31993D0231



Official Journal L 106 , 30/04/1993 P. 0011 - 0013
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 49 P. 0137
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 49 P. 0137


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-30 ta’ Marzu 1993

li tawtorizza, rigward is-suq taż-żerriegħa tal-patata fit-territorju kollu jew parti minnu ta’ ċerti Stati Membri, miżuri aktar iebsa kontra ċertu mard milli hemm ipprovdut fl-Anness I u II tad-Direttiva tal-Kunsill 66/403/KEE

(93/231/KEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 66/403/KEE ta’ l-14 ta’ Ġunju 1966 fuq is-suq taż-żerriegħa tal-patata [1], kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/3/KEE [2], u partikolarment l-Artikolu 13(2) tagħha,

Wara li kkunsidrat it-talbiet magħmula mill-Ġermanja, l-Irlanda u r-Renju Unit,

Billi d-Direttiva 66/403/KEE għamlet tolleranzi rigward ċerti organiżmi dannużi;

Billi l-imsemmija Direttiva għadha tippermetti lill-Istati Membri li jissoġġettaw żerriegħa tal-patata ta’ produzzjoni tagħhom għal kondizzjonijiet aktar rigorużi;

Billi l-Irlanda għat-teritorju kollu tagħha, u l-Ġermanja u r-Renju Unit għal ċerti partijiet tat-territorji tagħhom, jixtiequ jagħmlu użu mid-dispożizzjonijiet ta’ l-imsemmija Direttiva rigward ċerti organiżmi li jidhru partikolarment dannużi għall-uċuħ tal-patata f’dawk ir-reġjuni;

Billi wieħed jista’ jassumi minn esperjenzi ta’ l-imgħoddi li s-suq taż-żerriegħa tal-patata ta’ kategoriji li ma jaqblux ma’ miżuri aktar iebsa minn dawk provduti fl-Annessi I u II ta’ l-imsemmija Direttiva kontra ċerti organiżmi dannużi jidher li hu partikolarment ta’ dannu għall-ucuħ ta’ patata fl-Irlanda, għat-territorju kollu tagħha, u fil-Ġermanja u r-Renju Unit, għal ċerti partijiet tat-territorju tagħhom;

Billi l-Kummissjoni, bid-Direttiva tagħha 93/17/KEE [3], iddeterminat gradi tal-Komunità ta’ żerriegħa tal-patata bażika, flimkien mal-kondizzjonijiet u d-deskrizzjonijiet applikabbli għal dawn il-gradi; billi ż-żrieragħ tal-patata skond dawn il-gradi għandhom jiġu kkunsidrati tajbin għas-suq fit-territorji ta’ l-Istati Membri biex jiġu awtorizzati skond l-Artikolu 13(2) ta’ l-imsemmija Direttiva 66/403/KEE;

Billi meta jiġu kkomparati l-miżuri meħuda fl-Irlanda, għat-territorju kollu tagħha, u fil-Ġermanja u r-Renju Unit, għal ċerti partijiet tat-territorju tagħhom, rigward il-produzzjoni proprja ta’ żerriegħa ta’ patata u l-gradi KEE tal-Komunità taż-żerriegħa tal-patata bażika, wieħed jista’ jassumi li:

- "Grad KEE 1" jissodisfa kondizzjonijiet aktar iebsa,

- "Grad KEE 2" hu ekwivalenti għall-produzzjoni proprja intiża bħala żerriegħa tal-patata, u

- "Grad KEE 3" hu ekwivalenti għall-produzzjoni proprja intiża bħala prodott ta’ patata;

Billi l-Irlanda, għat-territorju kollu tagħha, u l-Ġermanja u r-Renju Unit, għal ċerti partijiet tat-territorju tagħhom, għandhom għalhekk ikunu awtorizzati li jirrestrinġu s-suq ta’ żerriegħa tal-patata biss għall-gradi tal-patata bażiċi tal-Komunità stabbiliti bid-Direttiva 93/17/KEE;

Billi din l-awtorizzazzjoni taqbel ma’ l-obbligi ta’ l-Istati Membri skond ir-regoli komuni fuq is-saħħa tal-pjanti kif stipulati bid-Direttiva tal-Kunsill 77/93/KEE [4] kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 92/103/KEE [5];

