23.4.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 139/148


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/663

tat-22 ta’ April 2021

li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwi għall-klordekon f’ċerti prodotti jew fuqhom

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1)(a), flimkien mal-Artikolu 16(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-livelli massimi tar-residwi (MRLs) għall-klordekon ġew stabbiliti fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) ipprojbixxa t-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-klordekon. Ir-residwi tal-klordekon qed jirriżultaw mill-kontaminazzjoni ambjentali fil-ħamrija, minħabba l-użu ta’ dan il-kompost persistenti fil-passat.

(3)

Fit-12 ta’ Lulju 2019, l-awtoritajiet kompetenti Franċiżi għarrfu lill-Kummissjoni b’żewġ miżuri ta’ emerġenza (3) (4) li kienu twettqu fil-livell nazzjonali skont l-Artikolu 54 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Wara li ngħataw l-opinjonijiet (6) (7) tal-Aġenzija Franċiża għall-Ikel, is-Saħħa Ambjentali u Okkupazzjonali u s-Sikurezza (ANSES), Franza kienet stabbiliet MRLs nazzjonali għall-klordekon fi prodotti bovini, ovini, kaprini, porċini u tat-tjur f’valuri aktar baxxi minn dawk li japplikaw bħalissa skont ir-Regolament (KE) Nru 396/2005, biex tiżgura l-protezzjoni tal-konsumaturi fi Guadeloupe u f’Martinique.

(4)

Il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) twettaq valutazzjoni tal-esponiment tal-konsumaturi fir-rigward tal-MRLs rakkomandati mill-ANSES għall-klordekon fi prodotti li joriġinaw mill-annimali.

(5)

L-awtorità ressqet dikjarazzjoni xjentifika għall-klordekon f’ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali (8) f’konformità mal-Artikolu 43 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. F’dik id-dikjarazzjoni, l-Awtorità kkonkludiet li l-MRLs proposti fl-opinjonijiet tal-ANSES dwar il-prodotti tal-annimali, aġġustati skont il-linji gwida tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) dwar il-kalkolu tal-MRLs, huma aċċettabbli fir-rigward tas-sikurezza tal-konsumaturi. La t-tul ta’ ħajja u lanqas l-esponiment għal żmien qasir minħabba konsum kbir tal-prodotti rilevanti ma wrew li hemm riskju li jinqabżu l-konsum aċċettabbli ta’ kuljum jew id-doża akuta ta’ referenza. Jenħtieġ li l-MRLs għall-chloredine jiġu stabbiliti bħala temporanji fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. Dawk l-MRLs se jiġu rieżaminati; ir-rieżami se tqis l-informazzjoni disponibbli fi żmien 10 snin mill-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(6)

Permezz tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, l-isħab kummerċjali tal-Unjoni ġew ikkonsultati dwar l-MRLs il-ġodda u l-kummenti tagħhom tqiesu.

(7)

Għaldaqstant jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 396/2005 jiġi emendat skont dan.

(8)

Jenħtieġ li jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli ta’ żmien qabel ma jibdew japplikaw l-MRLs immodifikati, sabiex l-Istati Membri, il-pajjiżi terzi u l-operaturi tan-negozji tal-ikel jingħataw biżżejjed żmien biex jitħejjew biex jikkonformaw mar-rekwiżiti l-ġodda li se jirriżultaw mill-modifika tal-MRLs.

(9)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mit-13 ta’ Novembru 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ April 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar pollutanti organiċi persistenti u li jemenda d-Direttiva 79/117/KEE (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 7).

(3)  Arrêté du 25 janvier 2019 modifiant l’arrêté du 30 juin 2008 relatif aux limites maximales appliables aux résidus de chlordécone que ne doivent pas dépasser certaines denrées alimentaires d’origine végétale et animale pour être reconnues propres à la consommation humaine (NOR: AGRG1901040 A).

(4)  Arrêté du 23 mai 2019 modifiant l’arrêté du 25 janvier 2019 relatif aux limites maximales applicables aux résidus de chlordécone que ne doivent pas dépasser certaines denrées alimentaires d’origine végétale et animale pour être reconnues propres à la consommation humaine (NOR: AGRG1913466 A).

