Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari - Curtea de Apel Bacău Secţia Comercială, Contencios Administrativ şi Fiscal - Reġistrazzjoni ta’ vetturi użati li qabel kienu rreġistrati fi Stati Membri oħra - Taxxa ambjentali imposta fuq vetturi bil-mutur mal-ewwel reġistrazzjoni tagħhom fi Stat Membru - Kompatibbiltà tal-leġiżlazzjoni nazzjonali mal-Artikolu 110 TFUE - Diskriminazzjoni meta mqabbla mal-vetturi użati diġà rreġistrati fit-territorju tal-imsemmi Stat Membru u mhux suġġetti għall-imsemmija taxxa waqt bejgħ u reġistrazzjoni suċċessivi.

Parti operattiva

Dispożittiv

L-Artikolu 110 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li Stat Membru idaħħal taxxa fuq it-tniġġis imposta fuq vetturi bil-mutur mal-ewwel reġistrazzjoni tagħhom f’dan l-Istat Membru, jekk din il-miżura fiskali tkun stabbilita b’tali mod li tiskoraġġixxi t-tqegħid fiċ-ċirkulazzjoni, fl-imsemmi Stat Membru, ta’ vetturi użati mixtrija fi Stati Membri oħra, mingħajr madankollu ma tiskoraġġixxi x-xiri ta’ vetturi użati tal-istess sena u li huma fl-istess kundizzjoni fis-suq nazzjonali.