|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/5388 |
13.10.2026 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2026/2283, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2026/2278 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
(C/2026/5388)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet li jidhru fl-Annessi II u III tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2026/2283 (2), u fl-Annessi XV u XVI tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509 (3), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2026/2278 (4) dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li dawk il-persuni u l-entitajiet għandhom jiġu inklużi fil-lista tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 u fir-Regolament (UE) 2017/1509. Ir-raġunijiet għall-elenkar ta' dawk il-persuni u l-entitajiet jinsabu fl-Annessi II u III tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 u l-Annessi XV u XVI tar-Regolament (UE) 2017/1509.
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u entitajiet ikkonċernati dwar il-possibbiltà li jressqu talba quddiem l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti web fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/1509, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew pagamenti speċifiċi (ara l-Artikolu 35 tar-Regolament).
Il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jibagħtu talba lill-Kunsill, flimkien mad-dokumentazzjoni ta' sostenn, biex id-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-listi msemmija hawn fuq titqies mill-ġdid, qabel is-26 ta' Ottubru 2026 , fl-indirizz li ġej:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
Segretarjat Ġenerali |
|
RELEX.1 |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
Ser jittieħed kont ta' kwalunkwe osservazzjoni riċevuta għall-finijiet tar-rieżami perjodiku tal-Kunsill, f'konformità mal-Artikolu 36(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 u l-Artikolu 47(4) tar-Regolament (UE) 2017/1509.
L-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-raba' u s-sitt paragrafi, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU L 141, 28.5.2016, p. 79, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/849/oj.
(2) ĠU L, 2026/2283, 12.10.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/2283/oj.
(3) ĠU L 224, 31.8.2017, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/1509/oj.
(4) ĠU L, 2026/2278, 12.10.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/2278/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/5388/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)