<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-398/18</NO.CASE><NO.CASE>C-428/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CC0398</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:596">EU:C:2019:596</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>13</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>13</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Hogan – Kawżi magħquda C‑398/18 u C‑428/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">Bocero Torrico u Bode</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Hogan</HT></P><P>ippreżentati fil-<DATE ISO="20190711">11 ta’ Lulju 2019</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawżi magħquda C‑398/18 u C‑428/18</HT></P><P>Antonio Bocero Torrico (C‑398/18)</P><P>Jörg Paul Konrad Fritz Bode (C‑428/18)</P><P>vs</P><P>Instituto Nacional de la Seguridad Social,</P><P>Tesorería General de la Seguridad Social</P><P><HT TYPE="NORMAL">(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Galicia (il-Qorti Superjuri tal-Ġustizzja ta’ Galicia, Spanja))</HT></P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Sigurtà soċjali ta’ ħaddiema migranti</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 883/2004</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 5</KEYWORD><KEYWORD>Benefiċċju tax-xjuħija antiċipat</KEYWORD><KEYWORD>Rekwiżit li l-ammont ta’ benefiċċju tax-xjuħija antiċipat li għandu jiġi rċevut ikun ogħla mill-benefiċċju tax-xjuħija minimu mal-għeluq ta’ 65 sena</KEYWORD><KEYWORD>Metodu ta’ kalkolu tal-ammont minimu</KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni nazzjonali li tieħu inkunsiderazzjoni benefiċċju wieħed mill-Istat Membru kompetenti</KEYWORD><KEYWORD>Nuqqas li jittieħed inkunsiderazzjoni benefiċċju minn Stat Membru ieħor</KEYWORD><KEYWORD>Rekwiżit ta’ trattament ugwali ta’ benefiċċji</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Dawn it-talbiet għal deċiżjoni preliminari, li ġew ippreżentati fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20180615">15 ta’ Ġunju 2018</DATE> (Kawża C‑398/18) u fit-<DATE ISO="20180628">28 ta’ Ġunju 2018</DATE> (Kawża C‑428/18) rispettivament, jirrigwardaw l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari, l-Artikolu 48 TFUE u l-Artikoli 5 u 6 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE> dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, it-Tribunal Superior de Justicia de Galicia (il-Qorti Superjuri tal-Ġustizzja ta’ Galicia, Spanja) essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 48 TFUE jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li, sabiex jiġi stabbilit jekk persuna tkunx eliġibbli għal benefiċċju tax-xjuħija antiċipat, huwiex neċessarju, fost l-oħrajn, li l-ammont tal-benefiċċju rċevut ikun ogħla mill-benefiċċju tax-xjuħija minimu li l-persuna kkonċernata tkun intitolata tirċievi skont tali leġiżlazzjoni fid-dawl tas-sitwazzjoni familjari tagħha meta tagħlaq 65 sena. B’mod partikolari, b’dan il-mod il-leġiżlazzjoni Spanjola tkun qiegħda tieħu inkunsiderazzjoni biss il-benefiċċju tax-xjuħija mħallas minn dak l-Istat Membru mingħajr ma tieħu inkunsiderazzjoni wkoll benefiċċji ekwivalenti li l-persuna inkwistjoni tkun tista’ tirċievi minn Stat Membru ieħor jew iktar.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="2"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>It-talbiet tressqu fi proċeduri bejn, minn naħa, A. Bocero Torrico u, min-naħa l-oħra l-Instituto Nacional de la Seguridad Social (l-Aġenzija Nazzjonali tas-Sigurtà Soċjali, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>INSS<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) u t-Tesorería General de la Seguridad Social (it-Teżorerija Ġenerali tas-Sigurtà Soċjali, iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>TGSS<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) (Kawża C‑398/18), u bejn, minn naħa, J.P.K.F. Bode u, min-naħa l-oħra, l-INSS u t-TGSS (Kawża C‑428/18).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>Għandu jiġi nnotat li l-Artikolu 48 TFUE jgħid li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom jadottaw <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>dawk il-miżuri fil-qasam ta’ sigurtà soċjali li jkunu meħtieġa sabiex jipprovdu l-libertà tal-moviment għall-ħaddiema<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, billi jagħmlu arranġamenti sabiex tiġi żgurata għall-ħaddiema migranti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>l-aggregazzjoni […] tal-perijodi kollha li hu meħud kont tagħhom skond il-liġijiet nazzjonali differenti<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Enfasi miżjuda.</P></NOTE>. Is-sistema attwali ta’ aggregazzjoni ta’ perijodi tinsab fir-Regolament Nru 883/2004. F’dan ir-rigward, l-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 883/2004 jipprovdi l-aggregazzjoni ta’ perijodi ta’ assigurazzjoni, impjieg, impjieg bħala persuna li taħdem għal rasha jew residenza, u l-Artikoli 52 u 58 ta’ dan ir-regolament għandhom regoli għall-kalkolu ta’ benefiċċji għax-xjuħija u ta’ benefiċċji minimi tax-xjuħija, fejn persuna jkollha perijodi ta’ assigurazzjoni jew ta’ residenza f’iktar minn Stat Membru wieħed.