<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑567/14</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62014CJ0567</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:526">EU:C:2016:526</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>7</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>7</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20160707">7.07.2016</DATE> – KAWŻA C‑567/14</P><P>GENENTECH</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20160707">7 ta’ Lulju 2016</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Kompetizzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 101 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Ftehim ta’ liċenzja mhux esklużiva</KEYWORD><KEYWORD>Privattiva</KEYWORD><KEYWORD>Assenza ta’ vjolazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu ta’ ħlas ta’ tariffa</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑567/14</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-cour d’appel de Paris (Franza), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20140923">23 ta’ Settembru 2014</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fid-<DATE ISO="20141209">9 ta’ Diċembru 2014</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Genentech Inc.</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Hoechst GmbH,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Sanofi-Aventis Deutschland GmbH,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn R. Silva de Lapuerta, President tal-Awla, A. Arabadjiev, J.-C. Bonichot, C. G. Fernlund (Relatur) u E. Regan, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Wathelet,</P><P>Reġistratur: V. Tourrès, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20160120">20 ta’ Jannar 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Genentech Inc., minn E. Kleiman, S. Saleh, C. Ritz, L. De Maria, E Gaillard, J. Philippe, avukati, kif ukoll minn P. Chrocziel u T. Lübbig, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għal Hoechst GmbH u Sanofi-Aventis Deutschland GmbH, minn A. Wachsmann, A. van Hooft, M. Barbier, A. Fisselier u T. Elkins, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Franċiż, minn D. Colas u D. Segoin kif ukoll minn J. Bousin, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Spanjol, minn A. Rubio González, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn M. Bulterman u M. de Ree, bħala aġenti,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn A. Dawes u B. Mongin kif ukoll minn F. Castilla Contreras, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas‑<DATE ISO="20160317">17 ta’ Marzu 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn Genentech Inc. u Hoechst GmbH u Sanofi-Aventis Deutschland GmbH, rigward l-annullament ta’ sentenza ta’ arbitraġġ dwar l-implementazzjoni ta’ kuntratt ta’ liċenzja ta’ drittijiet li joħorġu mill-privattivi.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="19920806">6 ta’ Awwissu 1992</DATE>, Behringwerke AG ikkonċediet lil Genentech liċenzja dinjija mhux esklużiva dinjija (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>ftehim ta’ liċenzja<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) għall-użu tal-katalizzatur taċ-ċitomegalovirus uman (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>katalizzatur CMVH<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>). Din it-teknoloġija kienet is-suġġett tal-privattiva Ewropea Nru EP 0173 177 53, maħruġa fit-<DATE ISO="19920422">22 ta’ April 1992</DATE> u revokata fit-<DATE ISO="19990112">12 ta’ Jannar 1999</DATE>, kif ukoll ta’ żewġ privattivi US 522 u US 140, maħruġa fl-Istati Uniti, fil-<DATE ISO="19981215">15 ta’ Diċembru 1998</DATE> u fis-<DATE ISO="20010417">17 ta’ April 2001</DATE> rispettivament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Genentech użat il-katalizzatur CMVH biex tiffaċilita l-traskrizzjoni ta’ sekwenza ta’ aċidu deoxyribonuklejiku (DNA) meħtieġa għall-produzzjoni ta’ prodott mediċinali bijoloġiku li l-ingredjent attiv tiegħu huwa rituximab. Genentech tikkummerċjalizza dan il-prodott mediċinali fl-Istati Uniti taħt l-isem kummerċjali ta’ Rituxan u, fl-Unjoni Ewropea, taħt dak ta’ MabThera.