|
29.10.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 282/23 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-26 ta’ Ottubru 2009
li tiddetermina l-pożizzjoni tal-Komunità fir-rigward ta’ deċiżjoni tal-entitajiet tal-ġestjoni skont il-ftehim bejn il-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika u l-Komunità Ewropea dwar il-koordinazzjoni ta’ programmi ta’ tikkettar tal-użu effiċjenti tal-enerġija għat-tagħmir tal-uffiċċji rigward ir-reviżjoni tal-ispeċifikazzjonijiet għall-moniter tal-kompjuter fl-Anness C, il-parti II, tal-Ftehim
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2009/789/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/1005/KE tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar il-konlużjoni tal-Ftehim bejn il-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika u l-Komunità Ewropea dwar il-koordinazzjoni ta’ programmi ta’ tikkettar tal-użu effiċjenti tal-enerġija għat-tagħmir tal-uffiċċji (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tagħha,
Billi:
|
(1) |
L-ispeċifikazzjonijiet għall-moniter tal-kompjuter għandhom jiġu riveduti sabiex jiġi żgurat li l-konsumaturi jkollhom l-opportunità li jidentifikaw il-prodotti effiċjenti, u b’hekk jiġi emendat l-Anness C għall-Ftehim. |
|
(2) |
Il-pożizzjoni tal-Komunità fir-rigward tal-emendi tal-ispeċifikazzjonijiet għandha tiġi ddeterminata mill-Kummissjoni. |
|
(3) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni jikkunsidraw l-opinjoni mogħtija mill-Bord Energy Star tal-Komunità Ewropea msemmi fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 106/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar programm Komunitarju ta’ tikkettar dwar l-effiċjenza enerġetika tat-tagħmir tal-uffiċċju (2). |
|
(4) |
Mit-30 ta’ Ottubru 2009, l-ispeċifikazzjonijiet għall-moniter tal-kompjuter fl-Anness C, il-parti II, għandhom jiġu mħassra għall-moniters tal-kompjuter b’daqsijiet djagonali tal-iskrin li jkunu taħt it-30 pulzier, u sostitwiti bl-ispeċifikazzjoni annessa għal din id-Deċiżjoni. |
|
(5) |
Mit-30 ta’ Jannar 2010, l-ispeċifikazzjonijiet għall-moniters tal-kompjuter fl-Anness C, il-parti II, għandhom jiġu mħassra għall-moniters tal-kompjuter b’daqsijiet djagonali tal-iskrin li jkunu minn 30 sa 60 pulzier, inklużivi, u sostitwiti bl-ispeċifikazzjoni annessa għal din id-Deċiżjoni, |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu Waħdieni
Il-pożizzjoni li l-Komunità Ewropea għandha tadotta fir-rigward ta’ deċiżjoni tal-Entitajiet tal-Ġestjoni skont il-Ftehim bejn il-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika u l-Komunità Ewropea dwar il-koordinazzjoni ta’ programmi ta’ tikkettar tal-użu effiċjenti tal-enerġija għat-tagħmir tal-uffiċċji rigward ir-reviżjoni tal-ispeċifikazzjonijiet għall-kompjuter fl-Anness C, parti II, għall-Ftehim għandha tiġi bbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni mehmuż.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ottubru 2009.
Għall-Kummissjoni
Andris PIEBALGS
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
ABBOZZ TAD-DEĊIŻJONI
ta’ […]
tal-Entitajiet tal-ġestjoni skont il-Ftehim bejn il-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika u l-Komunità Ewropea dwar il-koordinazzjoni ta’ programmi ta’ tikkettar tal-użu effiċjenti tal-enerġija għat-tagħmir tal-uffiċċji rigward ir-reviżjoni tal-ispeċifikazzjonijiet għall-moniter tal-kompjuter fl-Anness C, il-parti II, tal-Ftehim
L-ENTITAJIET TAL-ĠESTJONI,
Wara li kkunsidraw il-Ftehim bejn il-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika u l-Komunità Ewropea dwar il-koordinazzjoni ta’ programmi ta’ tikkettar tal-użu effiċjenti tal-enerġija għat-tagħmir tal-uffiċċji, u b’mod partikolari l-Artikolu XII tiegħu,
Billi l-ispeċifikazzjonijiet għall-moniter tal-kompjuter fl-Anness C, il-parti II, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2006, għandhom jiġu mħassra u sostitwiti bl-ispeċifikazzjonijiet riveduti,
IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:
Għall-moniters tal-kompjuter b’daqsijiet djagonali tal-iskrin taħt it-30 pulzier, l-ispeċifikazzjonijiet għall-moniter tal-kompjuter fl-Anness C, il-parti II, għall-Ftehim jiġu mħassra u sostitwiti bl-ispeċifikazzjonijiet fl-Anness għal din id-Deċiżjoni b’effett mit-30 ta’ Ottubru 2009.
Għall-moniters tal-kompjuter b’daqsijiet djagonali tal-iskrin minn 30 sa 60 pulzier, inklużivi, l-ispeċifikazzjonijiet għall-moniter tal-kompjuter fl-Anness C, il-parti II, għall-Ftehim jiġu mħassra u sostitwiti bl-ispeċifikazzjonijiet fl-Anness għal din id-Deċiżjoni b’effett mit-30 ta’ Jannar 2010.
Id-Deċiżjoni, magħmula f’żewġ kopji, għandha tiġi ffirmata mill-Kopresidenti.
Iffirmat f’Washington DC, […]
(…)
f’isem l-Aġenzija għall-Protezzjoni tal-Ambjent tal-Istati Uniti
Iffirmat fi Brussell, […]
(…)
f’isem il-Komunità Ewropea
ANNESS
ANNESS C, IL-PARTI II, GĦALL-FTEHIM
“II. SPEĊIFIKAZZJONIJIET TAD-DISPLEJ
1. Definizzjonijiet
A. Id Displej Elettroniku (li ssir referenza għalih wkoll bħala d-’Displej’): Prodott li huwa disponibbli kummerċjalment bi skrin tad-displej u komponenti elettroniċi assoċjati, li ta’ spiss ikunu integrati fi struttura unika separata, li bħala l-funzjoni ewlenija tiegħu juri informazzjoni viżwali minn (i) kompjuter, stazzjon tax-xogħol (workstation) jew server permezz ta’ input wieħed jew iktar, bħall-VGA, DVI, HDMI, jew IEEE 1394, jew (ii) USB flash drive, karta tal-memorja, jew konnessjoni mal-Internet mingħajr wajer. It-teknoloġiji komuni tad-displej jinkludu liquid crystal display (LCD), light emitting diode (LED), cathode-ray tube (CRT), u plasma display panel (PDP).
B. Provvista Esterna tal Enerġija: Komponent integrat f’kaxxa esterna separata mill-kaxxa tad-displej u mfassal biex jaqleb il-vultaġġ tal-input ta’ kurrent alternanti (AC) mill-mejn għal vultaġġ(i) iktar baxx(i) ta’ kurrent dirett (DC) sabiex jitħaddem id-displej. Provvista esterna tal-enerġija (EPS) għandha taqbad mad-displej permezz ta’ konnessjoni elettrika maskili/femminili, kejbil, fil jew wajer ieħor li huma permanenti jew li jistgħu jitneħħew.
C. Modalità Mixgħula: Il modalità operattiva ta’ displej li huwa (i) imqabbad ma’ sors tal-enerġija, (ii) għandu s-swiċċijiet mekkaniċi kollha mixgħula, u (iii) qed jaqdi l-funzjoni primarja tiegħu li jipproduċi immaġni.
D. Modalità Sleep: Il modalità operattiva ta’ displej li huwa (i) imqabbad ma’ sors tal-enerġija, (ii) għandu s-swiċċijiet mekkaniċi kollha mixgħula, u (iii) u tpoġġa fuq modalità b’enerġija baxxa billi jirċievi sinjal mill-apparat ikkonnettjat (eż. kompjuter, konsol tal-logħob, jew kaxxa set-top) jew permezz ta’ funzjoni interna bħal tajmer li jwaqqaf l-enerġija jew sensor li jitfi d-dawl meta d-displej ma jkunx qed jintuża. Il-Modalità Sleep hija kkunsidrata bħala kundizzjoni ‘soft’ ta’ konsum baxx, għax id-displej jista’ jitneħħa mill-Modalità Sleep billi jirċievi sinjal mill-apparat konness jew permezz ta’ funzjoni interna.
E. Modalità Mitfija: Il modalità operattiva ta’ displej li huwa (i) imqabbad ma’ sors tal-enerġija, (ii) jinxtegħel permezz ta’ swiċċ, u (iii) ma jipprovdi l-ebda funzjoni. L-utent għandu juża swiċċ mekkaniku biex l-apparat ma jibqax fuq il-Modalità Mitfija. Jekk ikun hemm iktar minn swiċċ wieħed ta’ dan it-tip, il-persuna responsabbli mit-test għandu juża l-iktar swiċċ disponibbli faċilment.
F. Luminanza: Il miżura fotometrika tal-intensità luminuża għal kull unità ta’ medda dawl li tivvjaġġa f’direzzjoni speċifikata. Din il-miżura tiddeskrivi l-ammont ta’ dawl li jgħaddi jew li joħroġ minn taqsima partikolari, u li jaqa’ f’angolu solidu speċifikata. L-unità standard għal-luminanza hija candela għal kull metru kwadru (cd/m2).
G. Kontroll Awtomatiku tal Luminożità: Għad-displejs, il-kontrolli awtomatiċi tal-luminożità huma l-mekkaniżmu awtomatiku li jikkontrolla l-luminożità tad-displej bħala funzjoni tad-dawl ambjentali.
2. Prodotti li Jikkwalifikaw
Biex jikkwalifika għall-ENERGY STAR, id-displej għandu jissodisfa l-kriterji li ġejjin:
A. Daqs djagonali tal-iskrin massimu viżibbli: Id-displej għandu jkollu daqs djagonali tal-iskrin viżibbli ta’ inqas jew daqs (≤) 60 pulzier.