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>Filwaqt li t-talba għal deċiżjoni preliminari tirreferi speċifikament għall-Artikolu 48 TFUE, fil-fehma tiegħi r-risposta għad-domanda magħmula tinsab fl-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 883/2004 li jistabbilixxi l-prinċipju, li joriġina mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, ta’ trattament ugwali ta’ benefiċċji, ta’ dħul u ta’ fatti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>Il-premessi 9, 10, 11 u 12 tar-Regolament Nru 883/2004 jipprovdu:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>(9)</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja tat, diversi drabi, opinjoni dwar il-possibbiltà ta’ trattament ugwali fir-rigward ta’ benefiċċji, dħul u fatti; dan il-prinċipju għandhu jkun adottat b’mod espliċitu u żviluppat skond is-sustanza u l-ispirtu ta’ deċiżjonijiet legali.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(10)</NO.P><TXT>Madanakollu, il-prinċipju li ċerti fatti jew każijiet li jiġru fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor [ikunu] trattati bħallikieku ġraw fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru li tapplika l-leġislazzjoniji tiegħu, ma għandux ifixkel il-prinċipju li perjodi ta’ assigurazzjoni, ta’ impjieg, ta’ impjieg għal rashom jew ta’ residenza magħmula taħt il-leġislazzjoni ta’ Stat Membru jingħaddu flimkien ma’ dawk magħmula taħt il-leġislazzjoni ta’ l-Istat Membru kompetenti. Għaldaqstant, perjodi magħmula taħt il-leġislazzjoni ta’ Stat Membru ieħor għandhom jitqiesu biss billi jkun applikat il-prinċipju li perjodi jingħaddu flimkien.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(11)</NO.P><TXT>L-assimilazzjoni ta’ fatti u każijiet li jiġru fi Stat Membru ma tista’ bl-ebda mod tagħmel Stat Membru ieħor kompetenti jew tagħmel applikabbli l-leġislazzjoni ta’ Stat Membru ieħor.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(12)</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ proporzjonalità, għandha tingħata attenzjoni sabiex ikun assigurat li l-prinċipju ta’ assimilazzjoni ta’ fatti jew każijiet ma jwassalx għal riżultati li, b’mod oġġettiv, ma jkunux ġustifikati jew għall-overlapping ta’ benefiċċji ta’ l-istess tip għall-istess perjodu.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 883/2004, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Oqsma koperti<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Dan ir-Regolament għandu japplika għal-leġislazzjoni kollha li tikkonċerna l-fergħat li ġejjin tas-sigurtà soċjali:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>benefiċċji marbuta ma’ l-età;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tar-regolament, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Trattament ugwali ta’ benefiċċji, dħul, fatti u każijiet<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Sakemm dan ir-Regolament ma jgħidx mod ieħor, u fid-dawl tad-disposizzjonijiet speċjali ta’ implimentazzjoni stabbiliti, għandu japplika dan li ġej:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>meta, taħt il-leġislazzjoni ta’ l-Istat Membru kompetenti, ir-riċeviment ta’ benefiċċji tas-sigurtà soċjali u ta’ dħul ieħor joħloq ċerti effetti legali, id-disposizzjonijiet rilevanti ta’ dik il-leġislazzjoni għandhom japplikaw ukoll għar-riċeviment ta’ benefiċċji ekwivalenti miksuba taħt il-leġislazzjoni ta’ Stat Membru ieħor u għal dħul miksub fi Stat Membru ieħor;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>Meta, taħt il-leġislazzjoni ta’ l-Istat Membru kompetenti, [ikunu] attribwiti ċerti effetti legali meta jseħħu ċerti fatti jew każijiet, dak l-Istat Membru għandu jqis fatti u każijiet simili li jseħħu fi kwalunkwe Stat Membru bħallikieku seħħew fit-territorju tiegħu.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 883/2004, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Għadd flimkien ta’ perjodi<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Sakemm dan ir-Regolament ma jgħidx mod ieħor, l-istituzzjoni kompetenti ta’ Stat Membru li l-leġislazzjoni tiegħu tagħmel:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>il-kisba, iż-żamma, id-dewmien jew l-irkupru tad-dritt għal benefiċċji,</P></ITEM><ITEM><P>l-applikazzjoni ta’ leġislazzjoni, jew,</P></ITEM><ITEM><P>l-aċċess għal jew l-eżenzjoni minn assigurazzjoni obligatorja, minn assigurazzjoni kontinwata mhux obbligatorja jew volontarja,</P></ITEM></LIST><P>kondizzjonali fuq l-ikkompletar ta’ perjodi ta’ assigurazzjoni, impjieg, impjieg għal rashom jew residenza, għandha, sa fejn ikun hemm bżonn, tqis perjodi ta’ assigurazzjoni, impjieg, impjieg għal rashom jew residenza magħmula taħt il-leġislazzjoni ta’ xi Stat Membru ieħor bħallikieku kienu perjodi magħmula taħt il-leġislazzjoni applikabbli.