|
24.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 19/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/103
tas-17 ta’ Jannar 2020
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012 fir-rigward tal-klassifikazzjoni armonizzata tas-sustanzi attivi
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE, (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 19 u l-Artikolu 78(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (2) jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura tat-tiġdid għas-sustanzi attivi skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009. |
|
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 36(2) tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), is-sustanzi attivi skont it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 normalment ikunu soġġetti għal klassifikazzjoni u ttikkettar armonizzati. Għalhekk, jixraq li jiġu stabbiliti r-regoli dettaljati ta’ proċedura rigward is-sottomissjoni tal-proposti lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”) f’konformità mal-Artikolu 37(1) tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 mill-Istat Membru relatur matul it-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanzi attivi skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. |
|
(3) |
Jenħtieġ li jingħata iktar żmien fil-qafas tal-proċedura tat-tiġdid lill-Istat Membru relatur għat-tħejjija tal-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni tat-tiġdid u tad-dossier sottomess lill-Aġenzija, u lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) għat-tħejjija tal-konklużjoni tagħha. Għalhekk, il-perjodu disponibbli għall-applikanti bejn is-sottomissjoni tal-applikazzjoni għat-tiġdid u s-sottomissjoni tad-dossiers supplimentari jenħtieġ li jitnaqqas bi tliet xhur u dak il-perjodu ta’ tliet xhur jenħtieġ li jiġi allokat mill-ġdid lill-perjodi disponibbli għall-Istat Membru relatur u għall-Awtorità. |
|
(4) |
Jixraq li, b’mod ġenerali, l-Istat Membru relatur jissottometti dossier f’konformità mal-Artikolu 37(1) tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 għal mill-inqas dawk il-klassijiet ta’ periklu li huma rilevanti biex jiġi identifikat jekk sustanza attiva tistax titqies bħala sustanza attiva ta’ riskju baxx f’konformità mal-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 flimkien mal-punt 5.1.1 tal-Anness II ta’ dak ir-Regolament, li jinkludu wkoll il-klassijiet ta’ periklu rilevanti għall-kriterji ta’ limitu stabbiliti fil-punti 3.6.2 sa 3.6.4 u 3.7 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. L-Istat Membru relatur jenħtieġ li jiġġustifika kif xieraq għaliex mhumiex meħtieġa l-klassifikazzjoni u l-ittikkettar armonizzati għall-klassijiet ta’ periklu li għalihom iqis li l-kriterji għall-klassifikazzjoni u l-ittikkettar armonizzati stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 mhumiex issodisfati. |
|
(5) |
Madankollu, meta proposta tkun diġà ġiet sottomessa lill-Aġenzija u l-valutazzjoni tagħha tkun għadha għaddejja, l-Istat Membru relatur jenħtieġ li jillimita l-proposta għal kwalunkwe waħda minn dawk il-klassijiet ta’ periklu li mhumiex koperti mill-proposta pendenti, sakemm ma jqisx li hemm xi informazzjoni ġdida disponibbli li ma kinitx parti mid-dossier pendenti. |
|
(6) |
Barra minn hekk, għal dawk il-klassijiet ta’ periklu elenkati fil-punt 5.1.1 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, li diġà huma koperti minn opinjoni eżistenti tal-Kumitat għall-Istima tar-Riskji tal-Aġenzija, huwa biżżejjed li l-Istat Membru relatur jiġġustifika kif xieraq li l-opinjoni eżistenti tal-Kumitat għall-Istima tar-Riskji għadha valida. L-Aġenzija tista’ tipprovdi l-opinjonijiet tagħha dwar is-sottomissjoni tal-Istat Membru relatur. |
|
(7) |
Jenħtieġ li jiġu definiti skedi ta’ żmien indikattivi biex jiġi żgurat li l-opinjoni tal-Kumitat għall-Istima tar-Riskji tal-Aġenzija tkun disponibbli għall-Awtorità qabel l-adozzjoni tal-konklużjoni tagħha skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 844/2012. |
|
(8) |
Jenħtieġ li jiġi previst perjodu tranżizzjonali sabiex l-applikanti jkunu jistgħu jqisu l-perjodu mnaqqas għall-preparazzjoni tad-dossier bejn l-applikazzjoni għat-tiġdid u s-sottomissjoni tad-dossiers supplimentari. Jenħtieġ li l-proċeduri li għalihom diġà tressqu d-dossiers supplimentari ma jiġux affettwati. |
|
(9) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 844/2012 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 6, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “3. Id-dossiers supplimentari ma għandhomx jiġu sottomessi aktar tard minn 33 xahar qabel l-iskadenza tal-approvazzjoni.” |
|
(2) |
fl-Artikolu 7(1), il-punt (j) huwa sostitwit b’dan li ġej:
(*1) Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1);”;”" |
|
(3) |
L-Artikolu 11 huwa emendat kif ġej:
|
|
(4) |
l-Artikolu 11b li ġej jiddaħħal wara l-Artikolu 11a: “Artikolu 11b Il-Kumitat għall-Istima tar-Riskji għandu jagħmel ħiltu biex jadotta l-opinjoni msemmija fl-Artikolu 37(4) tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 fi żmien 13-il xahar mis-sottomissjoni msemmija fl-Artikolu 11(9).” |
|
(5) |
fl-Artikolu 12, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. L-Awtorità għandha teżamina jekk l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni tat-tiġdid riċevut mill-Istat Membru relatur fihx l-informazzjoni rilevanti kollha fil-format maqbul u tiċċirkolah lill-applikant u lill-Istati Membri l-oħra mhux aktar tard minn tliet xhur wara li tirċevih.” |
|
(6) |
fl-Artikolu 13(1), l-ewwel sentenza hija sostitwita b’dan li ġej: “Fi żmien ħames xhur mill-iskadenza tal-perjodu msemmi fl-Artikolu 12(3), jew fi żmien ġimagħtejn mill-adozzjoni tal-opinjoni tal-Kumitat għall-Istima tar-Riskji msemmija fl-Artikolu 37(4) tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008, jekk kien hemm xi waħda adottata, skont liema jkun l-aħħar, l-Awtorità għandha tadotta konklużjoni fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali bl-użu ta’ dokumenti ta’ gwida applikabbli fid-data tas-sottomissjoni tad-dossiers addizzjonali u fid-dawl tal-opinjoni tal-Kumitat għall-Istima tar-Riskji dwar jekk jistax jiġi mistenni li s-sustanza attiva tissodisfa l-kriterji għall-approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.” |
|
(7) |
fl-Artikolu 14(1), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Ir-rapport tat-tiġdid u l-abbozz tar-Regolament għandhom iqisu l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni tat-tiġdid tal-Istat Membru relatur, il-kummenti msemmija fl-Artikolu 12(3) ta’ dan ir-Regolament u l-konklużjoni tal-Awtorità, fejn tali konklużjoni tkun ġiet sottomessa, u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Istima tar-Riskji, jekk ikun hemm, imsemmija fl-Artikolu 37(4) tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008.” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika għall-proċeduri tat-tiġdid ta’ dawk is-sustanzi attivi li l-perjodu ta’ approvazzjoni tagħhom jiskadi nhar it-13 ta’ Mejju 2023 jew wara.
Madankollu, ma għandux japplika għall-proċeduri tat-tiġdid ta’ dawk is-sustanzi attivi li għalihom diġà ġew sottomessi d-dossiers supplimentari qabel id-data tal-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Jannar 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta’ Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26).
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).