30.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 443/22


DEĊIŻJONI NRU 7/2020 TAL-KUMITAT KONĠUNT STABBILIT BIL-FTEHIM DWAR IL-ĦRUĠ TAR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ MILL-UNJONI EWROPEA U MILL-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-ENERĠIJA ATOMIKA

tat-22 ta’ Diċembru 2020

li tistabbilixxi lista ta’ 25 persuna li huma lesti u kapaċi jservu bħala membri ta’ bord ta’ arbitraġġ skont il-Ftehim [2020/2251]

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (1) (“il-Ftehim dwar il-Ħruġ”), u b’mod partikolari l-Artikolu 171(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 171(1) tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, il-Kumitat Konġunt għandu, sa mhux aktar tard minn tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni stabbilit skont dan il-Ftehim, jistabbilixxi lista ta’ 25 persuna li huma lesti u kapaċi jservu bħala membri ta’ bord ta’ arbitraġġ,

(2)

Skont l-Artikolu 171(2) tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, il-lista għandha tikkonsisti biss minn persuni li ma jkun hemm l-ebda dubju dwar l-indipendenza tagħhom, li jkollhom il-kwalifiki meħtieġa għall-ħatra tal-ogħla kariga ġudizzjarja fil-pajjiżi rispettivi tagħhom jew li jkunu ġurikonsulti ta’ kompetenza rikonoxxuta, u li jkollhom għarfien speċjalizzat jew esperjenza tad-dritt tal-Unjoni u tad-dritt internazzjonali pubbliku. Dawn il-persuni ma għandhomx ikunu membri, uffiċjali jew aġenti oħra tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, tal-gvern ta’ Stat Membru, jew tal-Gvern tar-Renju Unit,

(3)

Fid-dawl tal-proposta bi sħab mill-Unjoni u r-Renju Unit ta’ ħames persuni għall-funzjoni ta’ president tal-bord ta’ arbitraġġ, u l-proposti rispettivi mill-Unjoni u mir-Renju Unit ta’ 10 persuni għall-funzjoni tal-membri tal-bord ta’ arbitraġġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-lista ta’ 25 persuna lesti u kapaċi jservu bħala arbitri skont il-Ftehim dwar il-Ħruġ hija stabbilita fl-Anness I.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2021.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kumitat Konġunt

Il-Kopresidenti

Maroš ŠEFČOVIČ

Michael GOVE


(1)   ĠU L 29, 31.1.2020, p.7.


ANNESS I

tad-Deċiżjoni Nru 7/2020 tal-Kumitat Konġunt

Presidenti għall-Bord tal-Arbitraġġ tal-Ftehim dwar il-Ħruġ

 

Corinna WISSELS

 

Angelika Helene Anna NUSSBERGER

 

Jan KLUCKA

 

Sir Daniel BETHLEHEM

 

Gabrielle KAUFMANN-KOHLER

Membri ordinarji għall-Bord tal-Arbitraġġ tal-Ftehim dwar il-Ħruġ

L-UE:

 

Hubert LEGAL

 

Helena JÄDERBLOM

 

Ursula KRIEBAUM

 

Jan WOUTERS

 

Christoph Walter HERRMANN

 

Javier DIEZ-HOCHLEITNER

 

Alice GUIMARAES-PUROKOSKI

 

Barry DOHERTY

 

Tamara ĆAPETA

 

Nico SCHRIJVER

Ir-Renju Unit:

 

Sir Gerald BARLING

 

Sir Christopher BELLAMY

 

Zachary DOUGLAS

 

Sir Patrick ELIAS

 

Dame Elizabeth GLOSTER

 

Sir Peter GROSS

 

Toby LANDAU QC

 

Dan SAROOSHI QC

 

Jemima STRATFORD QC

 

Sir Michael WOOD