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>L-Artikolu 52 ta’ dan ir-Regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Għoti ta’ benefiċċji<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, jipprovdi fil-paragrafu 1:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>L-istituzzjoni kompetenti għandha tikkalkula l-ammont tal-benefiċċju li jkollu jingħata:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>taħt il-leġislazzjoni applikata minnha, meta l-kondizzjonijiet għall-intitolar għal benefiċċji kienu sodisfatti b’mod esklużiv taħt liġi nazzjonali biss (benefiċċju indipendenti);</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="4"?><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>billi tasal għal ammont teoretiku u mbagħad għal ammont attwali (benefiċċju pro rata), kif ġej:</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>(i)</NO.P><TXT>l-ammont teoretiku tal-benefiċċju huwa daqs il-benefiċċju li l-persuna konċernata tista’ titlob jekk il-perjodi kollha ta’ assigurazzjoni jew/u ta’ residenza li kienu magħmula taħt il-leġislazzjonijiet ta’ l-Istati Membri l-oħra kienu magħmula taħt il-leġislazzjoni applikata minnha fil-jum ta’ l-għoti tal-benefiċċju. Jekk, taħt din il-leġislazzjoni, l-ammont ma jiddependix mit-tul tal-perjodi magħmula, dak l-ammont għandu jitqies bħala l-ammont teoretiku;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ii)</NO.P><TXT>l-istituzzjoni kompetenti għandha imbagħad tistabbilixxi l-ammont attwali tal-benefiċċju pro rata billi tapplika għall-ammont teoretiku il-proporzjoni bejn it-tul tal-perjodi magħmula qabel immaterjalizza ruħu r-riskju taħt il-leġislazzjoni applikata minnha u t-tul totali tal-perjodi magħmula qabel il-materjalizzazzjoni tar-riskju taħt il-leġislazzjonijiet ta’ l-Istati Membri kollha konċernati.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>L-Artikolu 58 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Għoti ta’ suppliment<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="058.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Persuna li tirċievi u li għaliha japplika dan il-kapitolu ma tistax, fl-Istat Membru fejn għandha r-residenza tagħha u li taħt il-leġislazzjoni tiegħu għandu benefiċċju, tingħata benefiċċju li huwa anqas mill-benefiċċju minimu stabbilit minn dik il-leġislazzjoni għal perjodu ta’ assigurazzjoni jew residenza daqs il-perjodi kollha ikkunsidrati għall-ħlas skond dan il-kapitolu.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="058.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Matul il-perjodu ta’ residenza tagħha fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru, l-istituzzjoni kompetenti ta’ dak l-Istat Membru għandha tħallas lil din il-persuna suppliment ekwivalenti għad-differenza bejn it-total tal-benefiċċji li għandhom jingħataw taħt dan il-kapitolu u l-ammont tal-benefiċċju minimu.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Spanjol</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Fil-verżjoni fis-seħħ fid-data tat-talbiet tar-rikorrenti, l-Artikolu 208 tal-Ley General de la Seguridad Social (il-Liġi Ġenerali dwar is-Sigurtà Soċjali), fil-verżjoni kkonsolidata approvata bir-Real Decreto Legislativo 8/2015 (id-Digriet Leġiżlattiv Irjali 8/2015) tat-<DATE ISO="20151030">30 ta’ Ottubru 2015</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Ippubblikat fil-BOE Nru 261 tal-<DATE ISO="20151031">31 ta’ Ottubru 2015</DATE>, p. 103291, u rettifika, BOE Nru 36 tal-<DATE ISO="20160211">11 ta’ Frar 2016</DATE>, p. 10898.</P></NOTE>, kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="208.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Persuna li tkun trid tirtira kmieni għandha tissodisfa l-kriterji li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>Huwa jew hija għandhom ikunu laħqu età li ma tkunx iktar minn sentejn taħt l-età applikabbli f’kull każ skont l-Artikolu 205(1)(a), filwaqt li l-koeffiċjenti ta’ tnaqqis imsemmija fl-Artikolu 206 ma għandhomx ikunu applikabbli għal dawn il-finijiet.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>Huwa jew hija għandhom juru perijodu ta’ kontribuzzjoni minimu attwali ta’ 35 sena. […]</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>Wara li tkun ġiet prodotta prova b’rabta mal-kriterji ġenerali u speċifiċi applikabbli għat-tip ta’ rtirar inkwistjoni, l-ammont tal-pensjoni li l-persuna għandha tirċievi għandu jkun ogħla mill-ammont tal-pensjoni minima li tkun dovuta lill-persuna kkonċernata, fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-familja tagħha malli tilħaq l-età ta’ 65 sena. Fil-każ kuntrarju, ma jkunx possibbli li tittieħed din il-forma ta’ rtirar kmieni.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="208.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Meta jittieħed irtirar kmieni kif imsemmi f’dan l-artikolu, il-pensjoni għandha titnaqqas bl-applikazzjoni — fir-rigward ta’ kull tliet xhur jew parti minnhom li bihom, fiż-żmien tal-każ operattiv, il-ħaddiem ma jkunx laħaq l-età statutorja tal-irtirar li tirriżulta f’kull każ mill-applikazzjoni tal-Artikolu 205(1)(a) — tal-koeffiċjenti li ġejjin abbażi tal-perijodu ta’ kontribuzzjoni vvalidat:</ALINEA><?PAGE NO="5"?