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Il-ftehim ta’ liċenzja kien irregolat mid-dritt Ġermaniż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Jirriżulta mill-Artikolu 3.1 ta’ dan il-ftehim ta’ liċenzja li Genentech, inkambju għad-dritt għall-użu tal-katalizzatur CMVH, intrabtet li tħallas:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tariffa unika ta’ <FT TYPE="NUMBER">20000</FT> Marki Ġermaniżi (DM) (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">10225</FT>);</P></ITEM><ITEM><P>tariffa annwali fissa ta’ DM <FT TYPE="NUMBER">20000</FT>;</P></ITEM><ITEM><P>tariffa kurrenti daqs 0.5 % tal-bejgħ nett ta’ prodotti lesti mill-persuna liċenzjata u l-kumpanniji affiljati u sub-liċenzjati tagħha.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-ftehim ta’ liċenzja jiddefinixxi l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>prodotti lesti<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>merkanzija li tista’ tiġi nnegozjata kummerċjalment u li tinkludi prodott liċenzjat, li tinbiegħ f’forma li tippermetti li tiġi amministrata lill-pazjenti għal użu terapewtiku jew li tintuża fil-kuntest ta’ proċedura ta’ dijanjożi, li la għandha l-għan u lanqas ma hija kkummerċjalizzata bl-iskop ta’ formulazzjoni ġdida, ta’ trattament, jew sabiex terġa’ tiġi ppakkjata jew mogħtija tikketta ġdida qabel l-użu tagħha<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>. Fir-rigward għall-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>prodotti liċenzjati<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, dan huwa ddefinit minn dan il-ftehim bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>il-materjali (inklużi l-organiżmi) li l-produzzjoni, l-użu u l-bejgħ tagħhom imorru kontra, fin-nuqqas tal-ftehim preżenti, invokazzjoni jew bosta invokazzjonijiet mhux skaduti, inklużi fid-drittijiet marbuta mal-privattivi liċenzjati<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Genentech ħallset it-tariffa unika u t-tariffa annwali, iżda qatt ma ħallset it-tariffa kurrenti lil Hoechst, kumpannija suċċessur ta’ Behringwerke.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20080630">30 ta’ Ġunju 2008</DATE>, Sanofi-Aventis Deutschland, sussidjarja ta’ Hoechst, staqsiet lil Genentech dwar il-prodotti lesti li hija kkummerċjalizzat mingħajr ma ħallset l-ammont tat-tariffa kurrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20080827">27 ta’ Awwissu 2008</DATE>, Genentech innotifikat lil Sanofi-Aventis Deutschland bid-deċiżjonijiet biex jiġi xolt il-ftehim tal-liċenzja b’effett mit-<DATE ISO="20081028">28 ta’ Ottubru 2008</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20081024">24 ta’ Ottubru 2008</DATE>, peress li Hoechst stmat li Genentech kienet użat il-katalizzatur CMVH mingħajr ma ħallset it-tariffa kurrenti, bdiet proċedura ta’ arbitraġġ kontra din il-kumpannija fuq il-bażi tal-klawżola ta’ arbitraġġ li tidher fl-Artikolu 11 tal-ftehim ta’ liċenzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20081027">27 ta’ Ottubru 2008</DATE>, Sanofi-Aventis Deutschland adixxiet lil United States District Court for the Eastern District of Texas (tribunal federali tad-distrett tal-Lvant tat-Texas, Stati Uniti) bi proċedimenti ta’ vjolazzjoni tal-privattivi taħt liċenzja kontra Genentech u Biogen Idec Inc. Dawn tal-aħħar, fl-istess jum, ippreżentaw rikors għal annullament ta’ dawn il-privattivi quddiem il-United States District Court for the Northern District of California (tribunal federali tad-Distrett tat-Tramuntana tal-California, l-Istati Uniti). Dawn iż-żewġ rikorsi ngħaqqdu flimkien quddiem din il-qorti tal-aħħar, li ċċaħdithom permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20110311">11 ta’ Marzu 2011</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tat-<DATE ISO="20120322">22 ta’ Marzu 2012</DATE>, il-United States Court of Appeals for the Federal Circuit (qorti tal-appell tal-Istati Uniti b’ġurisdizzjoni federali, l-Istati Uniti) ċaħdet l-appell ta’ Sanofi-Aventis Deutschland minn din id-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Permez tat-tielet sentenza parzjali, mogħtija fil-<DATE ISO="20120905">5 ta’ Settembru 2012</DATE> (iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>tielet sentenza parjali<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>), l-arbitru uniku kkonstata r-responsabbiltà ta’ Genentech