B. Sors tal-Enerġija: Id-displej għandu jieħu l-enerġija minn plakka ta’ mal-ħajt tal-AC separata, unità tal-batterija li tinbiegħ b’adattur tal-AC, jew konnessjoni tad-dejta jew tan-netwerk.
C. Tjuners tat-Televixin: Jekk id-displej għandu tjuner tat-televixin integrat, jista’ jikkwalifika għall-ENERGY STAR skont din l-ispeċifikazzjoni sakemm jiġi kkummerċjalizzat u mibjugħ primarjament lill-konsumaturi bħala displej jew displej u televiżjoni b’funzjoni doppja. Kwalunkwe displej bi tjuner tat-televixin li jiġi kkummerċjalizzat u mibjugħ esklussivament bħala televixin mhuwiex eliġibbli biex jikkwalifika skont din l-ispeċifikazzjoni. Skont il-Livell 2 ta’ din l-ispeċifikazzjoni, dawk id-displejs mingħajr tjuners biss jistgħu jikkwalifikaw; displejs bit-tjuners jistgħu jikkwalifikaw skont il-Livell 2 tal-ispeċifikazzjoni tal-Verżjoni 3.0 tal-ENERGY STAR TV.
D. Kontroll Awtomatiku tal-Luminożità (ABC): Biex jikkwalifika għall-ENERGY STAR bl-użu tal-formula tal-konsum tal-enerġija tal-Kontroll Awtomatiku tal-Luminożità bil-Modalità Mixgħula, id-displej irid joħroġ mill-fabbrika bl-ABC attivat awtomatikament.
E. Provvista Esterna tal-Enerġija: Jekk id-displej joħroġ mill-fabbrika b’EPS, l-EPS għandu jikkwalifika għall-ENERGY STAR jew jissodisfa l-livelli ta’ effiċjenza fil-modalità ta’ mingħajr tagħbija jew attiva previsti fir-Rekwiżiti ta’ Programm tal-ENERGY STAR għal Provvisti ta’ Kurrenti Esterni b’Vultaġġ Uniku AC-AC u AC-DC. L-ispeċifikazzjoni tal-ENERGY STAR u l-lista ta’ prodotti kwalifikati hija disponibbli fuq is-sit www.energystar.gov/powersupplies
F. Rekwiżiti għall-Ġestjoni tal-Enerġija: Id-displej għandu jkollu għall-inqas mekkaniżmu wieħed attivat awtomatikament li jħalli d-displej idaħħal awtomatikament il-Modalità Sleep jew Mitfija. Pereżempju, il-konnessjonijiet tad-dejta jew tan-netwerk għandhom jippermettu li d-displej jintefa skont il-mekkaniżmi standard, bħas-Sinjalar tal-Ġestjoni tal-Enerġija tad-Displej. Id-displejs li jiġġeneraw il-kontenut tagħhom stess għandu jkollhom sensor jew tajmer attivat awtomatikament biex iħaddem awtomatikament il-Modalità Sleep jew Mitfija.
3. Kriterji tal-Użu Effiċjenti tal-Enerġija
A. Rekwiżiti tal-Modalità Mixgħula
1. Livell 1
Biex jikkwalifika għall-Energy Star, id-displej ma għandux jaqbeż il-massimu tal-konsum tal-elettriku tal-Modalità Mixgħula (PO jew PO1) kif ikkalkulat permezz tal-formula ta’ hawn taħt. Il-konsum massimu tal-elettriku tal-Modalità Mixgħula huwa indikat f’watts u approssimat lejn l-eqreb deċimu ta’ watt.
Tabella 1
Ir-Rekwiżiti tal-Livell 1 tal-Konsum tal-Enerġija bil-Modalità Mixgħula
|
Kategorija tad-Displej |
Modalità Mixgħula Massima Konsum tal-Enerġija (W) |
|
Daqs Djagonali tal-Iskrin < 30 pulzier Riżoluzzjoni tal-Iskrin ≤ 1,1 MP |
PO = 6*(MP) + 0,05*(A) + 3 |
|
Daqs Djagonali tal-Iskrin < 30 pulzier Riżoluzzjoni tal-Iskrin > 1,1 MP |
PO = 9*(MP) + 0,05*(A) + 3 |
|
Daqs Djagonali tal-Iskrin 30 – 60 pulzier Ir-Riżoluzzjonijiet Kollha tal-Iskrin |
PO = 0,27*(A) + 8 |
Meta:
|
MP |
= |
Riżoluzzjoni tad-Displej (megapiksils) |
|
A |
= |
Erja viżibbli tal-iskrin (pulzieri kwadri) |
Eżempju: Il-konsum massimu tal-enerġija bil-Modalità Mixgħla għal displej b’riżoluzzjoni ta’ 1 440 × 900, jew 1 296 000 pixels, daqs djagonali tal-iskrin viżibbli ta’ 19-il pulzier u erja viżibbli tal-iskrin ta’ 162 pulzier kwadru, ikun: ((9 × 1,296) + (0,05 × 162)) + 3 = 22,8 watts meta approssimat lejn l-eqreb deċimu ta’ watt.
Tabella 2
Kampjun tar-Rekwiżiti tal-Livell 1 tal-Konsum tal-Enerġija bil-Modalità Mixgħula (1)
|
Djagonali Daqs tal-Iskrin (pulzieri) |
Riżoluzzjoni |
Megapixels |
Dimensjonijiet tal-Iskrin (pulzieri) |
Erja tal-Iskrin (pulzieri kwadri) |
Konsum Massimu tal-Elettriku tal-Modalità Mixgħula (watts) |
|
7 |
800 × 480 |
0,384 |
5,9 × 3,5 |
21 |
6,4 |
|
19 |
1 440 × 900 |
1,296 |
16,07 × 10,05 |
162 |
22,8 |
|
26 |
1 920 × 1 200 |
2,304 |
21,7 × 13,5 |
293 |
38,4 |
|
42 |
1 360 × 768 |
1,044 |
36 × 20 |
720 |
202,4 |
|
50 |
1 920 × 1 080 |
2,074 |
44 × 24 |
1 056 |
293,1 |
2. Livell 2
Biex jikkwalifika bħala ENERGY STAR, id-displej ma għandux jaqbeż il-valur tal-formuli li ġejjin għall-konsum massimu tal-Modalità Mixgħula: TBD.
3. Displejs b’Kontroll Awtomatiku tal-Luminożità (ABC)
Għad-displejs li joħorġu mill-fabbrika bl-ABC attivat awtomatikament tintuża formula alternattiva biex jiġi kkalkulat il-konsum massimu tal-enerġija bil-Modalità Mixgħula
PO1 = (0,8 * Ph) + (0,2 * Pl)
fejn PO1 hija l-medja ta’ konsum tal-enerġija bil-Modalità Mixgħula f’watts, approssimat lejn l-eqreb deċimu ta’ watt, Ph huwa l-konsum tal-enerġija bil-Modalità Mixgħula f’kundizzjonijiet ta’ dawl ambjentali baxx. Il-formula tassumi li d-displej se jkun f’kundizzjonijiet ta’ dawl ambjentali baxx għal 20 % tal-ħin.
B. Rekwiżiti tal-Modalità Sleep u Mitfija
1. Livelli 1 u 2
Biex jikkwalifika bħala ENERGY STAR, id-displej ma għandux jaqbeż il-livelli massimi tal-konsum tal-enerġija għall-Modalitajiet Sleep u Mitfija pprovduti fit-Tabella 3, hawn taħt: Id-displejs li jista’ jkollhom aktar minn Modalità waħda Sleep (jiġifieri Sleep u Deep Sleep) għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Modalità Sleep fil-modalitajiet sleep kollha.
Eżempju: Riżultat tat-test tad-displej ta’ 3 watts fi Sleep u 2 watts f’Deep Sleep ma jikkwalifikax għax il-konsum tal-enerġija f’wieħed mill-Modilitajiet Sleep ikun qabeż il-Limitu tal-Livell 1 ta’ 2 watts.
Tabella 3
Ir-Rekwiżiti tal-Konsum tal-Enerġija bil-Modalità Sleep u Mitfija għad-displejs kollha
|
Modalità |
Livell 1 |
Livell 2 |
|
Konsum Massimu tal-Enerġija bil-Modalità Sleep (W) |
≤ 2 |
≤ 1 |
|
Konsum Massimu tal-Enerġija bil-Modalità Mitfija (W) |
≤ 1 |
≤ 1 |
4. Rekwiżiti tat-test
Kif għandha tintuża din it-Taqsima
L-EPA u l-Kummissjoni Ewropea jużaw, fejn possibbli, prattiki tal-industrija li huma aċċettati fuq firxa wiesgħa biex ikejlu l-prestazzjoni tal-prodott u l-konsum tal-enerġija skont kundizzjonijiet tipiċi tat-tħaddim. Il-metodi tat-testjar f’din l-ispeċifikazzjoni huma bbażati fuq standards tal-Kumitat tal-Metroloġija tad-Displejs tal-Assoċjazzjoni tal-Istandards tal-Vidjos Elettroniċi (Video Electronics Standards Association(VESA)) u l-Kummissjoni Elettroteknika Internazzjonali (International ElectroTechnical Commission (IEC)). F’każijiet fejn l-istandards tal-VESA u l-IEC ma kinux biżżejjed għall-ħtiġijiet tal-programm ENERGY STAR, ġew żviluppati metodi tal-ittestjar u tal-kejl b’kooperazzjoni mal-partijiet interessati tal-industrija.
