52008PC0405

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-konklużjoni ta' Protokoll li jemenda l-ftehim dwar it-trasport marittimu bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea /* KUMM/2008/0405 finali - CNS 2008/0133 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 27.6.2008

KUMM(2008) 405 finali

2008/0133 (CNS)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar l-iffirmar u l-konklużjoni ta' Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport Marittimu bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

Ir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija ssieħbu fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Jannar 2007. Skond l-Artikolu 6(2) ta' l-Att dwar l-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem "l-Att ta' Adeżjoni"), ser jintlaħaq qbil dwar l-adeżjoni ta' l-Istati Membri ġodda mal-Ftehim dwar it-Trasport Marittimu bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, iffirmat fi Brussell fis-6 ta' Diċembru 2002 u li fis-seħħ mill-1 ta' Marzu 2008, permezz tal-konklużjoni ta' Protokoll għal dan il-Ftehim. L-Artikolu 6(2) jipprovdi għal proċedura ssimplifikata, peress li dan il-Protokoll għandu jiġi konkluż mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea, b'azzjoni unanima f'isem l-Istati Membri, u miċ-Ċina.

B'konsegwenza, il-Kummissjoni nnegozjat dan il-Protokoll f'isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq il-bażi tad-direttivi dwar in-negozjati adottati mill-Kunsill fit-23 ta' Ottubru 2006, u b'konsultazzjoni ma' kumitat ta' rappreżentanti ta' l-Istati Membri. L-abbozz tal-Protokoll kien inizjalat mill-Kummissjoni u r-rappreżentanti Ċiniżi fi Brussell fit-28 ta' Frar 2008.

Il-Protokoll jipprovdi għall-adattamenti tekniċi u lingwistiċi meħtieġa għall-Ftehim li jirriżultaw mill-adeżjoni taż-żewġ Stati Membri l-ġodda.

2008/0133 (CNS)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar l-iffirmar u l-konklużjoni ta' Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport Marittimu bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 80(2) flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2), u l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att ta' Adeżjoni ta’ l-2005, u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[1],

Billi:

1. Il-Ftehim dwar it-Trasport Marittimu bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, min-naħa l-oħra (minn hawn ’il quddiem "il-Ftehim"), ġie iffirmat fi Brussell fis-6 ta’ Diċembru 2002 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 2008[2].

2. Fit-23 ta' Ottubru 2006, il-Kummissjoni ġiet awtorizzata mill-Kunsill biex tinnegozja Protokoll li jemenda l-Ftehim maċ-Ċina sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija.

3. Il-Protokoll ġie inizjalat miż-żewġ partijiet fit-28 ta’ Frar 2008.

4. il-Protokoll għandu għalhekk ikun approvat,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport Marittimu bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea, huwa b'dan adottat f'isem il-Komunità u l-Istati Membri tagħha.

It-test ta' dan il-Protokoll huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, jagħti n-notifika stipulata fl-Artikolu 3 tal-Protokoll.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

ANNESS

28.2.2008

ABBOZZ TA'

PROTOKOLL

LI JEMENDA L-FTEHIM

DWAR IT-TRASPORT MARITTIMU

BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA

U L-ISTATI MEMBRI TAGĦHA, MIN-NAĦA L-WAĦDA,

U L-GVERN TAR- REPUBBLIKA TAL-POPLU TAĊ-ĊINA,

MIN-NAĦA L-OĦRA

IR-RENJU TAL-BELĠJU,

IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,

IR-REPUBBLIKA ĊEKA,

IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

IR-REPUBBLIKA TA’ L-ESTONJA,

IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

IR-RENJU TA’ SPANJA,

IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

L-IRLANDA,

IR-REPUBBLIKA TALJANA,

IR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU,

IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

IR-REPUBBLIKA TA’ L-UNGERIJA,

IR-REPUBBLIKA TA’ MALTA,

IR-RENJU TA’ L-OLANDA,

IR-REPUBBLIKA TA’ L-AWSTRIJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

IR-RUMANIJA,

IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVAKKJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

IR-RENJU TA’ L-IŻVEZJA,

IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA' FUQ

minn hawn 'il quddiem l-"Istati Membri", irrappreżentati mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea, u

IL-KOMUNITÀ EWROPEA, minn hawn ‘il quddiem "il-Komunità", irrappreżentati mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea,

min-naħa l-waħda, u

IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TAL-POPLU TAĊ-ĊINA,

min-naħa l-oħra,

WARA LI KKUNSIDRAW l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-Unjoni Ewropea, u b'hekk ukoll għall-Komunità, fl-1 ta’ Jannar 2007,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

ARTIKOLU 1

Ir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija huma Partijiet għall-Ftehim dwar it-Trasport Marittimu bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, min-naħa l-oħra (minn hawn ’il quddiem "il-Ftehim"), li ġie ffirmat fi Brussell fis-6 ta’ Diċembru 2002 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 2008.

ARTIKOLU 2

It-testi ta' dan il-Ftehim fil-lingwa Bulgara u fil-lingwa Rumena, mehmuża ma' dan il-Protokoll, għandhom jitqiesu awtentiċi daqs il-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra mfassla skond l-Artikolu 14 tal-Ftehim.

ARTIKOLU 3

Il-Partijiet Kontraenti għandhom jinnotifikaw 'il xulxin rigward it-tlestija tal-proċeduri legali interni għad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll. Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha tasal l-aħħar notifika bil-miktub.

ARTIKOLU 4

Dan il-Protokoll huwa mfassal fi Brussell, f' dan il-jum xx ta' yy fis-sena elfejn u zz, f'żewġ kopji, bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Olandiż, bl-Ingliż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ungeriż, bit-Taljan, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bl-Ispanjol, bl-Iżvediż u biċ-Ċiniż, u kull wieħed minn dawn it-testi huwa awtentiku daqs l-oħrajn.

GĦALL-ISTATI MEMBRI GĦALL-KOMUNITÀ EWROPEA | GĦALL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TAL-POPLU TAĊ-ĊINA |

[1] Opinjoni mogħtija fi ... (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[2] ĠU L 46, 21.2.2008, p. 25.