Billi l-miżuri li hemm ipprovduti f’din id-Deċiżjoni jaqblu ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għaż-Żrieragħ u Materjal Propagattiv fl-Agrikoltura, Ortikultura u Foresti.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

l-Istati Membri elenkati fil-kolonna I ta’ l-Anness huma hawn awtorizzati, rigward is-suq taż-żerriegħa tal-patata fir-reġjuni elenkati ma’ ismijiethom fil-kolonna 2 ta’ l-Anness, li jirrestrinġu s-suq taż-żerriegħa tal-patata għal żerriegħa ta’ patata bażika ta’ dawn il-gradi tal-Komunità ddeterminati mid-Direttiva tal-Kummissjoni 93/17/KEE:

(a) għall-produzzjoni ta’ żerriegħa ta’ patata ta’ "Grad KEE 1", jew "Grad KEE 2";

(b) għall-produzzjoni ta’ żerriegħa ta’ patata ta’ "Grad KEE 1", "Grad KEE 2", jew "Grad KEE 3".

Artikolu 2

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jistabbilixxu sistema permanenti ta’ stħarriġ regolari maħsuba biex jiżguraw konformità konsistenti mal-kondizzjonijiet li jirregolaw l-awtorizzazzjoni u jippreparaw rapporti; il-Komunità tikkontrolla din is-sistema.

Artikolu 3

L-awtorizzazzjoni skond l-Artikolu 1 tkun irtirata malli jiġi stabbilit li l-kondizzjonijiet tagħha m’humiex imħarsa aktar.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tibda tapplika mid-data li hemm ipprovduta għall-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/683/KEE [6].

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, it-30 ta’ Marzu 1993.

Għall-Kummissjoni

René Steichen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU No 125, tal- 11.7.1966, p. 2320/66.

[2] ĠU L 54, tal-5.3.1993, p. 21.

[3] Ara p. 7 tal-Ġurnal Uffiċjali preżenti.

[4] ĠU No L 26, tal-31.1.1977, p. 20.

[5] ĠU L 363, tal-11.12.1992, p. 1.

[6] ĠU L 376, tal-31.12.1991, p. 29.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

1 | 2 |

Stat Membru | Re[jun |

Ġermanja | Bundesland Mecklenburg-Vorpommern |

–Grimmen:Wendisch Baggendorf, Gransebieth, Deyelsdorf, Grammendorf, Rackow, Grimmen-Land (westlich der Bahnstrecke), Splietsdorf |

–Greifswald:Züssow, Gribow, Ranzin, Karlsburg, Lühmannsdorf, Wrangelsburg, Lüssow, Ortsteil Owstin der Stadt Gützkow |

–Stralsund:Tribees, Hugoldsdorf, Drechow, Gremersdorf, Siemersdorf |

–Rostock:Sanitz, Groß Lüsewitz, Kavelstorf, Dummerstorf, Rappelin, Niekrenz, Ortsteil Prangendorf der Gemeinde Cammin, Gubkow, Grammow, Thelkow, Nustrow, Ortsteil Vilz der Gemeinde Selpin, Kowalz |

–Ribnitz-Damgarten:Böhlendorf, Langsdorf, Breesen, Ortsteil Schlemmin der Gemeinde Semlow |

–Bad Doberan:Kröpelin, Bastorf, Ortsteil Vorder Bollhagen der Stadt Bad Doberan, Wittenbeck, Steffenshagen, Kühlungsborn, Reddelich, Jennewitz |

–Güstrow:Sabel, Hohen Sprenz, Weitendorf, Kuhs, Lüssow, Sarmstorf, Güstrow, Mistorf, Groß Schiesow |

–Lübz:Karow |

–Anklam:Klein Bünzow, Schmatzin, Krien, Krusenfelde, Iven, Neuendorf B, Medow, Nerdin, Ortsteil Görke der Gemeinde Postlow, Neetzow, Steinmocker, Liepen, Stolpe, Pelsin |

–Demmin:Hohenbrünzow, Hohenmocker, Daberkow, Völschow, Plötz, Kartlow, Kruckow, Schmarsow, Alt Tellin, Tutow, Bentzin, Jarmen, Kletzin, Quitzerow, Wüstenfelde, Lindenhof, Beggerow, Verchen, Schönfeld, Ortsteil Lindenfelde der Stadt Demmin |

–Altentreptow:Bartow, Breest, Grapsow, Grischow, Werden, Siedenbollentin, Breesen, Wildberg, Pinnow, Groß Teetzleben, Tützpatz, Altenhangen, Wolde, Reinberg |

–Schwerin:Ruthenbeck, Ortsteil Hof Barnin der Gemeinde Barnin, Prestin der Gemeinde Bülow, Demen, Wessin |

Irlanda | Entire territory |

Renju Unit | –Cumbria, Northumberland (England) |

–Northern Ireland |

–Scotland |

--------------------------------------------------