(5)  Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).

(6)  Note d’appui scientifique et technique de l’Agence nationale de sécurité sanitaire de l’alimentation, de l’environnement et du travail relative à la fixation d’une limite maximale de résidus de chlordécone dans la graisse pour les denrées carnées (2018-SA-0202).

(7)  Avis de l’Agence nationale de sécurité sanitaire de l’alimentation, de l’environnement et du travail relatif à la fixation d’une limite maximale de résidus de chlordécone dans les muscles et dans la graisse pour les denrées carnées (2018-SA-0265).

(8)  Statement on the dietary exposure assessment for the temporary maximum residue levels for klordekon in certain products of animal origin. EFSA Journal 2020;18(3):6052.


ANNESS

Fil-Parti A tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, il-kolonna għall-klordekon hija sostitwita b’dan li ġej:

“Residwi u livelli massimi għar-residwi tal-pestiċidi (mg/kg)

Numru tal-kodiċi

Gruppi u eżempji ta’ prodotti individwali li għalihom japplikaw l-MRLs (1)

Klordekon (F)

(1)

(2)

(3)

0100000

FROTT, FRISK jew IFFRIŻAT; ĠEWŻ TAS-SIĠAR

 

0110000

Frott taċ-ċitru

0,02

0110010

Grejpfrut

 

0110020

Larinġ

 

0110030

Lumi

 

0110040

Xkomp

 

0110050

Mandolin

 

0110990

Oħrajn (2)

 

0120000

Ġewż tas-siġar

 

0120010

Lewż

0,01 (*1)

0120020

Ġewż tal-Brażil

0,02

0120030

Ġewż tal-anakardju

0,02

0120040

Qastan

0,01 (*1)

0120050

Ġewż tal-Indi

0,02

0120060

Ġellewż

0,01 (*1)

0120070

Macadamia

0,01 (*1)

0120080

Ġewż Amerikan

0,01 (*1)

0120090

Qlub tal-ġewż tal-arżnu

0,01 (*1)

0120100

Pistaċċi

0,01 (*1)

0120110

Ġewż

0,01 (*1)

0120990

Oħrajn (2)

0,01 (*1)

0130000

Pomu

0,01 (*1)

0130010

Tuffieħ

 

0130020

Lanġas

 

0130030

Sfarġel

 

0130040

Naspli

 

0130050

Naspli tal-Ġappun

 

0130990

Oħrajn (2)

 

0140000

Frott tal-għadma

0,01 (*1)

0140010

Berquq

 

0140020

Ċiras (ħelu)

 

0140030

Ħawħ

 

0140040

Għanbaqar

 

0140990

Oħrajn (2)

 

0150000

Kukku u frott żgħir ieħor

 

0151000

(a)

għeneb

 

0151010

Għeneb tal-mejda

0,02

0151020

Għeneb għall-inbid

0,01 (*1)

0152000

(b)

frawli

0,02

0153000

(c)

frott tal-kannamiela

0,01 (*1)

0153010

Tut

 

0153020

Tut salvaġġ

 

0153030

Lampun (aħmar u isfar)

 

0153990

Oħrajn (2)

 

0154000

(d)

frott żgħir u kukku oħrajn

0,01 (*1)

0154010

Mirtill

 

0154020

Cranberries

 

0154030

Ribes (abjad, aħmar u iswed)

 

0154040

Ribes bix-xewk (aħdar, aħmar u isfar)

 

0154050

Warda Skoċċiża

 

0154060

Ċawsli (abjad u iswed)

 

0154070

Għanżalor/naspli tal-Mediterran

 

0154080

Frott tas-sebuqa

 

0154990

Oħrajn (2)

 

0160000

Frott ta’ diversi tipi bl-affarijiet li ġejjin:

0,02

0161000

(a)

b’qoxra li tittiekel

 

0161010

Tamal

 

0161020

Tin

 

0161030

Żebbuġ tal-mejda

 

0161040

Larinġ tal-qsari

 