fir-rigward ta’ Hoechst għall-ħlas tat-tariffa kurrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20121210">10 ta’ Diċembru 2012</DATE>, Genentech adixxiet lill-cour d’appel de Paris (Franza) b’rikors għal annullament tat-tielet sentenza parzjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20130225">25 ta’ Frar 2013</DATE>, l-arbitru uniku ta s-sentenza definittiva u r-raba’ sentenza parzjali fuq il-<HT TYPE="ITALIC">quantum</HT> u fuq l-ispejjeż, li biha Genentech ġiet ikkundannata tħallas lil Hoechst, minbarra l-ispejjeż tal-arbitraġġ u ta’ rappreżentazzjoni, is-somma ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">108322850</FT> għad-danni, flimkien ma’ interessi sempliċi. Din is-sentenza definittiva ġiet ikkompletata permezz ta’ <HT TYPE="ITALIC">addendum</HT> tat-<DATE ISO="20130522">22 ta’ Mejju 2013</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet tat-<DATE ISO="20131003">3 ta’ Ottubru 2013</DATE>, il-Cour d’appel de Paris (qorti tal-appell ta’ Pariġi) tat l-exequatur lit-tielet sentenza parzjali u rrifjutat li tgħaqqad ir-rikorsi ppreżentati minn Genentech għal annullament ta’ din it-tielet sentenza parzjali kif ukoll tas-sentenza definittiva tal-<DATE ISO="20130225">25 ta’ Frar 2013</DATE>, u tal-addendum għal din tal-aħħar mogħti fit-<DATE ISO="20130522">22 ta’ Mejju 2013</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-proċedura għall-annullament tat-tielet sentenza parzjali, il-qorti tar-rinviju għandha d-dubji tagħha dwar il-kompatibbiltà tal-ftehim ta’ liċenzja mal-Artikolu 101 TFUE. Hija tirrileva li l-arbitru uniku qies li, matul il-perijodu ta’ validità ta’ dan tal-aħħar, il-persuna liċenzjata kienet marbuta tħallas it-tariffi kuntrattwali minkejja li l-annullament tal-privattivi kellu effett retroattiv. Hija qed tistqsi jekk dan il-kuntratt jiksirx id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 101 TFUE, inkwantu jissuġġetta l-persuna liċenzjata għall-ħlas ta’ tariffi li minn dak il-mument ’il quddiem kienu nieqsa minn kull għan, minħabba l-annullament tal-privattivi marbuta mad-drittijiet konċessi u jpoġġi lil din tal-aħħar fi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>żvantaġġ kompetittiv<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-cour d’appel de Paris iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja s-segwenti domanda preliminari:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu [101 TFUE] għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li, fil-każ ta’ annullament tal-privattivi, jiġi applikat kuntratt ta’ liċenzja li jimponi fuq il-persuna liċenzjata l-obbligu li tħallas ir-royalties għas-sempliċi użu tad-drittijiet marbuta mal-privattivi liċenzjati?<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Hoechst u Sanofi Avantis Deutschland (iktar ’il quddiem, flimkien, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Hoechst<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>) kif ukoll il-Gvern Franċiż jargumentaw li t-talba għal deċiżjoni preliminari hija inammissibbli, liema fatt il-Kummissjoni Ewropea tikkontesta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, Hoechst issostni, essenzjalment, li r-regoli li jirregolaw il-proċedura nazzjonali ma jippermettux lill-qorti tar-rinviju li tagħmel tali domanda mingħajr ma tmur kontra l-kompetenza tagħha. Hoechst tiddikjara, konsegwentement, li adixxiet lill-Cour de cassation (Franza) b’appell dirett kontra t-talba għal deċiżjoni preliminari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jitfakkar, minn naħa, li, fil-kuntest tal-Artikolu 267 TFUE, il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex il-ġurisdizzjoni biex tiddeċiedi la fuq l-interpretazzjoni ta’ dispożizzjonijiet leġiżlattivi jew regolatorji nazzjonali u lanqas fuq il-konformità ta’ dawn id-dispożizzjonijiet mad-dritt tal-Unjoni (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100311">11 ta’ Marzu 2010</DATE>, <NAME.CASE>Attanasio Group</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑384/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:133">EU:C:2010:133</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0016">16</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata) u, min-naħa l-oħra, li ma hijiex