Sabiex ikun żgurat mezz konsistenti għall-kejl tal-konsum tal-enerġija ta’ prodotti elettroniċi b’tali mod li r-riżultati tat-test ikunu jistgħu jiġu riprodotti, u li fatturi barranin ma jaffetwawx b’mod ħażin ir-riżultati tat-test, irid jiġi segwit il-protokoll li ġej. Dan il-protokoll għandu erba’ komponenti ewlenin:
|
— |
Kundizzjonijiet u Strumentazzjoni tat-Test, |
|
— |
Konfigurazzjoni, |
|
— |
Metodu tat-Test, |
|
— |
Dokumentazzjoni. |
Nota: Il-Metodu tat-Test jinsab fl-Appendiċi 1 u 2. Appendiċi 1 jiddeskrivi l-proċedura tat-test għad-displejs b’daqs djagonali tal-iskrin viżibbli li huwa inqas minn (<) 30 pulzier. Appendiċi 2 jiddeskrivi l-proċedura tat-test għad-displejs b’daqs djagonali tal-iskrin viżibbli li huwa minn 30 sa 60 pulzier, inklużiv.
L-imsieħba jistgħu jagħżlu li jużaw laboratorju intern jew indipendenti biex jipprovdi r-riżultati tat-test.
Kontroll tal-Kwalità tal-Faċilità
L-imsieħba huma meħtieġa jwettqu testijiet u jiċċertifikaw dawk il-mudelli tal-prodotti li jissodisfaw il-linji gwida tal-ENERGY STAR. Sabiex isir l-ittestjar meħtieġ għall-kwalifikazzjoni tal-ENERGY STAR, il-prodott għandu jiġi ttestjat b’faċilità li jkollha proċeduri tal-kontroll tal-kwalità għall-monitoraġġ tal-validità tat-testijiet u tal-kalibrazzjonijiet. L-ENERGY STAR tirrakkomanda li dawn it-testijiet isiru f’faċilità li tippermetti r-rekwiżiti ġenerali għall-kompetenza tal-laboratorji tal-ittestjar u l-kalibrazzjoni kif deskritti fl-Istandards Internazzjonali tal-ISO/IEC 17025.
Kundizzjonijiet u Strumentazzjoni tat-Test
A. Protokolli tal-Kejl tal-Enerġija
Il-konsum medju reali tal-enerġija tad-displej għandu jitkejjel fil-Modalità Mixgħula, il-Modalità Sleep u l-Modalità Mitfija. Meta jsir il-kejl għaċ-ċertifikazzjoni proprja ta’ mudell ta’ prodott, għall-ewwel l-Unità li qed tiġi Ttestjata (Unit Under Test UUT)) għandha tkun fl-istess kundizzjoni (eż. il-konfigurazzjoni u s-settings) bħal meta tkun konsenjata lill-klijent, sakemm ma jkunux iridu jsiru aġġustamenti skont l-istruzzjonijiet ta’ hawn taħt.
|
1. |
Il-kejl tal-enerġija għandu jittieħed minn punt bejn il-plakka jew is-sors tal-enerġija u l-UUT. |
|
2. |
Jekk l-enerġija elettrika ta’ prodott tiġi mill-mejns, USB, IEEE1394, Power-over-Ethernet, sistema tat-telefown, jew kwalunkwe mezz jew kumbinazzjoni ta’ mezzi oħra, għall-kwalifikazzjoni għandha tintuża l-enerġija elettrika AC netta kkunsmata mill-prodott (filwaqt li jitqies it-telf tal-konverżjoni minn AC għal DC). |
|
3. |
Il-prodotti li jieħdu l-enerġija minn provvista standard ta’ vultaġġ baxx DC (eż. USB, USB PlusPower, IEEE 1394, u Power Over Ethernet) għandhom jużaw sors xieraq tal-elettriku AC li jagħti elettriku DC. Dan il-konsum tal-enerġija tas-sors tal-elettriku AC għandu jitkejjel u jiġi rreġistrat bħala l-konsum tal-elettriku tal-UUT. |
|
4. |
Għal displej li jieħu l-enerġija minn USB, għandu jintuża hub bl-elettriku li jservi biss id-displej li qed jiġi ttestjat. Għal displej li jieħu l-enerġija minn Power Over Ethernet jew USB PlusPower, huwa aċċettabbli li t-tagħmir tad-distribuzzjoni tal-enerġija jitkejjel bid-displej konness u bid-displej mhux konness, u d-differenza bejn iż-żewġ qari li jsiru tiġi rreġistrata bħala l-konsum tal-enerġija tad-displej. Il-persuna responsabbli mit-test għandha tikkonferma li dan jirrefletti b’mod raġonevoli l-konsum DC tal-unità flimkien ma’ xi konċessjoni għall-ineffiċjenza fil-provvista u fid-distribuzzjoni tal-enerġija. |
|
5. |
Kwalunkwe prodott li jista’ jieħu l-enerġija kemm minn sorsi AC kif ukoll minn DC standard b’vultaġġ baxx għandu jiġi ttestjat waqt li jkun qed jaħdem b’enerġija AC. |
B. Rekwiżiti tal-Enerġija b’Input AC
|
Vultaġġ tal-Provvista |
L-Amerika ta’ Fuq/it-Tajwan |
115 (± 1 %) Volts AC, 60 Hz (± 1 %) |
|
L-Ewropa/L-Awstralja/New Zealand |
230 (± 1 %) Volts AC, 50 Hz (± 1 %) |
|
|
Il-Ġappun |
100 (± 1 %) Volts AC, 50 Hz (± 1 %)/60 Hz (± 1 %) Nota: Għal prodotti b’qawwa nominali massima ta’ > 1,5 kW, il-firxa tal-vultaġġ hija ± 4 % |
|
|
Distorsjoni Armonika Totali (THD) (Vultaġġ) |
< 2 % THD (< 5 % għal prodotti b’qawwa nominali massima ta’ > 1,5 kW) |
|
|
Temperatura Ambjentali |
23 °C ± 5 °C |
|
|
Umdità Relattiva |
10 – 80 % |
|
|
(ir-Referenza IEC 62301 Ed 1.0: Tagħmir Elettriku tad-Dar – Kejl tal-Enerġija Standby, it-Taqsimiet 4.2, 4.3) |
||
C. Miter approvat
Il-miters approvati se jinkludu l-karatteristiċi li ġejjin (2):
|
— |
Disponibbiltà ta’ fattur tal-ogħla tal-kurrent ta’ 3 jew iktar fil-valur nominali tiegħu, u |
|
— |
Limitu minimu ta’ isfel tal-medda tal-kurrent ta’ 10 mA jew inqas. |
L-istrument tal-kejl tal-enerġija għandu jkollu riżoluzzjoni ta’:
|
— |
0,01 W jew aħjar għall-kejl tal-enerġija ta’ 10 W jew inqas, |
|
— |
0,1 W jew aħjar għall-kejl tal-enerġija ta’ iktar minn 10 W sa 100 W, u |
|
— |
1 W jew aħjar għall-kejl tal-enerġija ta’ iktar minn 100 W. |
Flimkien mal-karatteristiċi ta’ hawn fuq huma ssuġġeriti dawn li ġejjin:
|
— |
Rispons ta’ frekwenza ta’ mill-inqas 3 kHz, u |
|
— |
Kalibrazzjoni bi standard li jkun traċċabbli mill- Istitut Nazzjonali tal-Istandards u t-Teknoloġija (NIST) tal-Istati Uniti. |
Huwa mixtieq ukoll li l-istrumenti jkunu kapaċi jkejlu l-konsum medju ta’ kull intervall ta’ ħin magħżul mill-utent (l-iktar tagħmir preċiż jagħmel kalkulazzjoni interna biex jiddividi l-enerġija li takkumula bil-ħin li jgħaddi). Bħala alternattiva, l-istrument tal-kejl irid ikun kapaċi jintegra l-enerġija tul kwalunkwe intervall ta’ ħin magħżul mill-utent b’riżoluzzjoni tal-enerġija ta’ 0,1 mWh jew inqas u jintegra l-ħin muri b’riżoluzzjoni ta’ sekonda jew inqas.
D. Preċizjoni
Il-kejl tal-enerġija ta’ 0,5 W jew iktar għandu jsir b’inċertezza ta’ 2 % jew inqas f’livell ta’ kunfidenza ta’ 95 %. Il-kejl tal-enerġija ta’ inqas minn 0,5 W għandu jsir b’inċertezza ta’ 0,01 W jew inqas f’livell ta’ kunfidenza ta’ 95 % (3).
Il-kejl kollu għandu jiġi rreġistrat f’watts u approssimat lejn l-eqreb deċimu ta’ watt.
E. Kundizzjonijiet ta’ Kamra Mudlama
L-ittestjar kollu tal-luminanza għandu jsir f’kundizzjonijiet ta’ kamra mudlama. Il-kejl tal-illuminanza tal-iskrin tad-displej (E) bil-Modalità Mitfija għandu jkun 1,0 lux jew inqas. Il-kejl għandu jsir f’punt li huwa perpendikolari għaċ-ċentru tal-iskrin tad-displej bl-użu ta’ Tagħmir tal-Kejl tad-Dawl (LMD) bid-displej bil-Modalità Mitfija (ir-Referenza tal-Istandard VESA FPDM 2.0, it-Taqsima 301-2F).
F. Protokolli tal-Kejl tad-Dawl
Meta jkun hemm bżonn jitkejjel id-dawl, bħall-illuminanza u l-luminanza, għandu jintuża LMD mad-displej li jinsab f’kundizzjonijiet ta’ kamra mudlama. L-LMD għandu jintuża biex isir il-kejl fiċ-ċentru ta’, u perpendikolari għall-iskrin tad-displej (ir-Referenza tal-Istandard VESA FPDM 2.0, l-Appendiċi A115). L-erja tal-wiċċ tal-iskrin li se jitkejjel għandha tkopri mill-inqas 500 pixel, sakemm dan ma jaqbiżx l-ekwivalenti ta’ parti rettangolari bil-ġnub b’tul li huma daqs 10 % tal-għoli u l-wisa’ viżibbli tal-iskrin (f’liema każ japplika dan il-limitu tal-aħħar). Madankollu, il-parti illuminata fl-ebda każ ma tista’ tkun iżgħar mill-parti li qed ikejjel l-LMD (ir-Referenza tal-Istandard VESA FPDM 2.0, it-Taqsima 301-2H).