0161050

Karambola

 

0161060

Kaki

 

0161070

Għanbaqar ta’ Ġava

 

0161990

Oħrajn (2)

 

0162000

(b)

b’qoxra li ma tittikilx, u żgħir

 

0162010

Frott tal-kiwi (aħdar, aħmar u isfar)

 

0162020

Liċċi

 

0162030

Frott tal-passjoni

 

0162040

Bajtar tax-xewk

 

0162050

Tuffieħ stilla

 

0162060

Frott tal-kaki tal-Virġinja

 

0162990

Oħrajn (2)

 

0163000

(c)

b’qoxra li ma tittikilx, u kbir

 

0163010

Avokado

 

0163020

Banana

 

0163030

Mango

 

0163040

Papaja

 

0163050

Rummien

 

0163060

Ċerimoja

 

0163070

Gwava

 

0163080

Ananas

 

0163090

Frott tas-siġra tal-ħobż

 

0163100

Durian

 

0163110

Frott tal-annona

 

0163990

Oħrajn (2)

 

0200000

FROTT, FRISK jew IFFRIŻAT

 

0210000

Ħxejjex tal-għeruq u tat-tuberi

0,02

0211000

(a)

patata

 

0212000

(b)

ħxejjex tropikali tal-għeruq u tat-tuberi

 

0212010

Għeruq tal-kassava

 

0212020

Patata ħelwa

 

0212030

Jammijiet

 

0212040

Ararut

 

0212990

Oħrajn (2)

 

0213000

c)

ħxejjex oħrajn tal-għeruq u tat-tuberi minbarra l-pitravi ħelwa

 

0213010

Pitravi

 

0213020

Zunnarija

 

0213030

Celeriac/Krafes bl-għeruq/krafes Ġermaniżi

 

0213040

Għeruq tal-mustarda

 

0213050

Artiċokks

 

0213060

Zunnarija bajda

 

0213070

Tursin ta’ Hamburg

 

0213080

Ravanell

 

0213090

Leħjet il-bodbod

 

0213100

Swedes

 

0213110

Lift

 

0213990

Oħrajn (2)

 

0220000

Ħxejjex tal-basla

0,02

0220010

Tewm

 

0220020

Basal

 

0220030

Xalotti

 

0220040

Basal tar-rebbiegħa/basal aħdar u basal ta’ Wales

 

0220990

Oħrajn (2)

 

0230000

Ħxejjex tal-frott

0,02

0231000

(a)

Ħxejjex tal-frott tal-familja tas-Solanaceae u tal-familja tal-Malvaceae

 

0231010

Tadam

 

0231020

Bżar ħelu

 

0231030

Brunġiel

 

0231040

Bamja

 

0231990

Oħrajn (2)

 

0232000

(b)

kukurbiti b’qoxra li tittiekel

 

0232010

Ħjar

 

0232020

Ħjar tal-pikles

 

0232030

Zukkini

 

0232990

Oħrajn (2)

 

0233000

(c)

kukurbiti b’qoxra li ma tittikilx

 

0233010

Bettieħ

 

0233020

Qara’ aħmar

 

0233030

Dulliegħ

 

0233990

Oħrajn (2)

 

0234000

(d)

qamħirrum ħelu

 

0239000

(e)

ħxejjex tal-frott oħrajn

 

0240000

Ħxejjex tal-brassika (minbarra l-għeruq tal-brassika u l-ħxejjex tal-brassika tal-weraq żgħir)

0,02

0241000

(a)

brassika li tagħmel il-fjuri

 

0241010

Brokkli

 

0241020

Pastard

 

0241990

Oħrajn (2)

 

0242000

(b)

kaboċċi kkapoċċati

 

0242010

Kaboċċi ta' Brussell/kaboċċi taz-zokk

 

0242020

Kaboċċi kkapoċċati

 

0242990

Oħrajn (2)

 

0243000

(c)

brassika bil-weraq

 

0243010

Kaboċċi Ċiniżi

 

0243020

Kaboċċi (“kales”)

 

0243990

Oħrajn (2)

 