><ALINEA>[…]</ALINEA><ALINEA>Għall-finijiet biss li tiġi ddeterminata l-imsemmija età legali tal-irtirar, dik l-età għandha titqies li tkun l-età li kienet tkun applikabbli għall-ħaddiem kieku dak il-ħaddiem kompla jħallas kontribuzzjonijiet matul il-perijodu bejn id-data tal-avveniment operattiv u d-data meta jkun laħaq l-età statutorja tal-irtirar li jirriżultaw f’kull każ mill-applikazzjoni tal-Artikolu 205(1)(a).</ALINEA><ALINEA>Għall-finijiet tal-kalkolu tal-perijodi ta’ kontribuzzjoni, għandhom jintużaw perijodi kkompletati, filwaqt li partijiet ta’ perijodu ma għandhomx jiġu ttrattati bħala ekwivalenti għal perijodu.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>L-Artikolu 14(3) tar-Real Decreto 1170/2015, de 29 de diciembre, sobre revaporización de pensiones del sistema de seguridad social y de otras prestaciones sociales públicas para el ejercicio 2016 (id-Digriet Irjali 1170/2015 tad-29 ta’ Diċembru dwar l-evalwazzjoni mill-ġdid ta’ pensjonijiet koperti mis-sistema ta’ sigurtà soċjali u ta’ benefiċċji soċjali pubbliċi oħra għas-sena 2016)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Ippubblikat fil-BOE Nru 312 tat-<DATE ISO="20151230">30 ta’ Diċembru 2015</DATE>.</P></NOTE> jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Jekk, wara li jkunu ġew applikati d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu preċedenti, l-għadd tal-ammonti tal-pensjonijiet irrikonoxxuti abbażi ta’ konvenzjoni bilaterali jew multilaterali dwar is-sigurtà soċjali, skont il-leġiżlazzjoni Spanjola u dik barranija, ikun iktar baxx mill-ammont minimu tal-pensjoni inkwistjoni minn żmien għal ieħor fis-seħħ fi Spanja, il-benefiċjarju, sakemm huwa jew hija jkunu residenti fit-territorju nazzjonali u jkunu jissodisfaw il-kriterji stabbiliti f’dak ir-rigward mid-dispożizzjonijiet ġenerali, għandhom ikunu ggarantiti d-differenza bejn it-total tal-pensjonijiet Spanjoli u dawk barranin mogħtija u l-imsemmi ammont minimu.</ALINEA><ALINEA>Pensjonijiet mogħtija skont ir-regolamenti Komunitarji dwar is-sigurtà soċjali għandhom ikunu bla ħsara għall-Artikolu 50 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 tal-<DATE ISO="19710614">14 ta’ Ġunju 1971</DATE> dwar l-applikazzjoni ta’ l-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità u għall-Artikolu 58 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE> dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">It-tilwima fil-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>A. Bocero Torrico, li twieled fil-<DATE ISO="19531215">15 ta’ Diċembru 1953</DATE>, huwa assigurat taħt is-sistema tas-sigurtà soċjali Spanjola. Fis-<DATE ISO="20161216">16 ta’ Diċembru 2016</DATE>, huwa applika għand l-awtoritajiet tas-sigurtà soċjali Spanjoli għal benefiċċju tax-xjuħija antiċipat, li l-INSS, b’deċiżjoni tad-<DATE ISO="20161109">9 ta’ Novembru 2016</DATE>, irrifjuta li jagħtih minħabba li l-benefiċċju li kien jirriżulta ma kienx jilħaq l-ammont tal-benefiċċju tax-xjuħija minimu li kien ikun dovut lill-persuna kkonċernata fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-familja tagħha malli tagħlaq l-età ta’ 65 sena. A. Bocero Torrico ressaq ilment amministrattiv li fl-aħħar kien ġie miċħud b’deċiżjoni tal-<DATE ISO="20170425">25 ta’ April 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Dawn id-dati ġew ipprovduti mill-qorti tar-rinviju. Skont l-INSS u l-Kummissjoni, id-data tad-deċiżjoni ta’ ċaħda kienet f’Marzu 2017.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>A. Bocero Torrico għandu perijodu ta’ kontribuzzjoni totali ta’ <FT TYPE="NUMBER">16637</FT> jum, li minnhom <FT TYPE="NUMBER">9947</FT> għandhom rabta ma’ Spanja u <FT TYPE="NUMBER">6690</FT> mal-Ġermanja. Huwa ngħata benefiċċju tax-xjuħija fil-Ġermanja ta’ EUR 507.35. Il-benefiċċju tax-xjuħija antiċipat li jkun dovut lilu fi Spanja huwa ta’ EUR 530.15, li jirriżulta mill-applikazzjoni ta’ koeffiċjent korrettiv ta’ 88 % fir-rigward tal-età għall-bażi ta’ kalkolu ta’ EUR 773.75, ikkalkolata bi proporzjon ta’ 76.86 % fir-rigward ta’ Spanja.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>J.P.K.F. Bode, li twieled fl-<DATE ISO="19520604">4 ta’ Ġunju 1952</DATE>, huwa assigurat taħt is-sistema tas-sigurtà soċjali Spanjola. Fil-<DATE ISO="20150531">31 ta’ Mejju 2015</DATE>, huwa applika għand l-awtoritajiet tas-sigurtà soċjali Spanjoli għal benefiċċju tax-xjuħija antiċipat, li l-INSS, b’deċiżjoni tas-<DATE ISO="20150826">26 ta’ Awwissu 2015</DATE>, irrifjuta li jagħtih minħabba li l-benefiċċju li kien jirriżulta ma kienx jilħaq l-ammont tal-pensjoni minima li kienet tkun dovuta lill-persuna kkonċernata fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-familja tagħha malli tagħlaq l-età ta’ 65.