Konfigurazzjoni
A. Periferali
L-ebda tagħmir estern ma għandu jkun konness ma’ hub jew port tal-Universal Serial Bus (USB). Kwalunkwe spiker mibni fuq ġewwa, tuner tat-televixin, eċċ. jista’ jitqiegħed fil-konfigurazzjoni tal-enerġija minima tiegħu, kif aġġustat mill-utent, biex jiġi minimizzat il-konsum tal-enerġija li mhuwiex assoċjat mad-displej stess.
B. Modifiki
Il-modifiki tat-tagħmir bħat-tneħħija taċ-ċirkwit, jew azzjonijiet oħra mhux disponibbli għal utent tipiku, mhumiex permessi.
C. Analogu vs. Interfejs Diġitali
L-imsieħba huma meħtieġa jittestjaw id-displejs tagħhom bl-użu ta’ interfejs diġitali, ħlief f’dawk il-każijiet fejn wieħed mhuwiex ipprovdut (jiġifieri, displejs b’interfejs diġitali, li għall-finijiet ta’ dan il-metodu tat-test huma definiti bħala li għandhom biss interfejs diġitali). Għad-displejs b’interfejs diġitali, jekk jogħġbok ara n-nota fl-Appendiċi 1 għall-informazzjoni dwar il-vultaġġ, u segwi l-metodu tat-test fl-Appendiċi 1 u/jew 2, li jiddependi fuq id-daqs djagonali tal-iskrin viżibbli tal-UUT, li juża ġeneratur tas-sinjali diġitali.
D. Mudelli li Kapaċi Joperaw b’Kumbinazzjonijiet Multipli ta’ Vultaġġ/Frekwenza
L-imsieħba għandhom jittestjaw, jikkwalifikaw u jiddokumentaw il-kundizzjonijiet applikabbli għal kull suq li l-prodotti tagħhom għandhom jinbiegħu fih bħala li jikkwalifika għall-ENERGY STAR.
Eżempju: Biex prodott jikseb it-tabella tal-ENERGY STAR kemm fl-Istati Uniti u fl-Ewropa, huwa għandu jikkwalifika kemm f’kumbinazzjoni ta’ 115 V/60Hz kif ukoll 230 V/50Hz. Jekk il-prodott jikkwalifika bħala ENERGY STAR f’kumbinazzjoni waħda biss ta’ vultaġġ/frekwenza (eż. 115 V/60 Hz), f’dan il-każ il-kwalifika u l-promozzjoni tiegħu bħala ENERGY STAR issir biss f’dawk ir-reġjuni li jappoġġaw il-kumbinazzjoni ttestjata ta’ vultaġġ/frekwenza (eż. l-Amerika ta’ Fuq u t-Tajwan).
E. Provvista Esterna tal-Enerġija
Għad-displejs li joħorġu mill-fabbrika bi provvista esterna tal-enerġija, l-EPS ipprovdut għandu jintuża għall-ittestjar kollu. Provvista tal-elettriku alternata ma tistax tiġi sostitwita.
F. Kontrolli tal-Kulur
Il-kontrolli kollha tal-kulur (lewn, saturazzjoni, gamma, eċċ) għandhom jiġu ssettjati bis-settings awtomatiċi tal-fabbrika.
G. Riżoluzzjoni u Frekwenza tar-Riffriskar (Refresh) tal-iskrin
Ir-riżoluzzjoni u l-frekwenza tar-riffriskar tal-iskrin ivarjaw skont it-teknoloġija, kif ġej:
|
(1) |
Għall-LCDs u teknoloġiji oħrajn bil-pixels fissi, il-format tal-pixel għandu jkun issettjat għal-livell lokali. Il-frekwenza tar-riffriskar tal-LCD għandha tkun issettjata għal 60 Hz, sakemm ma tkunx speċifikament rakkomandata frekwenza tar-riffriskar differenti mill-Imsieħeb, f’liema każ għandha tintuża dik il-frekwenza. |
|
(2) |
Il-format tal-pixel tas-CRT għandu jkun issettjat fil-format tal-pixel preferut bl-ogħla riżoluzzjoni li hija maħsuba li titħaddem bi frekwenza ta’ riffriskar ta’ 75 Hz. Għandha tintuża VESA Discrete Monitor Timing (DMT) jew format tal-pixel standard tal-industrija iktar ġdida għat-test. Id-displej tas-CRT għandu jkun kapaċi jilħaq l-ispeċifikazzjonijiet kollha tal-kwalità ddikjarati mill-Imsieħeb fil-format ittestjat. |
H. Proċess biex tisħon
L-UUT għandha tissaħħan għal minimu ta’ 20 minuta qabel ma jittieħed kwalunkwe kejl tat-test (ir-Referenza tal-Istandard VESA FPDM 2.0, it-Taqsima 301-2D jew 305-3 għat-test biex jisħon).
I. Stabbiltà
Il-kejl kollu tal-konsum tal-enerġija għandu jiġi rreġistrat wara li l-qari tal-istrument ikun stabbli għal 1 % f’perjodu ta’ tliet minuti (ir-Referenza IEC 4.3.1).
Metodu tat-Test
Meta jkunu qed isiru dawn it-testijiet, l-imsieħeb jaqbel li juża l-proċeduri applikabbli tat-test ipprovduti fl-Appendiċi 1 u/jew 2, li jiddependu fuq id-daqs djagonali tal-iskrin viżibbli tal-UUT, kif ġej:
Għad-displejs b’daqs djagonali tal-iskrin viżibbli li huwa inqas minn (<) 30 pulzier, uża l-Appendiċi 1.
Għad-displejs b’daqs djagonali tal-iskrin viżibbli li huwa minn 30 sa 60 pulzier, uża l-Appendiċi 2.
Dokumentazzjoni
A. Preżentazzjoni ta’ Dejta tal-Prodott Ikkwalifikat lill-EPA jew lill-Kummissjoni Ewropea, kif ikun xieraq
L-imsieħba huma meħtieġa jiċċertifikaw huma stess dawk il-mudelli tal-prodotti li jissodisfaw il-linji gwida tal-ENERGY STAR u jirrappurtaw l-informazzjoni lill-EPA permezz tal-għodda tat-Tressiq ta’ Prodott Onlajn, jew lill-Kummissjoni Ewropea, kif ikun xieraq. Id-dejta dwar il-prodott li jikkwalifika għall-ENERGY STAR, inkluża l-informazzjoni dwar mudelli ġodda, għandha tiġi pprovduta fuq bażi annwali, jew iktar spiss jekk ikun jixtieq l-Imsieħeb.
B. Kwalifika għal Familji ta’ Prodotti
Il-familji tal-mudelli tad-displej li huma mibnija fuq l-istess qafas u huma identiċi f’kull aspett ħlief fil-kaxxa u l-kulur, jistgħu jkunu kkwalifikati permezz ta’ sottomissjoni tad-dejta tat-test għal mudell wieħed rappreżentattiv. Bl-istess mod, il-mudelli li jibqgħu l-istess jew li jvarjaw biss fl-aspett estern minn dawk mibjugħa fis-sena ta’ qabel jistgħu jibqgħu kwalifikati mingħajr is-sottomissjoni ta’ dejta ġdida tat-test.
C. Għadd ta’ Unitajiet Meħtieġa għall-Ittestjar
Fuq bażi tan-Norma Ewropea 50301 (ir-Referenza BSI 03-2001, BS EN 50301:2001, il-Metodi tal-Kejl għall-Konsum tal-Enerġija għal Tagħmir Awdjo, Vidjo u Tagħmir Relatat, l-Anness A), l-EPA u l-Kummissjoni stabbilixxew proċedura tat-test li biha n-numru ta’ unitajiet meħtieġa għat-test jiddependi fuq ir-riżultati tat-test għall-ewwel unità:
|
(1) |
Jekk il-konsum tal-enerġija fi stat stabbli tal-UUT huwa iktar minn 85 % tal-limitu għall-kwalifikazzjoni tal-ENERGY STAR fi kwalunkwe waħda mit-tliet modalitajiet operattivi, għandhom jiġu ttestjati żewġ unitajiet addizzjonali tal-istess mudell, |
|
(2) |
Id-dejta dwar il-konsum tal-enerġija għal kull waħda mit-tliet unitajiet tat-test għandha tiġi rrappurtata lill-EPA permezz tal-għodda tat-Tressiq ta’ Prodott Onlajn, jew lill-Kummissjoni Ewropea, kif ikun xieraq, flimkien mal-medja tad-dejta tal-konsum tal-enerġija bil-Modalità Mixgħula, Sleep jew Mitfija mit-tliet testijiet, |
|
(3) |
L-ittestjar ta’ unitajiet addizzjonali mhuwiex meħtieġ jekk il-konsum tal-enerġija fi stat stabbli tal-ewwel unità tat-test huwa 85 % jew inqas mil-limitu tal-kwalifikazzjoni tal-ENERGY STAR tat-tliet modalitajiet operattivi, |
|
(4) |
L-ebda valur tat-test għal kwalunkwe unità ttestjata ma jista’ jaqbeż l-ispeċifikazzjoni tal-ENERGY STAR biex il-mudell jikkwalifika għall-ENERGY STAR, |
|
(5) |
L-eżempju li ġej ikompli jispjega dan l-approċċ: Eżempju: Għas-sempliċità, assumi li l-ispeċifikazzjoni hija 100 watt jew inqas u tapplika biss għal modalità operattiva waħda. 85 watts jirrappreżentaw il-limitu ta’ 15 %.
|
5. L-Interfejs tal-Utent
L-imsieħba huma rakkomandati b’mod qawwi li jiddiżinjaw il-prodotti skont l-istandard tal-interfejs tal-utent IEEE P1621: Standard għall-Elementi tal-Interfejs tal-Utent fil-Kontroll tal-Enerġija tat-Tagħmir Elettroniku użat f’Ambjenti ta’ Uffiċċji/Konsumaturi. Il-proġett tal-Kontrolli tal-Ġestjoni tal-Enerġija żviluppa dan l-istandard biex jagħmel il-kontrolli tal-enerġija iktar konsistenti u intuwittivi fit-tagħmir elettroniku kollu. Għad-dettalji, ara http://eetd.LBL.gov/Controls
6. Data Effettiva
Id-data meta l-Imsieħba jistgħu jibdew jikkwalifikaw il-prodotti bħala Energy Star, skont l-ispeċifikazzjoni tal-Verżjoni 5.0, se tiġi definita bħala d-data effettiva tal-ftehim. Kwalunkwe ftehim preċedenti dwar is-suġġett tad-displejs li jikkwalifikaw għall-Energy Star għandu jintemm b’effett fid-29 ta’ Ottubru 2009 għad-displejs b’daqs djagonali tal-iskrin viżibbli inqas minn 30 pulzier, jew fid-29 ta’ Jannar 2010 għad-displejs b’daqs djagonali tal-iskrin viżibbli minn 30 sa 60 pulzier, inklużivi.