0244000

(d)

ġdur

 

0250000

Ħxejjex tal-weraq, ħxejjex aromatiċi u fjuri li jittieklu

 

0251000

(a)

ħass u ħxejjex oħrajn tal-insalata

0,02

0251010

Ħass tal-ħaruf

 

0251020

Ħass

 

0251030

Skalora/indivja bil-weraq wesgħin

 

0251040

Krexxuni u nebbieta u rimi oħrajn

 

0251050

Krexxuni tal-art

 

0251060

Aruka

 

0251070

Mustarda ħamra

 

0251080

Ħxejjex tal-weraq żgħir (fosthom l-ispeċijiet tal-brassika)

 

0251990

Oħrajn (2)

 

0252000

(b)

spinaċi u simili (weraq)

0,02

0252010

Spinaċi

 

0252020

Burdlieqa

 

0252030

Weraq tal-pitravi chard

 

0252990

Oħrajn (2)

 

0253000

(c)

weraq tad-dielja

0,01 (*1)

0254000

(d)

krexxuni tal-ilma

0,02

0255000

(e)

witloof

0,01 (*1)

0256000

(f)

ħwawar u l-fjuri li jittieklu

0,02

0256010

Maxxita/Sorfolja

 

0256020

Kurrat selvaġġ

 

0256030

Weraq tal-karfus

 

0256040

Tursin

 

0256050

Salvja

 

0256060

Klin

 

0256070

Sagħtar

 

0256080

Ħabaq u l-fjuri li jittieklu

 

0256090

Rand

 

0256100

Stragun

 

0256990

Oħrajn (2)

 

0260000

Legumi (friski)

0,02

0260010

Fażola (bil-miżwed)

 

0260020

Fażola (bla miżwed)

 

0260030

Piżelli (bil-miżwed)

 

0260040

Piżelli (bla miżwed)

 

0260050

Għads

 

0260990

Oħrajn (2)

 

0270000

Ħxejjex biz-zokk

0,02

0270010

Spraġ

 

0270020

Kardun

 

0270030

Karfus

 

0270040

Bużbież ta’ Firenze

 

0270050

Qaqoċċ

 

0270060

Kurrat

 

0270070

Rabarbru

 

0270080

Rimi tal-pjanta tal-bambu

 

0270090

Qlub tal-palm

 

0270990

Oħrajn (2)

 

0280000

Faqqiegħ, ħażiż u likeni

 

0280010

Faqqiegħ ikkultivat

0,01 (*1)

0280020

Faqqiegħ salvaġġ

0,02

0280990

Ħażiż u likeni

0,01 (*1)

0290000

Alka u organiżmi prokarjoti

0,01 (*1)

0300000

BUS U ĦEMES

 

0300010

Fażola

0,02

0300020

Għads

0,02

0300030

Għads

0,01 (*1)

0300040

Lupini/fażola tal-lupini

0,01 (*1)

0300990

Oħrajn (2)

0,01 (*1)

0400000

ŻRIERAGĦ TAŻ-ŻEJT U FROTT TAŻ-ŻEJT

 

0401000

Żrieragħ taż-żejt

 

0401010

Żerriegħa tal-kittien

0,01 (*1)

0401020

Karawett

0,02

0401030

Żerriegħa tal-peprin

0,01 (*1)

0401040

Ġulġlien

0,01 (*1)

0401050

Żerriegħa tal-ġirasol

0,01 (*1)

0401060

Żerriegħa tal-lift

0,01 (*1)

0401070

Fażola tas-sojja

0,02

0401080

Żerriegħa tal-mustarda

0,01 (*1)

0401090

Żerriegħa tal-qoton

0,02

0401100

Żerriegħa tal-qara' aħmar

0,02

0401110

Żerriegħa tal-ġirasol

0,01 (*1)

0401120

Żerriegħa tal-fiddloqom

0,01 (*1)

0401130

Żerriegħa tal-camelina sativa

0,01 (*1)

0401140

Qannebusa

0,01 (*1)

0401150

Fażola tar-riġnu

0,02

0401990

Oħrajn (2)