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>J.P.K.F. Bode għandu perijodu ta’ kontribuzzjoni totali ta’ <FT TYPE="NUMBER">16725</FT> jum, li matulu huwa ħallas kontribuzzjonijiet fi Spanja għal <FT TYPE="NUMBER">2282</FT> jum u fil-Ġermanja għal <FT TYPE="NUMBER">14443</FT> jum. Huwa kien ingħata pensjoni tal-irtirar fil-Ġermanja fl-ammont attwali ta’ EUR 1 185.22. Il-benefiċċju tax-xjuħija antiċipat li jkun dovut lilu fi Spanja huwa ta’ EUR 206.60, li jirriżulta mill-applikazzjoni ta’ koeffiċjent korrettiv ta’ 87 % fir-rigward tal-età għall-bażi ta’ kalkolu ta’ EUR 1 357.80 fix-xahar u kkalkolat bi proporzjon ta’ 17.49 % li għandu jitħallas minn Spanja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Fl-2016, il-benefiċċju tax-xjuħija minimu fi Spanja għall-persuni ’l fuq minn 65 sena b’konjuġi dipendenti kien ta’ EUR 784.90.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>A. Bocero Torrico u J.P.K.F. Bode ressqu kawżi quddiem il-Juzgado de lo Social (il-Qorti Soċjali)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Ta’ Orense u A Coruña rispettivament.</P></NOTE> kontra l-INSS u t-TGSS u talbu dikjarazzjoni li huma kienu intitolati jirċievu benefiċċju tax-xjuħija antiċipat b’effett mill-<DATE ISO="20170101">1 ta’ Jannar 2017</DATE> u mill-<DATE ISO="20150701">1 ta’ Lulju 2015</DATE> rispettivament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Il-Juzgado de lo Social (il-Qorti Soċjali) ikkonstatat fiż-żewġ kawżi li skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali l-ammont ta’ benefiċċju tax-xjuħija antiċipat li jkollu jiġi rċevut għandu jkun ogħla mill-ammont tal-benefiċċju tax-xjuħija minimu li jkun dovut lill-persuna kkonċernata fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-familja tagħha meta l-persuna tagħlaq 65 sena. Il-qorti kienet tal-fehma li l-ammont tal-benefiċċju tax-xjuħija antiċipat li għandu jiġi rċevut għandu jkun l-ammont li jkun jikkorrispondi mal-benefiċċju tax-xjuħija <HT TYPE="ITALIC">pro rata</HT> Spanjol, minħabba li dak ikun il-benefiċċju tax-xjuħija reali li l-benefiċjarju jkun fil-fatt ser jingħata minn Spanja, b’differenza minn kull Stat Membru ieħor. Is-sentenza, għalhekk, laqgħet l-argumenti mressqa mill-INSS ibbażati fuq l-għan tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, li huwa li jkun evitat li, sal-minimu statutorju, il-benefiċċji tax-xjuħija antiċipati jiġu ssupplimentati fir-rigward ta’ persuni li ma jkunux għadhom laħqu l-età statutorja tal-irtirar, u b’hekk jinżammu fis-suq tax-xogħol.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-azzjonijiet ta’ A. Bocero Torrico u ta’ J.P.K.F. Bode ġew miċħuda permezz tas-sentenzi tas-<DATE ISO="20171006">6 ta’ Ottubru 2017</DATE> u tal-<DATE ISO="20171115">15 ta’ Novembru 2017</DATE> rispettivament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>A. Bocero Torrico u J.P.K.F. Bode appellaw minn dawn is-sentenzi fit-<DATE ISO="20171103">3 ta’ Novembru 2017</DATE> u fit-<DATE ISO="20171122">22 ta’ Novembru 2017</DATE> rispettivament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tqis li A. Bocero Torrico u J.P.K.F. Bode ma humiex piż fuq is-sistema tas-sigurtà soċjali Spanjola minħabba li l-benefiċċju tax-xjuħija antiċipat tagħhom qatt ma kien ser ikun issupplimentat għad-detriment ta’ Spanja permezz ta’ suppliment sabiex jinġieb sal-livell tal-benefiċċju tax-xjuħija minimu, b’kunsiderazzjoni għall-fatt li huma jirċievu wkoll benefiċċju tax-xjuħija mill-Ġermanja u t-total taż-żewġ benefiċċji reali u effettivi tax-xjuħija huwa ogħla mill-benefiċċju tax-xjuħija minimu Spanjol. Skont il-qorti tar-rinviju, l-Artikolu 14(3) tad-Digriet Irjali 1170/2015, li jirreferi għall-Artikolu 58 tar-Regolament Nru 883/2004, jippermetti biss ħlas tad-differenza bejn il-benefiċċji totali dovuti skont ir-regolamenti tal-Unjoni u l-benefiċċji tax-xjuħija minimi fi Spanja. Fi kliem ieħor, kieku kellu jingħata l-benefiċċju tax-xjuħija antiċipat, kien ikollhom jitqiesu ż-żewġ benefiċċji attwalment irċevuti fi Spanja u fil-Ġermanja, li kien iċaħħad intitolament għal kwalunkwe suppliment sabiex benefiċċju jinġieb sal-livell tal-ammont minimu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tqis li meta ħaddiem li ma jkunx emigra u jirċievi mingħand Spanja benefiċċju tax-xjuħija antiċipat fl-ammont ta’ EUR 1 193.38<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Sakemm huma jissodisfaw il-kriterji l-oħra stabbiliti fil-leġiżlazzjoni Spanjola. Il-qorti tar-rinviju indikat li dawk il-kriterji l-oħra ma humiex ikkonċernati fil-kawża prinċipali. Dan l-ammont ingħata mill-qorti tar-rinviju kemm fil-Kawża C‑398/18 kif ukoll fil-Kawża C‑428/18.