A. Kwalifika tal-Prodotti Skont il-Livell 1 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Verżjoni 5.0
Id-data li fiha jrid jidħol fis-seħħ il-Livell 1 tal-ispeċifikazzjoni tal-Verżjoni 5.0 tiddependi mid-daqs tad-displej, u hija deskritta fit-tabella ta’ hawn taħt. Il-prodotti kollha, inklużi mudelli li oriġinarjament kienu kkwalifikati skont il-Verżjoni 4.1, b’data tal-manifattura f’dik id-data jew wara għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda tal-Verżjoni 5.0 sabiex jikkwalifikaw għall-Energy Star (inklużi produzzjonijiet addizzjonali ta’ mudelli li oriġinarjament kienu kkwalifikati taħt il-Verżjoni 4.1). Id-data tal-manifattura hija speċifika għal kull unità u hija d-data (eż. ix-xahar u s-sena) li fiha unità titqies li ġiet immuntata kompletament.
|
Kategorija tad-Displej |
Livell 1 Data Effettiva |
|
Daqs Djagonali tal-Iskrin < 30 pulzier |
It-30 ta’ Ottubru 2009 |
|
Daqs Djagonali tal-Iskrin 30 - 60 pulzier |
It-30 ta’ Jannar 2010 |
B. Kwalifika tal-Prodotti Skont il-Livell 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Verżjoni 5.0
It-tieni fażi ta’ din l-ispeċifikazzjoni, il-Livell 2, għandha tidħol fis-seħħ fit-30 ta’ Ottubru 2011 u tapplika għal prodotti b’data tal-manifattura fit-30 ta’ Ottubru 2011 jew wara. Pereżempju, unità b’data tal-manifattura tat-30 ta’ Ottubru 2011 għandha tissodisfa l-ispeċifikazzjoni tal-Livell 2 sabiex tikkwalifika għall-Energy Star.
C. Eliminazzjoni ta’ Drittijiet Akkwistati (Grandfathering)
L-EPA u l-Kummissjoni Ewropea mhux se jħalli li jsir grandfathering skont din l-ispeċifikazzjoni tal-Verżjoni 5.0 tal-Energy Star. Il-kwalifika Energy Star skont il-verżjoni 4.1 ma tingħatax awtomatikament għall-ħajja tal-mudell tal-prodott. Għalhekk, kwalunkwe prodott mibjugħ, ikkummerċjalizzat jew identifikat mill-imsieħeb tal-manifattura bħala Energy Star għandu jissodisfa l-ispeċifikazzjoni attwali li tkun fis-seħħ fiż-żmien tal-manifattura tal-prodott.
7. Reviżjonijiet Futuri tal-Ispeċifikazzjonijiet
L-EPA u l-Kummissjoni Ewropea jirriservaw id-dritt li jbiddlu l-ispeċifikazzjoni f’każ li l-bidliet teknoloġiċi u/jew dawk tas-suq jaffettwaw l-utilità tagħha għall-konsumaturi, l-industrija jew l-ambjent. B’konformità mal-politika attwali, ir-reviżjonijiet tal-ispeċifikazzjoni jsiru permezz ta’ diskussjonijiet mal-partijiet interessati.
L-EPA u l-Kummissjoni Ewropea se jevalwaw perjodikament is-suq fir-rigward tal-effiċjenza tal-enerġija u t-teknoloġiji l-ġodda. Bħal dejjem, il-partijiet interessati se jkollhom l-opportunità jaqsmu d-dejta tagħhom, iressqu proposti, u jesprimu kwalunkwe tħassib. L-EPA u l-Kummissjoni Ewropea se jaħdmu biex jiżguraw li l-ispeċifikazzjonijiet tal-Livell 1 u 2 jirrikonoxxu l-iktar mudelli fis-suq li huma effiċjenti f’termini ta’ enerġija u jippremjaw lil dawk l-Imsieħba li għamlu sforz biex itejbu iktar l-effiċjenza tal-enerġija.
Appendiċi 1
Proċeduri tat-Test għad-Displejs b’daqs djagonali tal-iskrin viżibbli inqas minn (<) 30 pulzier
META GĦANDU JINTUŻA DAN ID-DOKUMENT
Dan id-dokument jiddeskrivi l-proċeduri tat-test għad-displejs b’daqs djagonali tal-iskrin viżibbli li jkun inqas minn (<) 30 pulzier djagonali għar-Rekwiżiti tal-Programm ENERGY STAR għad-displejs tal-Verżjoni 5.0. Il-proċeduri għandhom jintużaw biex jiddeterminaw il-konsum tal-enerġija bil-Modalità Mixgħula, Sleep u Mitfija tal-unità li qed tiġi ttestjata (UUT). Innota li din l-appendiċi jinkludi proċeduri separati għat-tipi ta’ prodotti li ġejjin:
|
— |
Displejs CRT, |
|
— |
Displejs bil-pixels fissi mingħajr il-Kontroll Awtomatiku tal-Luminożità (ABC) attivat awtomatikament, u, |
|
— |
Displejs bil-pixels fissi bl-ABC attivat awtomatikament. |
1. Metodu tat-Test għad-displejs CRT
A. Il-kundizzjonijiet, l-istrumentazzjoni u l-konfigurazzjoni tal-ittestjar
Qabel ma tittestja l-UUT, kun żgur li l-kundizzjonijiet, l-istrumentazzjoni u l-konfigurazzjoni xierqa tal-ittestjar ikunu kif inhu deskritt fil-Kundizzjonijiet u l-Istrumentazzjoni tat-Test tal-Prodott, u t-taqsimiet tal-Konfigurazzjoni tat-Test tal-Prodott tal-ispeċifikazzjoni tad-Displejs.
B. Modalità Mixgħula
|
(1) |
Qabbad il-kampjun tat-test mal-plakka jew mas-sors tal-enerġija u t-tagħmir tat-test. |
|
(2) |
Ixgħel it-tagħmir kollu tat-test u aġġusta sew il-vultaġġ u l-frekwenza tas-sors tal-enerġija. |
|
(3) |
Iċċekkja dwar l-operat normali tal-unità tat-test u ħalli l-aġġustamenti kollha tal-konsumaturi ssettjati bis-settings awtomatiċi tal-fabbrika. |
|
(4) |
Daħħal l-unità tat-test fil-Modalità Mixgħula billi tuża t-tagħmir tal-kontroll remot jew is-swiċċ MIXGĦUL/MITFI fuq il-kabinett tal-unità tat-test. |
|
(5) |
Ħalli lill-UUT tilħaq it-temperatura tal-operat (madwar 20 minuta). |
|
(6) |
Issettja l-modalità xierqa tad-displej. (Irreferi għall-Konfigurazzjoni tat-Test tal-Prodott, it-Taqsima G, ir-Riżoluzzjoni u l-Frekwenza tar-Riffriskar.) |
|
(7) |
Ipprovdi kundizzjonijiet ta’ kamra mudlama. (Irreferi għall-Kundizzjonijiet u l-Istrumentazzjoni tat-Test tal-Prodott, it-Taqsima F, il-Protokolli tal-Kejl tad-Dawl, u t-Taqsima E, il-Kundizzjonijiet ta’ Kamra Mudlama |
|
(8) |
Issettja d-daqs u l-luminanza kif ġej:
|
|
(9) |
Ladarba tkun issettjata l-luminanza, il-kundizzjonijiet ta’ kamra mudlama ma għadhomx meħtieġa iktar. |
|
(10) |
Issettja l-iskala tal-kurrent tal-miter tal-enerġija. Il-valur tal-iskala sħiħa magħżul immultiplikat bir-rata tal-fattur crest (Ipeak/Irms) tal-miter għandu jkun ikbar mill-qari tal-ogħla kurrent mill-ossilloskopju. |
|
(11) |
Ħalli l-qari tal-miter tal-enerġija jistabbilizza u mbagħad ħu l-qari tal-enerġija reali f’watts mill-miter tal-enerġija. Il-kejl jitqies stabbli meta l-qari tal-watts ma jvarjax iktar minn 1 % f’perjodu ta’ tliet minuti. (Irreferi għall-Konfigurazzjoni tat-Test tal-Prodott, it-Taqsima I, l-Istabbiltà). |
|
(12) |
Irreġistra l-konsum tal-enerġija u l-format totali tal-pixels (pixels orizzontali × vertikali murija), biex tikkalkula l-pixels/watt. |
C. Modalità Sleep (Is-Swiċċ Mixgħul, l-Ebda Sinjal Vidjo)
|
(1) |
Fi tmiem it-test bil-Modalità Mixgħula, ibda l-Modalità Sleep tad-displej. Il-metodu tal-aġġustament għandu jkun dokumentat flimkien mas-sekwenza tal-avvenimenti meħtieġa sabiex tintlaħaq il-Modalità Sleep. Ixgħel it-tagħmir kollu tat-test u aġġusta b’mod xieraq l-iskala tal-operat. |
|
(2) |
Ħalli d-displej jibqa’ fil-Modalità Sleep sakemm jitkejjel qari stabbli tal-enerġija. Il-kejl jitqies stabbli meta l-qari tal-watts ma jvarjax iktar minn 1 % f’perjodu ta’ tliet minuti. Il-persuna responsabbli mit-test għandha tinjora ċ-ċiklu tal-verifika tas-sinjal tas-sinkronizzazzjoni tal-input meta tkejjel l-unità fil-Modalità Sleep. |
