv) |
|
Artikolu 2(1)(F)(a) |
Artikolu 2(1)(i)(i) |
|
Artikolu 2(1)(F)(b) |
Artikolu 2(1)(i)(ii) |
|
Artikolu 2(1)(F)(ċ) |
Artikolu 2(1)(i)(iii) |
|
Artikolu 2(1)(F)(d) |
Artikolu 2(1)(i)(iv) |
|
Artikolu 2(1)(G)(a) |
Artikolu 2(1)(j)(i) |
|
Artikolu 2(1)(G)(b) |
Artikolu 2(1)(j)(ii) |
|
Artikolu 2(1)(G)(ċ) |
Artikolu 2(1)(j)(iii) |
|
Artikolu 2(1)(H)(a) |
Artikolu 2(1)(k)(i) |
|
Artikolu 2(1)(H)(b) |
Artikolu 2(1)(k)(ii) |
|
Artikolu 2(1)(H)(ċ) |
Artikolu 2(1)(k)(iii) |
|
Artikolu 2(1a) |
Artikolu 2(2) |
|
Artikolu 2(1b) |
Artikolu 2(3) |
|
Artikolu 2(2)(a) |
— |
|
Artikolu 2(2)(b) |
Artikolu 2(4)(a) |
|
Artikolu 2(2)(ċ) |
— |
|
Artikolu 2(2)(d) |
Artikolu 2(4)(b) |
|
Artikolu 2(3)(i)(a) |
Artikolu 2(5)(a)(i) |
|
Artikolu 2(3)(i)(b) |
Artikolu 2(5)(a)(ii) |
|
Artikolu 2(3)(i)(ċ) |
Artikolu 2(5)(a)(iii) |
|
Artikolu 2(3)(i)(d) |
Artikolu 2(5)(a)(iv) |
|
Artikolu 2(3)(ii) |
Artikolu 2(5)(b) |
|
Artikolu 2(3)(iii) |
Artikolu 2(5)(ċ) |
|
Artikolu 2(3)(iv) |
Artikolu 2(5)(d) |
|
Artikolu 2(3)(v) |
Artikolu 2(5), tieni subparagrafu |
|
Artikolu 2(4) |
Artikolu 2(6) |
|
Artikolu 3 |
Artikolu 3 |
|
Artikolu 3(a) |
Artikolu 4 |
|
Artikolu 4 |
Artikolu 5 |
|
Artikolu 4(a) |
Artikolu 6 |
|
Artikolu 5 |
Artikolu 7 |
|
Artikolu 6 |
Artikolu 8 |
|
Artikolu 7 |
Artikolu 9 |
|
Artikolu 8 |
Artikolu 10 |
|
Artikolu 9 |
Artikolu 11 |
|
Artikolu 10 |
Artikolu 12 |
|
Artikolu 11 |
Artikolu 13 |
|
Artikolu 11(a) |
Artikolu 14 |
|
Artikolu 12 |
Artikolu 15 |
|
Artikolu 12(a) |
Artikolu 16 |
|
Artikolu 13 |
Artikolu 17 |
|
Artikolu 14 |
Artikolu 19 |
|
Artikolu 14(a) |
Artikolu 18 |
|
Artikolu 15(1)(a) |
Artikolu 20(a) |
|
Artikolu 15(1)(b) |
Artikolu 20(b) |
|
Artikolu 16 |
Artikolu 21 |
|
Artikolu 18 |
Artikolu 22 |
|
Artikolu 19 |
Artikolu 23 |
|
Artikolu 20(a) |
Artikolu 24 |
|
Artikolu 20 |
Artikolu 25 |
|
Artikolu 21 |
Artikolu 26 |
|
Artikolu 21(a)(1) |
Artikolu 27(1) |
|
Artikolu 21(a)(2)(i) |
Artikolu 27(2)(a) |
|
Artikolu 21(a)(2)(ii) |
Artikolu 27(2)(b) |
|
Artikolu 22 |
Artikolu 28 |
|
— |
Artikolu 29 (1) |
|
— |
Artikolu 30 (2) |
|
— |
Artikolu 31 |
|
— |
Artikolu 32 |
|
— |
Artikolu 33 |
|
ANNESS I |
ANNESS I |
|
ANNESS II parti I punt 1 |
ANNESS II parti I punt 1 |
|
ANNESS II parti I punt 1(a) |
ANNESS II parti I punt 2 |
|
ANNESS II parti I punt 2 |
ANNESS II parti I punt 3 |
|
ANNESS II parti I punt 3 |
ANNESS II parti I punt 4 |
|
ANNESS II parti II |
ANNESS II parti II |
|
ANNESS III |
ANNESS III |
|
ANNESS IV parti A punt (a)(1) |
ANNESS IV parti A punt (a)(1) |
|
ANNESS IV parti A punt (a)(2) |
ANNESS IV parti A punt (a)(2) |
|
ANNESS IV parti A punt (a)(3) |
ANNESS IV parti A punt (a)(3) |
|
ANNESS IV parti A punt (a)(4) |
ANNESS IV parti A punt (a)(4) |
|
ANNESS IV parti A punt (a)(5) |
ANNESS IV parti A punt (a)(5) |
|
ANNESS IV parti A punt (a)(6) |
ANNESS IV parti A punt (a)(6) |
|
ANNESS IV parti A punt (a)(7) |
ANNESS IV parti A punt (a)(7) |
|
ANNESS IV parti A punt (a)(8) |
ANNESS IV parti A punt (a)(8) |
|
ANNESS IV parti A punt (a)(9) |
ANNESS IV parti A punt (a)(9) |
|
ANNESS IV parti A punt (a)(10) |
ANNESS IV parti A punt (a)(10) |
|
ANNESS IV parti A punt (a)(10)(a) |
ANNESS IV parti A punt (a)(11) |
|
ANNESS IV parti A punt (a)(11) |
ANNESS IV parti A punt (a)(12) |
|
ANNESS IV parti A punt (b) |
ANNESS IV parti A punt (b) |
|
ANNESS IV parti B |
ANNESS IV parti B |
|
ANNESS V |
ANNESS V |
|
— |
ANNESS VI |
|
— |
ANNESS VII |
|
(1)
98/95/KE Artikolu 9(2) u 98/96/KE Artikolu 8(2).
(2)
98/96/KE Artikolu 9. |
|
( 1 ) ĠU L 125, tal-11.7.1966, p. 2289/66.
( 2 ) Ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4).