02017R0649 — MT — 10.06.2017 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/649 tal-5 ta' April 2017 (ĠU L 092 6.4.2017, p. 68) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/969 tat-8 ta' Ġunju 2017 |
L 146 |
17 |
9.6.2017 |
|
Ikkoreġut b'
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/649
tal-5 ta' April 2017
li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina
Artikolu 1
1. Dazju definittiv antidumping huwa impost fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ċatti tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar, f'koljaturi jew le (inklużi prodotti “cut-to-length” u “strixxi dojoq”), mhux maħdumin aktar ħlief b'laminazzjoni termali, mhux miksijin, indurati jew mgħottijin, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.
Il-prodott ikkonċernat ma jinkludix:
— prodotti tal-azzar inossidabbli u azzar elettriku tas-siliċju bil-granijiet orjentati,
— prodotti tal-azzar tal-għodda u azzar b'veloċità għolja,
— prodotti, mhux f'koljaturi, mingħajr diżinji f'riljev, ta' ħxuna li taqbeż l-10 mm u ta' wisa' ta' 600 mm jew aktar, u
— prodotti, mhux f'koljaturi, mingħajr diżinji f'riljev, ta' ħxuna ta' 4,75 mm jew aktar iżda li ma taqbiżx l-10 mm u ta' wisa' ta' 2 050 mm jew aktar.
Il-prodott ikkonċernat bħalissa jaqa' fil-kodiċijiet NM 7208 10 00 , 7208 25 00 , 7208 26 00 , 7208 27 00 , 7208 36 00 , 7208 37 00 , 7208 38 00 , 7208 39 00 , 7208 40 00 , 7208 52 10 , 7208 52 99 , 7208 53 10 , 7208 53 90 , 7208 54 00 , 7211 13 00 , 7211 14 00 , 7211 19 00 , ex 7225 19 10 (il-kodiċi TARIC 7225191090 ), 7225 30 90 , ex 7225 40 60 (il-kodiċi TARIC 7225406090 ), 7225 40 90 , ex 7226 19 10 (il-kodiċi TARIC 7226191090 ), 7226 91 91 u 7226 91 99 .
2. Ir-rata tad-dazju tal-antidumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u manifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandha tkun din li ġejja:
|
Pajjiż |
Kumpanija |
Dazju antidumping definittiv |
Il-Kodiċi Addizzjonali TARIC |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Bengang Steel Plates Co., Ltd. |
0 % |
C157 |
|
Handan Iron & Steel Group Han-Bao Co., Ltd. |
10,3 % |
C158 |
|
|
Hesteel Co., Ltd. Tangshan Branch (1) |
10,3 % |
C159 |
|
|
Hesteel Co., Ltd. Chengde Branch (2) |
10,3 % |
C160 |
|
|
Zhangjiagang Hongchang Plate Co., Ltd. |
31,3 % |
C161 |
|
|
Zhangjiagang GTA Plate Co., Ltd. |
31,3 % |
C162 |
|
|
Shougang Jingtang United Iron and Steel Co. Ltd. |
0 % |
C164 |
|
|
Beijing Shougang Co. Ltd., Qian'an Iron & Steel branch |
0 % |
C208 |
|
|
Angang Steel Company Limited |
10,8 % |
C150 |
|
|
Inner Mongolia Baotou Steel Union Co., Ltd. |
0 % |
C151 |
|
|
Jiangyin Xingcheng Special Steel Works Co., Ltd. |
0 % |
C147 |
|
|
Shanxi Taigang Stainless Steel Co., Ltd. |
0 % |
C163 |
|
|
Wuhan Iron & Steel Co., Ltd. |
10,8 % |
C165 |
|
|
Bengang Steel Plates Co., Ltd. |
10,8 % |
C166 |
|
|
Rizhao Baohua New Material Co., Ltd. |
10,8 % |
C167 |
|
|
Tangshan Yanshan Iron and Steel Co., Ltd. |
0 % |
C168 |
|
|
|
Wuhan Iron & Steel Co., Ltd. |
10,8 % |
C156 |
|
|
Il-kumpaniji l-oħrajn kollha |
0 % |
C999 |
|
(1) Qabel “Hebei Iron & Steel Co., Ltd. Tangshan Branch”. (2) Qabel “Hebei Iron & Steel Co., Ltd. Chengde Branch”. |
|||
3. L-applikazzjoni tar-rati individwali tad-dazju antidumping speċifikati gћall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 isseћћ bil-kundizzjoni li tkun ippreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li tinkludi dikjarazzjoni bid-data u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ din il-fattura, identifikat minn ismu/isimha u l-kariga, abbozzata kif ġej: “Jien, is-sottoskritt(a), niċċertifika li l-(volum) ta' prodotti tal-azzar b'laminazzjoni termali mibjugħin għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea koperti minn din il-fattura kienu manifatturati minn (l-isem u l-indirizz tal-kumpanija) (kodiċi addizzjonali TARIC) fi (il-pajjiż ikkonċernat). Niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f'din il-fattura hija sħiħa u korretta.” Jekk ma tiġix ippreżentata din il-fattura, għandha tapplika r-rata ta' dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”.
4. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.
5. Meta xi produttur esportatur ġdid fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina jipprovdi biżżejjed evidenza lill-Kummissjoni li:
(a) ma esportax lill-Unjoni il-prodott deskritt fil-paragrafu 1 fil-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2015 u l-31 ta' Diċembru 2015 (il-perjodu tal-investigazzjoni),
(b) mhuwiex relatat ma xi esportatur jew produttur fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina li huwa soġġett għal miżuri antisussidji imposti minn dan ir-Regolament,
(c) ikun effettivament esporta lejn l-Unjoni l-prodott ikkonċernat wara l-perjodu tal-investigazzjoni li fuqu huma bbażati l-miżuri, jew li jkun daħal f'obbligu kuntrattwali irrevokabbli sabiex jesporta kwantità sinifikanti lejn l-Unjoni,
L-Artikolu 1(2) jista' jiġi emendat billi jiżdied il-produttur esportatur il-ġdid mal-lista ta' kumpaniji identifikati fit-tabella u soġġett għal dazju individwali li ma jaqbiżx ir-rata ta' dazju applikabbli għal dawk il-kumpaniji li kkooperaw fl-investigazzjoni antidumping, iżda mhux fl-investigazzjoni antisussidji, jiġifieri 0 %.
Artikolu 2
L-ammonti ggarantiti bħala dazji antidumping proviżorji skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1778 ( 1 ) għandhom jiġu rilaxxati b'mod definittiv.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
▼M1 —————
( 1 ) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1778 tas-6 ta' Ottubru 2016 li jimponi dazju antidumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 272, 7.10.2016, p. 33).