|
(3) |
Irreġistra l-kundizzjonijiet tat-test u d-dejta tat-test. Il-ħin tal-kejl għandu jkun twil biżżejjed biex jitkejjel il-valur medju korrett (jiġifieri, mhux enerġija massima jew istantanja). Jekk it-tagħmir għandu Modalitajiet Sleep differenti li jistgħu jkunu magħżula manwalment, il-kejl għandu jittieħed bit-tagħmir bil-modalità li l-iktar tikkonsma enerġija minnhom. Jekk ikun hemm ċiklu awtomatiku tal-modalitajiet, il-ħin tal-kejl għandu jkun twil biżżejjed li tinkiseb medja reali li tinkludi l-modalitajiet kollha. |
D. Modalità Mitfija (L-Iswiċċ tal-Enerġija Mitfi)
|
(1) |
Fi tmiem it-test bil-Modalità Sleep, ibda l-Modalità Mitfija tad-displej billi tuża s-swiċċ tal-enerġija li huwa l-iktar aċċessibbli faċilment għall-utent. Il-metodu tal-aġġustament għandu jkun dokumentat flimkien mas-sekwenza tal-avvenimenti meħtieġa sabiex tintlaħaq il-Modalità Mitfija. Ixgħel it-tagħmir kollu tat-test u aġġusta b’mod xieraq l-iskala tal-operat. |
|
(2) |
Ħalli d-displej jibqa’ bil-Modalità Mitfija sakemm jitkejjel qari stabbli tal-enerġija. Il-kejl jitqies stabbli meta l-qari tal-watts ma jvarjax iktar minn 1 % f’perjodu ta’ tliet minuti. Il-persuna responsabbli mit-test għandha tinjora ċ-ċiklu tal-verifika tas-sinjal tas-sinkronizzazzjoni tal-input meta tkejjel il-mudell fil-Modalità Mitfija. |
|
(3) |
Irreġistra l-kundizzjonijiet tat-test u d-dejta tat-test. Il-ħin tal-kejl għandu jkun twil biżżejjed biex jitkejjel il-valur medju korrett (jiġifieri, mhux enerġija massima jew istantanja). |
E. Rappurtar tar-riżultati
Meta titlesta l-proċedura tat-test, jekk jogħġbok irreferi għat-taqsima tad-Dokumentazzjoni tat-Test tal-ispeċifikazzjoni għall-gwida dwar kif għandek tirrapporta r-riżultati tat-test lill-EPA jew lill-Kummissjoni Ewropea, kif ikun xieraq.
2. Metodu tat-Test għad-displejs bil-pixels fissi mingħajr ABC attivat awtomatikament
A. Il-kundizzjonijiet, l-istrumentazzjoni u l-konfigurazzjoni tal-ittestjar
Qabel ma tittestja l-UUT, kun żgur li l-kundizzjonijiet, l-istrumentazzjoni u l-konfigurazzjoni xierqa tal-ittestjar ikunu f’posthom kif inhu deskritt fil-Kundizzjonijiet u l-Istrumentazzjoni tat-Test tal-Prodott, u t-taqsimiet tal-Konfigurazzjoni tat-Test tal-Prodott tal-ispeċifikazzjoni tad-Displejs.
B. Modalità Mixgħula
|
(1) |
Qabbad il-kampjun tat-test mal-plakka jew mas-sors tal-enerġija u t-tagħmir tat-test. |
|
(2) |
Ixgħel it-tagħmir kollu tat-test u aġġusta sew il-vultaġġ u l-frekwenza tas-sors tal-enerġija. |
|
(3) |
Iċċekkja dwar l-operat normali tal-unità tat-test u ħalli l-aġġustamenti kollha tal-konsumaturi ssettjati bis-settings awtomatiċi tal-fabbrika. |
|
(4) |
Daħħal l-unità tat-test fil-Modalità Mixgħula billi tuża t-tagħmir tal-kontroll remot jew is-swiċċ MIXGĦUL/MITFI fuq il-kabinett tal-unità tat-test. |
|
(5) |
Ħalli lill-UUT tilħaq it-temperatura tal-operat (madwar 20 minuta). |
|
(6) |
Issettja l-modalità xierqa tad-displej (Irreferi għall-Konfigurazzjoni tat-Test tal-Prodott, it-Taqsima G, ir-Riżoluzzjoni u l-Frekwenza tar-Riffriskar). |
|
(7) |
Ipprovdi l-kundizzjonijiet ta’ kamra mudlama (Irreferi għall-Kundizzjonijjiet u l-Istrumentazzjoni tat-Test tal-Prodott, it-Taqsima F, il-Protokolli tal-Kejl tad-Dawl, u t-Taqsima E, il-Kundizzjonijiet ta’ Kamra Mudlama. |
|
(8) |
Issettja d-daqs u l-luminanza kif ġej:
|
|
(9) |
Ladarba tkun issettjata l-luminanza, il-kundizzjonijiet ta’ kamra mudlama ma jkunux meħtieġa iktar. |
|
(10) |
Issettja l-iskala tal-kurrent tal-miter tal-enerġija. Il-valur tal-iskala sħiħa magħżul immultiplikat bir-rata tal-fattur crest (Ipeak/Irms) tal-miter għandu jkun ikbar mill-qari tal-ogħla kurrent mill-ossilloskopju. |
|
(11) |
Ħalli l-qari tal-miter tal-enerġija jistabbilizza u mbagħad ħu l-qari tal-enerġija reali f’watts mill-miter tal-enerġija. Il-kejl jitqies stabbli meta l-qari tal-watts ma jvarjax iktar minn 1 % f’perjodu ta’ tliet minuti. (Irreferi għall-Konfigurazzjoni tat-Test tal-Prodott, it-Taqsima I, l-Istabbiltà). |
|
(12) |
Irreġistra l-konsum tal-enerġija u l-format totali tal-pixels (pixels orizzontali × vertikali murija), biex tikkalkula l-pixels/watt. |
C. Modalità Sleep (Is-Swiċċ Mixgħul, l-Ebda Sinjal Vidjo)
|
(1) |
Fi tmiem it-test bil-Modalità Mixgħula, ibda l-Modalità Sleep tad-displej. Il-metodu tal-aġġustament għandu jkun dokumentat flimkien mas-sekwenza tal-avvenimenti meħtieġa sabiex tintlaħaq il-Modalità Sleep. Ixgħel it-tagħmir kollu tat-test u aġġusta b’mod xieraq l-iskala tal-operat. |
|
(2) |
Ħalli d-displej jibqa’ fil-Modalità Sleep sakemm jitkejjel qari stabbli tal-enerġija. Il-kejl jitqies stabbli meta l-qari tal-watts ma jvarjax iktar minn 1 % f’perjodu ta’ tliet minuti. Il-persuna responsabbli mit-test għandha tinjora ċ-ċiklu tal-verifika tas-sinjal tas-sinkronizzazzjoni tal-input meta tkejjel l-unità fil-Modalità Sleep. |
|
(3) |
Irreġistra l-kundizzjonijiet tat-test u d-dejta tat-test. Il-ħin tal-kejl għandu jkun twil biżżejjed biex jitkejjel il-valur medju korrett (jiġifieri, mhux enerġija massima jew istantanja). Jekk it-tagħmir għandu Modalitajiet Sleep differenti li jistgħu jkunu magħżula manwalment, il-kejl għandu jittieħed bit-tagħmir fil-modalità li l-iktar tikkonsma enerġija minnhom. Jekk ikun hemm ċiklu awtomatiku tal-modalitajiet, il-ħin tal-kejl għandu jkun twil biżżejjed li tinkiseb medja reali li tinkludi l-modalitajiet kollha. |
D. Modalità Mitfija (L-Iswiċċ tal-Enerġija Mitfi)
|
(1) |
Fi tmiem it-test bil-Modalità Sleep, ibda l-Modalità Mitfija tad-displej billi tuża s-swiċċ tal-enerġija li huwa l-iktar aċċessibbli faċilment għall-utent. Il-metodu tal-aġġustament għandu jkun dokumentat flimkien mas-sekwenza tal-avvenimenti meħtieġa sabiex tintlaħaq il-Modalità Mitfija. Ixgħel it-tagħmir kollu tat-test u aġġusta b’mod xieraq l-iskala tal-operat. |
|
(2) |
Ħalli d-displej jibqa’ fil-Modalità Mitfija sakemm jitkejjel qari stabbli tal-enerġija. Il-kejl jitqies stabbli meta l-qari tal-watts ma jvarjax iktar minn 1 % f’perjodu ta’ tliet minuti. Il-persuna responsabbli mit-test għandha tinjora ċ-ċiklu tal-verifika tas-sinjal tas-sinkronizzazzjoni tal-input meta tkejjel il-mudell fil-Modalità Mitfija. |
|
(3) |
Irreġistra l-kundizzjonijiet tat-test u d-dejta tat-test. Il-ħin tal-kejl għandu jkun twil biżżejjed biex jitkejjel il-valur medju korrett (jiġifieri, mhux enerġija massima jew istantanja). |
E. Rappurtar tar-riżultati
Meta titlesta l-proċedura tat-test, jekk jogħġbok irreferi għat-taqsima tad-Dokumentazzjoni tat-Test tal-ispeċifikazzjoni għall-gwida dwar kif għandek tirrapporta r-riżultati tat-test lill-EPA jew lill-Kummissjoni Ewropea, kif ikun xieraq.