</P></NOTE> jiġi pparagunat ma’ ħaddiem migrant li jirċievi l-istess ammont imħallas minn żewġ Stati Membri jew iktar, il-ħaddiem migrant jitqiegħed fi żvantaġġ u jkun iddiskriminat minħabba l-moviment tiegħu lejn Stati Membri oħra (f’dan il-każ, il-Ġermanja), u ma jingħatax aċċess għall-benefiċċju tax-xjuħija antiċipat li l-ħaddiem migrant ikun intitolat għalih. Dik il-qorti għalhekk tqis li fejn l-Artikolu 208(1)(c) tal-Ley General de la Seguridad Social (il-Liġi Ġenerali dwar is-Sigurtà Soċjali) jirreferi għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>ammont tal-pensjoni li l-persuna għandha tirċievi<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, għandu jiġi interpretat bħala li jfisser l-ammont totali tal-benefiċċju tax-xjuħija attwali rċevut minn Spanja u l-benefiċċju tax-xjuħija attwali rċevut mill-Ġermanja. Il-qorti tar-rinviju tqis ukoll li tali approċċ ikun konsistenti mal-għan tad-dispożizzjoni, li huwa li Spanja ma titħalliex ikollha tissupplimenta l-pensjoni ta’ benefiċċji sal-minimu statutorju, meta jitqies, kif diġà ntqal, li, skont il-leġiżlazzjoni Spanjola u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, sabiex persuna tkun intitolata għal suppliment minimu jkun meħtieġ jitqies l-ammont taż-żewġ benefiċċji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-Tribunal Superior de Justicia de Galicia (il-Qorti Superjuri tal-Ġustizzja ta’ Galicia) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel id-domanda preliminari li ġejja lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>L-Artikolu 48 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi bħala kundizzjoni għall-eliġibbiltà għal pensjoni tal-irtirar antiċipat, li l-ammont tal-pensjoni li għandha tiġi riċevuta għandu jkun ogħla mill-ammont minimu ta’ pensjoni li l-persuna kkonċernata jkollha dritt li tirċievi skont din l-istess leġiżlazzjoni nazzjonali, meta l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>pensjoni li għandha tiġi riċevuta<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> jinftiehem bħala l-pensjoni effettiva li titħallas unikament mill-Istat Membru kompetenti (f’dan il-każ, Spanja), mingħajr ma tittieħed ukoll inkunsiderazzjoni l-pensjoni effettiva li l-persuna kkonċernata tkun tista’ tirċievi abbażi ta’ benefiċċji oħra tal-istess natura li jitħallsu minn Stat Membru ieħor jew Stati Membri oħra?<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Osservazzjonijiet bil-miktub ġew ippreżentati minn A. Bocero Torrico u J.P.K.F. Bode, mill-INSS, mir-Renju ta’ Spanja u mill-Kummissjoni, li lkoll għamlu sottomissjonijiet orali fis-seduta tat-<DATE ISO="20190502">2 ta’ Mejju 2019</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-osservazzjonijiet magħmula lill-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>A. Bocero Torrico u J.P.K.F. Bode jsostnu li regoli nazzjonali li jissuġġettaw l-aċċess għal benefiċċju tax-xjuħija antiċipat għall-ammont tal-benefiċċju <HT TYPE="ITALIC">pro rata</HT> li l-istituzzjoni kompetenti jkollha tħallas fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet li jsiru skont il-leġiżlazzjoni tagħha jmorru kontra d-dritt tal-Unjoni. Tali regoli jissuġġettaw l-aċċess għall-benefiċċju għal kontribuzzjonijiet imħallsa fi Stat Membru wieħed u b’hekk irendu ineffettivi r-regoli u l-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni relatati mal-moviment liberu u mal-aggregazzjoni ta’ perijodi ta’ assigurazzjoni sabiex jingħata aċċess għal benefiċċji tax-xjuħija skont l-Artikoli 45 u 48 TFUE u l-Artikoli 6, 50, 51, 52(1)(b) u 58 tar-Regolament Nru 883/2004.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>A. Bocero Torrico u J.P.K.F. Bode jqisu li l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>ammont tal-pensjoni li l-persuna għandha tirċievi<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> imsemmi fl-Artikolu 208(1)(c) tal-Ley General de la Seguridad Social (il-Liġi Ġenerali dwar is-Sigurtà Soċjali) għandu jkun ekwivalenti għall-ammont tal-benefiċċju teoretiku ddefinit fl-Artikolu 52(1)(b)(i) tar-Regolament Nru 883/2004 minħabba li dan jirriżulta fl-assimilazzjoni ta’ ħaddiem migrant ma’ ħaddiem nazzjonali, fl-istess sitwazzjoni, li ma jkunx migrant. Huma jsostnu li, sussidjarjament, dawn<?PAGE NO="8"?> it-termini għandhom jiġu interpretati skont l-Artikolu 5(a) tar-Regolament Nru 883/2004 fis-sens li jirreferu għall-ammont tal-benefiċċji <HT TYPE="ITALIC">pro rata</HT> rċevuti mill-persuna kkonċernata mingħand żewġ Stati Membri jew iktar għall-perijodi kollha ta’ assigurazzjoni meħuda inkunsiderazzjoni għall-finijiet ta’ aċċess u ta’ kalkolu tal-benefiċċju tax-xjuħija antiċipat fi Spanja. Madankollu, huma jinnotaw li dan l-approċċ jagħti lok għal żewġ żvantaġġi. L-ewwel nett, huwa jissuġġetta l-aċċess għal benefiċċju tax-xjuħija antiċipat fi Spanja għal kundizzjoni ta’ ammont li jirriżulta minn ftehim dwar dritt għal benefiċċju f’żewġ Stati Membri jew iktar skont l-Artikolu 52(1)(b)(ii) tar-Regolament Nru 883/2004, irrispettivament mill-ammont ta’ benefiċċju li l-persuna kkonċernata kien ikollha dritt għalih fi Spanja jekk il-perijodi kollha ta’ assigurazzjoni jkunu ġew ikkompletati skont il-leġiżlazzjoni Spanjola. It-tieni nett, dan l-approċċ jissuġġetta l-aċċess għal benefiċċju tax-xjuħija antiċipat fi Stat Membru wieħed għal kundizzjoni ta’ aċċess u ta’ riċezzjoni ta’ benefiċċju tax-xjuħija antiċipat fi Stat ieħor mingħajr ma jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li ma jkunx previst irtirar kmieni fil-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri kollha u li dan l-irtirar ma jkunx irregolat bl-istess mod f’dawk l-Istati li jipprovdu għall-possibbiltà ta’ benefiċċju tax-xjuħija antiċipat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>L-INSS isostni li, skont il-pożizzjoni amministrattiva l-ġdida 3/2018 tat-<DATE ISO="20180213">13 ta’ Frar 2018</DATE>, il-kundizzjoni imposta bl-Artikolu 208(1)(c) tal-Ley General de la Seguridad Social (il-Liġi Ġenerali dwar is-Sigurtà Soċjali) tkun imħarsa sakemm, l-ewwel nett, l-ammont teoretiku tal-benefiċċju<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Ara l-Artikolu 52 tar-Regolament Nru 883/2004 dwar kif jiġi kkalkolat l-ammont teoretiku.</P></NOTE> jkun ogħla mill-benefiċċju tax-xjuħija minimu Spanjol u, it-tieni nett, li t-total tal-ammont tal-benefiċċju Spanjol u dak ta’ Stat wieħed jew iktar ikun ogħla mill-benefiċċju tax-xjuħija minimu Spanjol. Skont l-INSS, jekk l-ammont teoretiku tal-benefiċċju jkun ogħla mill-benefiċċju tax-xjuħija minimu Spanjol, allura l-ħlas ta’ suppliment skont l-Artikolu 14(2) tad-Digriet Irjali 1170/2015 sabiex ikun żgurat ammont ugwali għall-benefiċċju tax-xjuħija minimu ma jkunx pagabbli. Barra minn hekk, jekk it-total tal-ammont tal-benefiċċju Spanjol u dak ta’ Stat wieħed jew iktar ikun ogħla mill-benefiċċju tax-xjuħija minimu Spanjol, allura l-ħlas ta’ suppliment skont l-Artikolu 14(3) ma jkunx pagabbli. L-INSS, għalhekk, iqis li, sabiex tingħata risposta għad-domanda tal-qorti tar-rinviju, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-benefiċċju teoretiku kkalkolat permezz ta’ perijodi ta’ aggregazzjoni skont l-Artikoli 5, 6, 51 u 52 tar-Regolament Nru 883/2004.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Ir-Renju ta’ Spanja jqis li r-Regolament Nru 883/2004 ma jeżiġix li l-Istati Membri jissupplimentaw il-benefiċċju <HT TYPE="ITALIC">pro rata</HT> pagabbli minn Stat Membru li jikkorrispondi ma’ benefiċċju tax-xjuħija antiċipat sabiex tintlaħaq il-pensjoni minima pagabbli f’dak l-Istat Membru fl-età ta’ 65 sena minħabba li dan jirriżulta f’diskriminazzjoni favur ħaddiema li ma kinux ġew assigurati għall-perijodu kollu fi Spanja. Huwa jenfasizza l-fatt li l-kontribuzzjonijiet ta’ A. Bocero Torrico u ta’ J.P.K.F. Bode fil-Ġermanja kienu ttieħdu inkunsiderazzjoni mill-INSS skont l-Artikolu 52 tar-Regolament Nru 883/2004 sabiex jiġi kkalkolat l-ammont tal-benefiċċju tax-xjuħija antiċipat tagħhom. Madankollu, iż-żieda tal-ammont tal-benefiċċji Ġermaniżi tagħhom sabiex tiġi ssodisfatta l-kundizzjoni imposta bl-Artikolu 208(1)(c) tal-Ley General de la Seguridad Social (il-Liġi Ġenerali dwar is-Sigurtà Soċjali) ma huwiex previst mir-Regolament Nru 883/2004 u jirriżulta f’distorsjoni tal-liġi Spanjola tas-sigurtà soċjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Ir-Renju ta’ Spanja jikkonferma wkoll li ż-żewġ kundizzjonijiet meħtieġa skont il-pożizzjoni amministrattiva l-ġdida 3/2018 japplikaw għat-talbiet ta’ A. Bocero Torrico u ta’ J.P.K.F. Bode għal benefiċċju tax-xjuħija antiċipat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tqis li t-talbiet ta’ A. Bocero Torrico u ta’ J.P.K.F. Bode għal benefiċċju tax-xjuħija antiċipat għandhom jiġu eżaminati fid-dawl tal-prinċipju ta’ trattament ugwali ta’ benefiċċji, dħul, fatti jew każijiet stabbiliti fl-Artikolu 5(a) tar-Regolament Nru 883/2004, kif interpretat fid-dawl tal-Artikoli 45 TFUE u 48 TFUE. Għalhekk, ir-referenza tal-leġiżlazzjoni Spanjola għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>ammont tal-pensjoni li l-persuna għandha tirċievi<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> għandha tiġi interpretata fis-sens li tirreferi għat-total tal-benefiċċji Spanjoli u Ġermaniżi inkwistjoni li huma benefiċċji ekwivalenti għall-finijiet ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">VI.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta utli lill-qorti nazzjonali, għandu jiġi nnotat, preliminarjament, li r-Regolament Nru 883/2004 ma jistabbilixxix skema komuni ta’ sigurtà soċjali, iżda jippermetti pjuttost li jkun hemm skemi nazzjonali differenti ta’ sigurtà soċjali, u l-għan uniku tiegħu huwa li jiżgura l-koordinazzjoni ta’ dawk l-iskemi. B’hekk, skont ġurisprudenza stabbilita, l-Istati Membri jżommu s-setgħa li jorganizzaw l-iskemi ta’ sigurtà soċjali tagħhom stess. Għalhekk, fin-nuqqas ta’ armonizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni, hija l-leġiżlazzjoni ta’ kull Stat Membru li għandha tiddetermina, b’mod partikolari, il-kundizzjonijiet sabiex persuna tkun intitolata għal benefiċċji. Fl-eżerċizzju ta’ dawk is-setgħat, l-Istati Membri għandhom, madankollu, jikkonformaw mad-dritt tal-Unjoni u, b’mod partikolari, mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE li jagħtu lil kull ċittadin tal-Unjoni d-dritt għal moviment u