il-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tivverifika jekk id-deċiżjoni ta’ rinviju ttieħdet konformement mar-regoli nazzjonali ta’ organizzazzjoni u ta’ proċedura ġudizzjarja (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19820114">14 ta’ Jannar 1982</DATE>, <NAME.CASE>Reina</NAME.CASE>, <NO.CASE>65/81</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1982:6">EU:C:1982:6</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0008">8</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20061123">23 ta’ Novembru 2006</DATE>, <NAME.CASE>Asnef-Equifax u Administración del Estado</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑238/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:734">EU:C:2006:734</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha żżomm mad-deċiżjoni ta’ rinviju mogħtija minn qorti ta’ Stat Membru, sakemm dik id-deċiżjoni ma tkunx ġiet imħassra fil-kuntest tar-rimedji eventwalment previsti mil-liġi nazzjonali (sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19740212">12 ta’ Frar 1974</DATE>, <NAME.CASE>Rheinmühlen-Düsseldorf</NAME.CASE>, <NO.CASE>146/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1974:12">EU:C:1974:12</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0003">3</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20051201">1 ta’ Diċembru 2005</DATE>, <NAME.CASE>Burtscher</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑213/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:731">EU:C:2005:731</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). F’dan il-każ, mill-punti li tqajmu fid-dibattiti jirriżulta li, permezz ta’digriet tat-<DATE ISO="20151118">18 ta’ Novembru 2015</DATE>, il-Cour de cassation ċaħħdet l-appell ippreżentat minn Hoechst kontra t-talba għal deċiżjoni preliminari, b’mod li ma jistax jiġi kkunsidrat li din tal-aħħar ġiet imħassra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, Hoechst targumenta li ebda risposta utli ma tista’ tiġi pprovduta lill-qorti tar-rinviju. Hija ssostni li, fir-rigward ta’ rikors għal annullament ta’ sentenza ta’ arbitraġġ internazzjonali, il-qrati ma humiex awtorizzati li jikkontrollaw l-mod li bih id-domandi ta’ kompetizzjoni ġew imqassma mill-arbitru meta dan ikkunsidra, fis-sentenza definittiva, li ma kien jeżisti ebda ksur tal-Artikolu 101 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Il-Gvern Franċiż iżid jgħid li t-talba għal deċiżjoni preliminari ma tinkludix punti ta’ fatt jew ta’ liġi li huma meħtieġa sabiex tingħata risposta utli għad-domanda magħmula. B’mod partikolari, id-deċiżjoni tar-rinviju ma tispeċifikax il-kundizzjonijiet reali tal-funzjonament u tal-istruttura tal-kuntratti inkwistjoni. Il-qorti tar-rinviju naqset milli ssemmi ċerti strumenti normattivi li għandhom x’jaqsmu mad-dritt tal-Unjoni tal-kompetizzjoni għaldaqstant rilevanti, kif ukoll kull punt li jikkonċerna d-dritt Ġermaniż li għalih huwa sottomess il-ftehim ta’ liċenzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, fil-kuntest tal-kooperazzjoni bejn il-Qorti tal-Ġustizzja u l-qrati nazzjonali stabbilita fl-Artikolu 267 TFUE, huwa l-kompitu esklużiv tal-qorti nazzjonali, li tkun ħadet konjizzjoni tal-kawża u li jkollha tassumi r-responsabbiltà tad-deċiżjoni ġudizzjarja sussegwenti, li tevalwa, fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari tal-każ, kemm in-neċessità ta’ deċiżjoni preliminari sabiex tkun tista’ tagħti s-sentenza tagħha kif ukoll ir-rilevanza tad-domandi li hija tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja. Konsegwentement, sakemm id-domanda magħmula tirrigwarda l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja hija, bħala prinċipju, marbuta tieħu deċiżjoni dwarha. Ir-rifjut li tagħti risposta għal domanda magħmula minn qorti nazzjonali huwa possibbli biss jekk ikun jidher b’mod evidenti li l-interpretazzjoni mitluba tad-dritt tal-Unjoni ma għandha ebda relazzjoni<?PAGE NO="5"?