3. Metodu tat-Test għad-displejs bil-pixels fissi mingħajr ABC attivat awtomatikament
A. Il-kundizzjonijiet, l-istrumentazzjoni u l-konfigurazzjoni tal-ittestjar
Qabel ma tittestja l-UUT, kun żgur li l-kundizzjonijiet, l-istrumentazzjoni u l-konfigurazzjoni xierqa tal-ittestjar ikunu f’posthom kif inhu deskritt fil-Kundizzjonijiet u l-Istrumentazzjoni tat-Test tal-Prodott, u t-taqsimiet tal-Konfigurazzjoni tat-Test tal-Prodott tal-ispeċifikazzjoni tad-Displejs.
B. Modalità Mixgħula
|
(1) |
Qabbad il-kampjun tat-test mal-plakka jew mas-sors tal-enerġija u t-tagħmir tat-test. |
|
(2) |
Ixgħel it-tagħmir kollu tat-test u aġġusta sew il-vultaġġ u l-frekwenza tas-sors tal-enerġija. |
|
(3) |
Iċċekkja dwar l-operat normali tal-unità tat-test u ħalli l-aġġustamenti kollha tal-konsumaturi ssettjati bis-settings awtomatiċi tal-fabbrika. |
|
(4) |
Daħħal l-unità tat-test fil-Modalità Mixgħula billi tuża t-tagħmir tal-kontroll remot jew is-swiċċ MIXGĦUL/MITFI fuq il-kabinett tal-unità tat-test. |
|
(5) |
Ħalli lill-UUT tilħaq it-temperatura tal-operat (madwar 20 minuta). |
|
(6) |
Issettja l-modalità xierqa tad-displej (Irreferi għall-Konfigurazzjoni tat-Test tal-Prodott, it-Taqsima G, ir-Riżoluzzjoni u l-Frekwenza tar-Riffriskar). |
|
(7) |
Issettja l-iskala tal-kurrent tal-miter tal-enerġija. Il-valur tal-iskala sħiħa magħżul immultiplikat bir-rata tal-fattur crest (Ipeak/Irms) tal-miter għandu jkun ikbar mill-qari tal-ogħla kurrent mill-ossilloskopju. |
|
(8) |
Il-proċedura tat-test alternattiva li ġejja tintuża biex tikkalkula l-konsum massimu tal-enerġija bil-Modalità Mixgħula għad-displejs li joħorġu mill-fabbrika bil-Kontroll Awtomatiku tal-Luminożità attivat awtomatikament. Għal din il-proċedura tat-test, id-dawl ambjentali għoli għandu jiġi ssetjat għal 300 lux, filwaqt li d-dawl ambjentali baxx għandu jiġi ssetjat għal 0 lux, kif ġej:
|
|
(9) |
Irreġistra l-konsum tal-enerġija u l-format totali tal-pixels (pixels orizzontali × vertikali murija), biex tikkalkula l-pixels/watt. |
C. Modalità Sleep (Is-Swiċċ Mixgħul, l-Ebda Sinjal Vidjo)
|
(1) |
Fi tmiem it-test bil-Modalità Mixgħula, ibda l-Modalità Sleep tad-displej. Il-metodu tal-aġġustament għandu jkun dokumentat flimkien mas-sekwenza tal-avvenimenti meħtieġa sabiex tintlaħaq il-Modalità Sleep. Ixgħel it-tagħmir kollu tat-test u aġġusta b’mod xieraq l-iskala tal-operat. |
|
(2) |
Ħalli d-displej jibqa’ fil-Modalità Sleep sakemm jitkejjel qari stabbli tal-enerġija. Il-kejl jitqies stabbli meta l-qari tal-watts ma jvarjax iktar minn 1 % f’perjodu ta’ tliet minuti. Il-persuna responsabbli mit-test għandha tinjora ċ-ċiklu tal-verifika tas-sinjal tas-sinkronizzazzjoni tal-input meta tkejjel l-unità fil-Modalità Sleep. |
|
(3) |
Irreġistra l-kundizzjonijiet tat-test u d-dejta tat-test. Il-ħin tal-kejl għandu jkun twil biżżejjed biex jitkejjel il-valur medju korrett (jiġifieri, mhux enerġija massima jew istantanja). Jekk it-tagħmir għandu Modalitajiet Sleep differenti li jistgħu jkunu magħżula manwalment, il-kejl għandu jittieħed bit-tagħmir fil-modalità li l-iktar tikkonsma enerġija minnhom. Jekk ikun hemm ċiklu awtomatiku tal-modalitajiet, il-ħin tal-kejl għandu jkun twil biżżejjed li tinkiseb medja reali li tinkludi l-modalitajiet kollha. |
D. Modalità Mitfija (L-Iswiċċ tal-Enerġija Mitfi)
|
(1) |
Fi tmiem it-test bil-Modalità Sleep, ibda l-Modalità Mitfija tad-displej billi tuża s-swiċċ tal-enerġija li huwa l-iktar aċċessibbli faċilment għall-utent. Il-metodu tal-aġġustament għandu jkun dokumentat flimkien mas-sekwenza tal-avvenimenti meħtieġa sabiex tintlaħaq il-Modalità Mitfija. Ixgħel it-tagħmir kollu tat-test u aġġusta b’mod xieraq l-iskala tal-operat. |
|
(2) |
Ħalli d-displej jibqa’ fil-Modalità Mitfija sakemm jitkejjel qari stabbli tal-enerġija. Il-kejl jitqies stabbli meta l-qari tal-watts ma jvarjax iktar minn 1 % f’perjodu ta’ tliet minuti. Il-persuna responsabbli mit-test għandha tinjora ċ-ċiklu tal-verifika tas-sinjal tas-sinkronizzazzjoni tal-input meta tkejjel il-mudell fil-Modalità Mitfija. |
|
(3) |
Irreġistra l-kundizzjonijiet tat-test u d-dejta tat-test. Il-ħin tal-kejl għandu jkun twil biżżejjed biex jitkejjel il-valur medju korrett (jiġifieri, mhux enerġija massima jew istantanja). |
E. Rappurtar tar-riżultati
Meta titlesta l-proċedura tat-test, jekk jogħġbok irreferi għat-taqsima tad-Dokumentazzjoni tat-Test tal-ispeċifikazzjoni għall-gwida dwar kif għandek tirrapporta r-riżultati tat-test lill-EPA jew lill-Kummissjoni Ewropea, kif ikun xieraq.
Appendiċi 2
Proċeduri tat-Test għad-Displejs b’daqs djagonali tal-iskrin viżibbli minn 30 sa 60 pulzier inklużiv
META GĦANDU JINTUŻA DAN ID-DOKUMENT
Dan id-dokument jiddeskrivi l-proċeduri tat-test għad-displejs b’daqs djagonali tal-iskrin viżibbli li jkun minn 30 sa 60 pulzier, inklużivi (‘displejs kbar’), għar-Rekwiżiti tal-Programm ENERGY STAR għad-displejs tal-Verżjoni 5.0. Il-proċeduri għandhom jintużaw biex jiddeterminaw il-konsum tal-enerġija bil-Modalità Mixgħula, Sleep u Mitfija tal-unità li qed tiġi ttestjata (UUT).
Tabella 1
Proċeduri tat-Test għall-Kejl tal-Modalitajiet Operattivi
|
Rekwiżit tal-Ispeċifikazzjoni |
Protokoll tat-Test |
Sors |
|
Modalità Mixgħula |
IEC 62087, Ed 2.0: Metodi tal-Kejl għall-Konsum tal-Enerġija tat-Tagħmir Awdjo, Vidjo u Tagħmir Relatat, it-Taqsima 11, ‘Kundizzjonijiet tal-kejl tas-settijiet tat-televixin bil-modalità (medja) Mixgħula.’ |
www.iec.ch |
1. Il-kundizzjonijiet, l-istrumentazzjoni u l-konfigurazzjoni tal-ittestjar
Qabel ma tittestja l-UUT, kun żgur li l-kundizzjonijiet, l-istrumentazzjoni u l-konfigurazzjoni xierqa tal-ittestjar ikunu f’posthom kif inhu deskritt fil-Kundizzjonijiet u l-Istrumentazzjoni tat-Test tal-Prodott, u t-taqsimiet tal-Konfigurazzjoni tat-Test tal-Prodott tal-ispeċifikazzjoni tad-Displejs.
2. Il-Kejl tal-Enerġija bil-Modalità Mixgħula, Sleep u Mitfija
A. Modalità Mixgħula (Gwida dwar l-Implimentazzjoni tal-IEC 62087)
Hawn taħt qed tiġi pprovduta gwida dwar l-użu tal-EC 62087, Ed. 2.0 għall-kejl tal-enerġija bil-Modalità Mixgħula tad-displejs kbar. Sabiex tiġi ddeterminata l-kwalifikazzjoni tal-ENERGY STAR ta’ prodott, japplikaw l-eċċezzjonijiet u l-kjarifiki ta’ hawn taħt.