0,01 (*1)

0402000

Frott taż-żejt

 

0402010

Żebbuġ maħsub għall-produzzjoni taż-żejt

0,01 (*1)

0402020

Qlub tal-palm taż-żejt

0,01 (*1)

0402030

Il-frott tal-palm taż-żejt

0,02

0402040

Kapok

0,02

0402990

Oħrajn (2)

0,01 (*1)

0500000

ĊEREALI

 

0500010

Xgħir

0,01 (*1)

0500020

Qamħ saraċin u ċereali foloz oħrajn

0,01 (*1)

0500030

Qamħirrum

0,02

0500040

Millieġ komuni

0,02

0500050

Ħafur

0,01 (*1)

0500060

Ross

0,01 (*1)

0500070

Segala

0,01 (*1)

0500080

Sorgu

0,01 (*1)

0500090

Qamħ

0,01 (*1)

0500990

Oħrajn (2)

0,01 (*1)

0600000

TEJIET, KAFÈ, INFUŻJONIJIET ERBALI, KAWKAW U ĦARRUB

0,02

0610000

Tejiet

 

0620000

Kafeni

 

0630000

Infużjonijiet erbali mill-affarijiet li ġejjin

 

0631000

(a)

mill-fjuri

 

0631010

Kamumella

 

0631020

Ibisku

 

0631030

Ward

 

0631040

Ġiżimin

 

0631050

Tilju

 

0631990

Oħrajn (2)

 

0632000

(b)

mill-weraq u mill-ħxejjex aromatiċi

 

0632010

Frawli

 

0632020

Rooibos

 

0632030

Matè/Te tal-Paragwaj

 

0632990

Oħrajn (2)

 

0633000

(c)

mill-għeruq

 

0633010

Valerjana

 

0633020

Ġinseng

 

0633990

Oħrajn (2)

 

0639000

(d)

minn kull parti oħra tal-pjanta

 

0640000

Żerriegħa tal-Kawkaw

 

0650000

Ħarrub

 

0700000

ĦOPS

0,02

0800000

ĦWAWAR

0,02

0810000

Ħwawar taż-żerriegħa

 

0810010

Ħlewwa

 

0810020

Kemmun iswed

 

0810030

Karfus

 

0810040

Kosbor

 

0810050

Kemmun

 

0810060

Xibt

 

0810070

Bużbież

 

0810080

Fienu

 

0810090

Noċemuskata

 

0810990

Oħrajn (2)

 

0820000

Ħwawar tal-frott

 

0820010

Bżar tal-Ġamajka/piment

 

0820020

Bżar tas-Sichuan

 

0820030

Karwija

 

0820040

Kardamomu

 

0820050

Frott tal-ġnibru

 

0820060

Boċċi tal-bżar (suwed, ħodor u bojod)

 

0820070

Vanilja

 

0820080

Tamar tal-Indja/tamarindi

 

0820990

Oħrajn (2)

 

0830000

Ħwawar tal-qoxra tas-siġar

 

0830010

Kannella

 

0830990

Oħrajn (2)

 

0840000

Ħwawar tal-għeruq u tar-riżomi

 

0840010

Għud is-sus

 

0840020

Ġinġer (10)

 

0840030

Żagħfran tal-Indja/kurkuma

 

0840040

Għerq tal-mustarda (11)

 

0840990

Oħrajn (2)

 

0850000

Ħwawar tal-blanzuni

 

0850010

Imsiemer tal-qronfol

 

0850020

Kappar

 

0850990

Oħrajn (2)

 

0860000

Il-ħwawar ta' qalb il-fjura

 

0860010

Żagħfran

 

0860990

Oħrajn (2)

 

0870000

Ħwawar tal-aril

 

0870010

Il-qoxra ta' barra tan-noċemuskata

 

0870990

Oħrajn (2)

 

0900000

PJANTI TAZ-ZOKKOR

 

0900010

Pitravi ħelu

0,01 (*1)

0900020

Kannamieli

0,02

0900030

Għeruq taċ-Ċikwejra

0,01 (*1)