> mar-realtà u mas-suġġett tal-kawża prinċipali, meta l-problema tkun ta’ natura ipotetika jew inkella meta l-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex il-punti ta’ fatt u ta’ liġi neċessarji sabiex tirrispondi b’mod utli għad-domandi li jkunu sarulha (sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>PreussenElektra</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑379/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:160">EU:C:2001:160</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100622">22 ta’ Ġunju 2010</DATE>, <NAME.CASE>Melki u Abdeli</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑188/10 u C‑189/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:363">EU:C:2010:363</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dan il-każ, peress li l-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar il-kwistjoni jekk l-Artikolu 101 TFUE jipprekludi li l-ftehim ta’ liċenzja jkun implementat konformement mal-interpretazzjoni li ngħatatlu mill-arbitru uniku, ma jidhirx b’mod ċar li d-domanda magħmula lill-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward tal-interpretazzjoni li għandha tingħata ta’ din id-dispożizzjoni tat-Trattat FUE hija mingħajr rilevanza biex tiġi deċiża t-tilwima fil-kawża prinċipali. Id-deċiżjoni tar-rinviju tesponi, b’mod qasir iżda preċiż, l-oriġini u n-natura ta’ din it-tilwima, li hija tqis li l-eżitu tagħha jiddependi mill-interpretazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE. Minn dan jirriżulta li l-qorti tar-rinviju ddefinit b’mod suffiċjenti l-kuntest fattwali u legali li fih tiddaħħal it-talba tagħha ta’ interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni biex tippermetti lill-Qorti tal-Ġustizzja li tirrispondi b’mod utli għall-imsemmija talba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, Hoechst u l-Gvern Franċiż jallegaw li d-domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju ma tikkorrispondix għall-fatti inkwistjoni fil-kawża prinċipali, sa fejn il-privattivi Amerikani, l-uniċi rilevanti għall-finijiet tal-kawża prinċipali, ma ġewx annullati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li l-qorti tar-rinviju, ċertament, ifformulat id-domanda tagħha fil-kliem li jistgħu jinftehmu bħala li jkopru s-sitwazzjoni partikolari li fiha l-persuna liċenzjata hija obbligata tħallas it-tariffi għall-użu tad-drittijiet marbutin mal-privattivi, u dan minkejja l-annullament ta’ dawn il-privattivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Madankollu, kif l-Avukat Ġenerali rrilevah fil-punt 36 tal-Konklużjonijiet tiegħu, jirriżulta ċarament mill-kliem tat-talba għal deċiżjoni preliminari, kif riprodotti, essenzjalment, fil-punti 12 u 13 ta’ din is-sentenza, li l-qorti tar-rinviju hija konxja tal-fatt li l-privattiva US 522, li nħarrġet fil-<DATE ISO="19981215">15 ta’ Diċembru 1998</DATE>, u l-privattiva US 140, li nħarrġet fis-<DATE ISO="20010417">17 ta’ April 2001</DATE>, li huwa stabbilit li huma l-uniċi rilevanti għall-finijiet tal-kawża prinċipali, ma ġewx annullati. Ir-riferiment għall-annullament tal-privattivi mill-qorti tar-rinviju jirrepeti biss xi indikazzjonijiet li jidhru fil-punti 193 u 194 tat-tielet sentenza parzjali li l-kontenut tagħha huwa kontradett b’mod ċar kemm mill-bqija ta’ din is-sentenza, b’mod partikolari l-punti 51 sa 53 tagħha, kif ukoll mill-punti tal-proċess li huwa disponibbli għall-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li d-domanda preliminari hija ammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat mill-ewwel li jirriżulta mill-proċess quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja li Genentech kienet targumenta matul il-proċedura ta’ arbitraġġ li hija ma kinitx obbligata tħallas it-tariffa kurrenti, billi, skont il-kliem tal-ftehim ta’ liċenzja, il-ħlas ta’ dan kien jippreżumi, minn naħa, li l-katalizzatur CMVH kien preżenti fil-prodott lest rituximab u, min-naħa l-oħra, li l-manifattura jew l-użu ta’ dan il-katalizzatur kienu kisru, fl-assenza tal-imsemmi ftehim, id-drittijiet marbutin mal-privattivi taħt liċenzja. L-arbitru uniku madankollu ċaħad dawn l-argumenti li qies ibbażati fuq interpretazzjoni letterali tal-ftehim ta’ liċenzja, kuntrarji għall-għan kummerċjali tal-partijiet, li kien li jippermetti lil Genentech li tuża l-katalizzatur CMVH għall-produzzjoni ta’ proteini mingħajr ma tiġi esposta għar-riskju ta’ proċedimenti ta’ vjolazzjoni min-naħa tal-proprjetarju tad-drittijiet fuq din it-teknoloġija.