|
(1) |
Eżattezza tal-Livelli tas-Sinjal tal-Input: It-Taqsima 11.4.12, ‘Eżattezza tal-livelli tas-sinjal tal-input,’ ifakkru lill-persuni responsabbli mit-test li l-inputs tal-vidjo użati għall-ittestjar għandhom ikunu fil-limiti ta’ ± 2 % tal-livelli ta’ referenza bojod u suwed. It-Taqsima B.2 tal-Anness B, ‘Konsiderazzjonijiet għall-kejl tal-enerġija ta’ sett tat-televixin bil-modalità (medja) Mitfija’ tiddeskrivi l-importanza tal-eżattezza tas-sinjal tal-input f’iktar dettall. L-EPA u l-Kummissjoni Ewropea jixtiequ jenfasizzaw l-importanza tal-użu ta’ inputs tal-vidjo eżatti/kalibrati waqt l-ittestjar tal-Modalità Mixgħula u jinkuraġġixxu lill-persuni responsabbli mit-test biex jużaw l-inputs HDMI kull fejn ikun possibbli. |
|
(2) |
Fattur ta’ Potenza Reali: Minħabba ż-żieda fil-kuxjenza tal-importanza tal-kwalità tal-enerġija, l-Imsieħba għandhom jindikaw il-fattur reali tal-enerġija tad-displejs tagħhom waqt il-kejl bil-Modalità Mixgħula. |
|
(3) |
L-Użu ta’ Materjali ta’ Ttestjar waqt l-Ittestjar: Biex ikejlu l-konsum medju tal-enerġija bil-Modalità Mixgħula, l-Imsieħba għandhom ikejlu l-‘Po_broadcast’ kif deskritt fit-taqsima 11.6.1, ‘Ittestjar (medju) bil-Modalità Mixgħula b’sinjal tal-vidjo dinamiku tal-kontenut imxandar.’ |
|
(4) |
Ittestjar tas-Settings Awtomatiċi tal-Fabbrika: Fil-kejl tal-konsum tal-enerġija bil-Modalità Mixgħula ta’ displejs kbar, l-EPA u l-Kummissjoni Ewropea huma interessati li l-ewwel u qabel kollox jieħdu l-kejl tal-konsum tal-enerġija tal-prodotti hekk kif joħorġu mill-fabbrika. L-aġġustamenti tal-livell tal-istampa li jeħtieġu li jsiru qabel l-ittestjar tal-konsum tal-enerġija bil-Modalità Mixgħula għandhom isiru skont it-Taqsima 11.4.8, ‘Aġġustamenti fil-livell tal-istampa,’ jekk ikun il-każ. It-Taqsima 11.4.8 tgħid hekk: ‘Il-kuntrast u l-luminanza tas-sett tat-televixin u l-livell tar-retrodawl (backlight), jekk jeżistu, għandhom jiġu ssettjati kif kienu aġġustati oriġinarjament mill-manifattur għall-utent aħħari. F’każ li modalità tas-setting għandha tintagħżel malli jinxtgħelu għall-ewwel darba, għandha tintagħżel il-‘modalità standard’ jew dik ekwivalenti tagħha. F’każ li ma tkun teżisti l-ebda ‘modalità standard’ jew ekwivalenti tagħha, għandha tintagħżel l-ewwel modalità elenkata fil-menu tal-iskrin. Il-modalità użata waqt it-test għandha tiġi deskritta fir-rapport. Il-‘Modalità standard’ hija definita bħala ‘rakkomandata mill-manifattur għall-użu normali tad-dar’.’ Għal prodotti li joħorġu mill-fabbrika b’menu obbligatorju fejn mal-ewwel darba li jixgħelhom il-konsumatur ikollu jagħżel il-modalità li biha se jaħdem il-prodott, it-Taqsima 11.4.8 tgħid li l-ittestjar għandu jsir bil-‘modalità standard’. L-informazzjoni li tgħid li l-prodott jikkwalifika għall-ENERGY STAR f’setting speċifiku u li dan huwa s-setting li bih se jkun hemm iffrankar tal-enerġija, se tkun inkluża mal-prodott fl-ippakkjar tiegħu u mpoġġija fuq is-sit tal-Internet tal-Imsieħeb fejn tkun elenkata l-informazzjoni dwar il-mudell. |
|
(5) |
Ittestjar tad-displejs bil-Kontroll Awtomatiku tal-Luminożità: Għal din il-proċedura tat-test, id-dawl ambjentali għoli għandu jiġi ssetjat għal 300 lux, filwaqt li d-dawl ambjentali baxx għandu jiġi ssetjat għal 0 lux, kif ġej:
|
B. Modalità Sleep (Is-Swiċċ Mixgħul, l-Ebda Sinjal Vidjo)
|
(1) |
Fi tmiem it-test bil-Modalità Mixgħula, ibda l-Modalità Sleep tad-displej. Il-metodu tal-aġġustament għandu jkun dokumentat flimkien mas-sekwenza tal-avvenimenti meħtieġa sabiex tintlaħaq il-Modalità Sleep. Ixgħel it-tagħmir kollu tat-test u aġġusta b’mod xieraq l-iskala tal-operat. |
|
(2) |
Ħalli d-displej jibqa’ fil-Modalità Sleep sakemm jitkejjel qari stabbli tal-enerġija. Il-kejl jitqies stabbli meta l-qari tal-watts ma jvarjax iktar minn 1 % f’perjodu ta’ tliet minuti. Il-persuna responsabbli mit-test għandha tinjora ċ-ċiklu tal-verifika tas-sinjal tas-sinkronizzazzjoni tal-input meta tkejjel l-unità fil-Modalità Sleep. |
|
(3) |
Irreġistra l-kundizzjonijiet tat-test u d-dejta tat-test. Il-ħin tal-kejl għandu jkun twil biżżejjed biex jitkejjel il-valur medju korrett (jiġifieri, mhux enerġija massima jew istantanja). Jekk it-tagħmir għandu Modalitajiet Sleep differenti li jistgħu jkunu magħżula manwalment, il-kejl għandu jittieħed bit-tagħmir fil-modalità li l-iktar tikkonsma enerġija minnhom. Jekk ikun hemm ċiklu awtomatiku tal-modalitajiet, il-ħin tal-kejl għandu jkun twil biżżejjed li tinkiseb medja reali li tinkludi l-modalitajiet kollha. |
C. Modalità Mitfija (L-Iswiċċ tal-Enerġija Mitfi)
|
(1) |
Fi tmiem it-test bil-Modalità Sleep, ibda l-Modalità Mitfija tad-displej billi tuża s-swiċċ tal-enerġija li huwa l-iktar aċċessibbli faċilment għall-utent. Il-metodu tal-aġġustament għandu jkun dokumentat flimkien mas-sekwenza tal-avvenimenti meħtieġa sabiex tintlaħaq il-Modalità Mitfija. Ixgħel it-tagħmir kollu tat-test u aġġusta b’mod xieraq l-iskala tal-operat. |
|
(2) |
Ħalli d-displej jibqa’ fil-Modalità Mitfija sakemm jitkejjel qari stabbli tal-enerġija. Il-kejl jitqies stabbli meta l-qari tal-watts ma jvarjax iktar minn 1 % f’perjodu ta’ tliet minuti. Il-persuna responsabbli mit-test għandha tinjora ċ-ċiklu tal-verifika tas-sinjal tas-sinkronizzazzjoni tal-input meta tkejjel il-mudell fil-Modalità Mitfija. |
|
(3) |
Irreġistra l-kundizzjonijiet tat-test u d-dejta tat-test. Il-ħin tal-kejl għandu jkun twil biżżejjed biex jitkejjel il-valur medju korrett (jiġifieri, mhux enerġija massima jew istantanja). |
|
(4) |
Rappurtar tar-riżultati: Meta titlesta l-proċedura tat-test, jekk jogħġbok irreferi għat-taqsima tad-Dokumentazzjoni tat-Test tal-ispeċifikazzjoni għall-gwida dwar kif għandek tirrapporta r-riżultati tat-test lill-EPA jew lill-Kummissjoni Ewropea, kif ikun xieraq. |
3. Kejl tal-Luminanza
Wara li t-test tal-IEC ikun sar kollu u l-konsum tal-elettriku jkun ġie rreġistrat, it-tekniku għandu jkejjel il-luminanza tal-prodott billi juża l-metodoloġija deskritta hawn taħt. Innota li t-tekniku ma għandux ibiddel s-settings tal-prodott minn kif kienu ssettjati waqt it-test tal-konsum tal-enerġija.
|
(1) |
Bl-użu tal-immaġni tat-test statika ta’ sinjal tal-vidjo bi tliet faxex (LTL) imsemmija fit-Taqsima 11.5 tal-IEC 62087, kejjel il-punt ċentrali, il-luminanza assjali tad-displej skont il-Video Electronics Standards Association (VESA) Flat Panel Display Measurements Standard (FPDM) il-Verżjoni 2.0, it-Taqsima 301-2H. |
|
(2) |
Irrapporta fl-OPS il-valur imkejjel tal-luminanza f’candelas għal kull metru kwadru (cd/m2), approssimat lejn l-eqreb numru sħiħ. |
|
(3) |
Il-kejl kollu tal-luminanza għandu jsir skont il-kundizzjonijiet tat-test deskritti hawn fuq għad-displejs kbar. Speċifikament, il-kejl tal-luminanza għandu jsir bis-settings tad-displej kif joħorġu mill-fabbrika. Għal prodotti b’menu obbligatorju, il-kejl għandu jsir b’modalità standard jew domestika. |
(1) Għal displejs ta’ bejn 30 u 60 pulzier, ir-riżoluzzjoni għandha tkun irrappurtata meta jiġi mressaq prodott għall-kwalifika; madankollu, ir-riżoluzzjoni ma tiġix ikkunsidrata meta jiġi kkalkulat il-konsum tal-enerġija ta’ dawn id-displejs bil-Modalità Mixgħula.
(2) Il-karatteristiċi ta’ miters approvati meħudin minn IEC 62301 Ed 1.0: Tagħmir Elettriku tad-Dar– Kejl tal-Enerġija Standby.
(3) Ibid.
(4) Il-valuri tal-vultaġġ korrispondendi għad-displej tal-interfejs diġitali biss li jikkorrispondu għal-luminożità tal-immaġini (0 sa 0,7 volts) huma: 0 volts (iswed) = setting ta’ 0, 0,1 volts (lewn skur ta’ griż analogu) = 36 griż digitali, 0,7 volts (analogu abjad sħiħ) = 255 griż digitali; jekk jogħġbok innota li l-ispeċifikazzjonijiet futuri tal-interfejs diġitali jistgħu jwessgħu din l-iskala, iżda fil-każijiet kollha, 0 volts għandu jikkorrispondi għall-iswed u l-valur massimu għandu jikkorrispondi għall-abjad, b’0,1 volts jikkorrispondu għal wieħed minn sebgħa tal-valur massimu.