0900990

Oħrajn (2)

0,01 (*1)

1000000

PRODOTTI LI JORIĠINAW MILL-ANNIMALI – ANNIMALI TERRESTRI

 

1010000

Prodotti bażiċi mill-affarijiet li ġejjin

(+)

1011000

(a)

mill-ħnieżer

0,02

1011010

Muskoli

 

1011020

Xaħam

 

1011030

Fwied

 

1011040

Kliewi

 

1011050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

1011990

Oħrajn (2)

 

1012000

(b)

mill-annimali bovini

 

1012010

Muskoli

0,02

1012020

Xaħam

0,03

1012030

Fwied

0,02

1012040

Kliewi

0,02

1012050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

0,02

1012990

Oħrajn (2)

0,02

1013000

(c)

min-nagħaġ

0,02

1013010

Muskoli

 

1013020

Xaħam

 

1013030

Fwied

 

1013040

Kliewi

 

1013050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

1013990

Oħrajn (2)

 

1014000

(d)

mill-mogħoż

0,02

1014010

Muskoli

 

1014020

Xaħam

 

1014030

Fwied

 

1014040

Kliewi

 

1014050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

1014990

Oħrajn (2)

 

1015000

(e)

mill-ekwini

0,02

1015010

Muskoli

 

1015020

Xaħam

 

1015030

Fwied

 

1015040

Kliewi

 

1015050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

1015990

Oħrajn (2)

 

1016000

(f)

mill-pollam

0,02

1016010

Muskoli

 

1016020

Xaħam

 

1016030

Fwied

 

1016040

Kliewi

 

1016050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

1016990

Oħrajn (2)

 

1017000

(g)

minn annimali terrestri mrobbijin oħrajn

0,02

1017010

Muskoli

 

1017020

Xaħam

 

1017030

Fwied

 

1017040

Kliewi

 

1017050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

1017990

Oħrajn (2)

 

1020000

Ħalib

0,02

1020010

Bhejjem tal-ifrat

 

1020020

Nagħaġ

 

1020030

Mogħoż

 

1020040

Żwiemel

 

1020990

Oħrajn (2)

 

1030000

Bajd tal-għasafar

0,02

1030010

Tiġieġ

 

1030020

Papri

 

1030030

Wiżż

 

1030040

Summien

 

1030990

Oħrajn (2)

 

1040000

Għasel u prodotti oħrajn tal-apikultura (7)

0,02

1050000

Amfibji u Rettili

0,02

1060000

Annimali terrestri invertebrati

0,02

1070000

Annimali terrestri vertebrati slavaġ

0,02

1100000

PRODOTTI LI JORIĠINAW MILL-ANNIMALI – ĦUT, PRODOTTI TAL-ĦUT U KULL PRODOTT TAL-IKEL TAL-BAĦAR JEW TAL-ILMA ĦELU IEĦOR (8)

 

1200000

PRODOTTI JEW PARTIJIET MILL-PRODOTTI UŻATI BISS GĦALL-PRODUZZJONI TAL-GĦALF (8)

 

1300000

PRODOTTI TAL-IKEL IPPROĊESSATI (9)

 

(F) = Solubbli fix-xaħam

Klordekon (F)

(+)

Id-data tal-monitoraġġ turi li sseħħ kontaminazzjoni kroċjata inevitabbli. Meta tkun qed tirrieżamina l-MRL, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni disponibbli fl-10 snin mill-pubblikazzjoni.

1010000 Prodotti bażiċi mill-affarijiet li ġejjin

1011000 (a) mill-ħnieżer

1012000 (b) mill-annimali bovini

1013000 (c) min-nagħaġ

1014000 (d) mill-mogħoż

1015000 (e) mill-ekwini

1016000 (f) mill-pollam

1017000 (g) minn annimali terrestri mrobbijin oħrajn”


(*1)  Limitu ta’ determinazzjoni analitika

(1)  Għal-lista sħiħa tal-prodotti ta’ oriġini mill-pjanti u l-annimali li l-MRLs japplikaw għalihom għandha ssir referenza għall-Anness I.