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Bl-istess mod, mit-talba għal deċiżjoni preliminari jirriżulta wkoll li, fil-kuntest tal-kawża prinċipali, Genentech targumenta li, billi tiġi obbligata tħallas it-tariffa kurrenti fl-assenza ta’ kull vjolazzjoni, minkejja li, skont l-istess kliem tal-ftehim ta’ liċenzja, din kienet dovuta biss għall-prodotti li l-manifattura, l-użu jew il-bejgħ tagħhom kienu kisru, fl-assenza ta’ dan il-ftehim, il-privattivi taħt liċenzja, it-tielet sentenza parzjali timponilha xi spejjeż inġustifikati bi ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Konsegwentement, anki jekk, fuq livell formali, il-qorti tar-rinviju dehret, kif diġà ġie kkonstatat fil-punt 29 ta’ din is-sentenza, li limitat d-domanda preliminari għall-każ ta’ annullament tal-privattivi, għandha tinftiehem din id-domanda bħala li tkopri wkoll il-każ ta’ nuqqas ta’ vjolazzjoni tal-privattivi taħt liċenzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandha tinftiehem id-domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju bħala li titlob, essenzjalment, jekk l-Artikolu 101(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li, skont ftehim ta’ liċenzja bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ikun impost fuq il-persuna liċenzjata tariffa għall-użu ta’ teknoloġija bi privattiva matul il-perijodu kollu tal-perijodu effettiv ta’ dan il-ftehim f’każ ta’ annullament jew ta’ nuqqas ta’ vjolazzjoni tal-privattivi li jipproteġu din it-teknoloġija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Genentech u l-Gvern Spanjol iqiesu li għandha tingħata risposta għal din id-domanda fl-affermattiv. Hoechst, il-Gvern Franċiż u l-Gvern Olandiż, kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea ma jaqsmux din l-opinjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Genentech tikkritika l-arbitru uniku li kiser il-kliem ċar tal-ftehim ta’ liċenzja u tal-Artikolu 101 TFUE billi imponilha li tħallas it-tariffi fuq il-bejgħ ta’ prodott li ma jiksirx it-teknoloġija bi privattiva. Din il-kumpannija tallega li subiet spejjeż addizzjonali ta’ madwar EUR 169 miljun meta mqabbla mal-kompetituri tagħha minħabba din ir-restrizzjoni skont l-iskop u skont l-effett tal-Artikolu 101 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat, bħalma l-Avukat Ġenerali Ġenerali rrileva fil-punt 75 tal-konklużjonijiet tiegħu, li ma huwiex l-obbligu tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest tal-proċedura għal deċiżjoni preliminari li tirrevedi l-fatti konstatati mill-arbitru uniku u lanqas l-interpretazzjoni tal-ftehim ta’ liċenzja li din wettqet fid-dawl tad-dritt Ġermaniż, li jipprovdi li Genentech hija obbligata tħallas it-tariffa kurrenti minkejja l-annullament jew l-assenza ta’ vjolazzjoni tal-privattivi inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jitfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà rrilevat, fil-kuntest ta’ ftehim ta’ liċenzja esklużiva, li l-obbligu li titħallas tariffa, inkluż wara l-iskadenza tat-tul tal-validità tal-privattiva taħt liċenzja, jista’ jagħti ġudizzju ta’ ordni kummerċjali fuq il-valur attribwit lill-possibbiltajiet ta’ użu mogħtija permezz tal-ftehim ta’ liċenzja, b’mod partikolari meta dan l-obbligu huwa inkluż fi ftehim ta’ liċenzja konkluż qabel l-għoti tal-imsemmija privattiva (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19890512">12 ta’ Mejju 1989</DATE>, <NAME.CASE>Ottung</NAME.CASE>, <NO.CASE>320/87</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1989:195">EU:C:1989:195</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0011">11</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). F’tali ċirkustanzi, meta l-persuna liċenzjata tista’ liberament tirrevoka l-ftehim permezz ta’ avviż raġonevoli, obbligu li jitħallsu t-tariffi matul it-tul kollu ta’ validità tal-ftehim ma jistax jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-projbizzjoni adottata permezz tal-Artikolu 101(1) TFUE (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19890512">12 ta’ Mejju 1989</DATE>, <NAME.CASE>Ottung</NAME.CASE>, <NO.CASE>320/87</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1989:195">EU:C:1989:195</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0013">13</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>B’hekk mis-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19890512">12 ta’ Mejju 1989</DATE>, <NAME.CASE>Ottung</NAME.CASE>, (<NO.CASE>320/87</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1989:195">EU:C:1989:195</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), jirriżulta li l-Artikolu 101(1) TFUE ma jipprojbix li jiġi impost permezz ta’ kuntratt il-ħlas ta’ tariffa għall-użu esklużiv ta’ teknoloġija li ma hijiex koperta iktar minn privattiva, kundizzjoni li biha l-persuna liċenzjata tista’ liberament tirrevoka dan il-kuntratt. Din l-evalwazzjoni tibbaża fuq il-konstatazzjoni li tipprovdi li din it-tariffa tikkostitwixxi l-prezz li għandu jitħallas biex tintuża kummerċjalment t-teknoloġija taħt liċenzja mal-assigurazzjoni li l-konċedent ma jeżerċitax id-drittijiet tiegħu għall-proprjetà industrijali. Sakemm il-kuntratt ta’ liċenzja kkonċernat jibqa’ fis-seħħ u jista’ jiġi liberament revokat mill-persuna liċenzjata, il-ħlas tat-tariffa huwa dovut, u dan anki jekk id-drittijiet għall-proprjetà industrijali li jirriżultaw minn privattivi konċessi b’titolu esklużiv ma jistgħux jiġu implementati kontra l-persuna liċenzjata minħabba l-iskadenza tat-terminu tagħhom. Fil-fatt,<?PAGE NO="7"?> ċirkustanzi ta’ din in-natura, b’mod partikolari dik li tgħid li l-kuntratt ta’ liċenzja jista’ jiġi liberament revokat mill-persuna liċenzjata, tippermetti li jiġi eskluż li l-ħlas ta’ tariffa jippreġudika lill-kompetizzjoni billi jirrestrinġi l-libertà ta’ azzjoni tal-persuna liċenzjata jew billi jikkawżaw effetti ta’ esklużjoni fis-suq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Din is-soluzzjoni, li toħroġ mis-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19890512">12 ta’ Mejju 1989</DATE>, <NAME.CASE>Ottung</NAME.CASE> (<NO.CASE>320/87</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1989:195">EU:C:1989:195</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) hija imposta <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT> f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali. Fil-fatt, jekk, matul il-perijodu effettiv ta’ ftehim ta’ liċenzja, il-ħlas tat-tariffa jibqa’ dovut inkluż wara l-iskadenza tad-drittijiet għall-proprjetà industrijali, dan japplika wkoll, <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT>, qabel l-iskadenza ta’ dawn id-drittijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Il-fatt li l-qrati tal-Istat ta’ ħruġ ta’ privattivi inkwistjoni fil-kawża prinċipali ġġudikaw, wara r-revoka tal-ftehim tal-liċenzja, li l-użu minn Genentech mit-teknoloġija konċessa ma kinitx tikser id-drittijiet maħruġa minn dawn il-privattivi huwa, skont l-indikazzjonijiet forniti mill-qorti tar-rinviju fuq id-dritt Ġermaniż applikabbli għal dan il-ftehim, mingħajr effett fuq kemm hija dovuta t-tariffa għall-perijodu qabel din ir-revoka. Minn dan isegwi li, peress li Genentech tibqa’ libera li tirrevoka l-imsemmi ftehim f’kull mument, l-obbligu li titħallas it-tariffa matul il-perijodu effettiv ta’ dan l-istess ftehim, li matulu kienu fis-seħħ id-drittijiet li joħorġu mill-privattivi konċessi, ma jikkostitwixxix restrizzjoni tal-kompetizzjoni fis-sens tal-Artikolu 101(1) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li l-Artikolu 101 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li, skont ftehim ta’ liċenzja bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tkun imposta fuq il-persuna liċenzjata li tħallas tariffa għall-użu ta’ teknoloġija bi privattiva matul il-perijodu kollu tal-perijodu effettiv ta’ dan il-ftehim, f’każ ta’ annullament jew ta’ nuqqas ta’ vjolazzjoni tal-privattiva taħt liċenzja, peress li l-persuna liċenzjata setgħet liberament tirrevoka l-imsemmi ftehim permezz ta’ avviż raġonevoli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P>1) <HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 101 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li, skont ftehim ta’ liċenzja bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tkun imposta fuq il-persuna liċenzjata li tħallas tariffa għall-użu ta’ teknoloġija bi privattiva matul il-perijodu kollu tal-perijodu effettiv ta’ dan il-ftehim, f’każ ta’ annullament jew ta’ nuqqas ta’ vjolazzjoni tal-privattiva taħt liċenzja, peress li l-persuna liċenzjata setgħet liberament tirrevoka l-imsemmi ftehim permezz ta’ avviż raġonevoli</HT>.</P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>