residenza fit-territorju tal-Istati Membri<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Ara, b’analoġija, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171207">7 ta’ Diċembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Zaniewicz-Dybeck</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑189/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:946">EU:C:2017:946</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. Persuni li jeżerċitaw dan id-dritt għal moviment liberu ma jistgħu jbatu minn ebda żvantaġġ leġiżlattiv minħabba l-fatt li jkunu eżerċitaw dak id-dritt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Stat Membru jkun, bħala prinċipju, liberu li jipprovdi dritt għal pensjoni tax-xjuħija minima<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171207">7 ta’ Diċembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Zaniewicz-Dybeck</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑189/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:946">EU:C:2017:946</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> u li jimponi kundizzjonijiet sabiex persuna tibbenefika minn benefiċċju tax-xjuħija antiċipat sakemm tali kundizzjonijiet ma jkunux jikkostitwixxu impediment għall-moviment liberu tal-ħaddiema għall-finijiet tal-Artikolu 45 TFUE. Għalhekk inqis li, bħala prinċipju, Stat Membru jkun liberu, bħal f’dan il-każ, jissuġġetta l-għoti ta’ benefiċċju tax-xjuħija antiċipat għall-fatt li persuna tilħaq ċerta età, ikollha ċertu għadd ta’ snin ta’ kontribuzzjonijiet u tkun intitolata għal benefiċċju li jkun ogħla mill-ammont tal-benefiċċju tax-xjuħija minimu f’dak l-Istat Membru<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>A. Bocero Torrico u J.P.K.F. Bode ppreċiżaw li din il-kundizzjoni ġiet imposta mil-leġiżlazzjoni Spanjola sabiex tiġi ggarantita l-vijabbiltà tas-sistema pubblika tal-benefiċċji tax-xjuħija.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Tabilħaqq, jidher li t-tliet kundizzjonijiet imposti bl-Artikolu 208(1) tal-Ley General de la Seguridad Social (il-Liġi Ġenerali dwar is-Sigurtà Soċjali) ma humiex huma nnifishom ikkontestati fil-kawża prinċipali quddiem il-qorti tar-rinviju. Il-kontestazzjoni tikkonċerna pjuttost il-mod li bih tapplika t-tielet kundizzjoni imposta bl-Artikolu 208(1)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Artikolu 208(1)(c) tal-Liġi Ġenerali dwar is-Sigurtà Soċjali.</P></NOTE> ta’ dik il-leġiżlazzjoni nazzjonali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Għalhekk, A. Bocero Torrico u J.P.K.F. Bode ma jikkontestawx id-dritt tar-Renju ta’ Spanja li jimponi rekwiżiti fir-rigward ta’ ammont minimu ta’ benefiċċju li persuna tirċievi sabiex tkun eliġibbli għal benefiċċju tax-xjuħija antiċipat.</P></NOTE> għal persuni bħal A. Bocero Torrico u J.P.K.F. Bode li kienu eżerċitaw id-dritt tagħhom għall-moviment liberu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Hemm diverġenza ċara ta’ opinjonijiet fl-osservazzjonijiet magħmula lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar jekk l-Artikolu 5 u/jew l-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 883/2004 japplikawx għaċ-ċirkustanzi inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Hija ġurisprudenza stabbilita<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110303">3 ta’ Marzu 2011</DATE>, <NAME.CASE>Tomaszewska</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑440/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:114">EU:C:2011:114</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE> li l-<HT TYPE="ITALIC">kisba</HT> tad-dritt għal benefiċċju tax-xjuħija taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 883/2004<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Ara wkoll l-Artikolu 45(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 tal-<DATE ISO="19710614">14 ta’ Ġunju 1971</DATE> dwar l-applikazzjoni ta’ l-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità, kif emendat u aġġornat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97 tat-<DATE ISO="19961202">2 ta’ Diċembru 1996</DATE> (ĠU <HT TYPE="ITALIC">Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35</HT>).</P></NOTE>. Għall-kuntrarju, ir-regoli dwar il-<HT TYPE="ITALIC">kalkolu</HT> tal-ammont tal-benefiċċju huma stabbiliti fl-Artikolu 52 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>. ta’ dan ir-regolament<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Ara wkoll l-Artikolu 46 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>. tar-Regolament Nru 1408/71.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 883/2004 jimplimenta l-prinċipju ta’ aggregazzjoni ta’ <HT TYPE="ITALIC">perijodi</HT> ta’ assigurazzjoni, residenza, impjieg jew impjieg awtonomu kif stabbilit bl-Artikolu 48 TFUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Dan huwa wieħed mill-prinċipji bażiċi li jirregolaw il-koordinazzjoni mill-Unjoni Ewropea ta’ skemi ta’ sigurtà soċjali tal-Istati Membri, bl-għan tiegħu jkun li jiġi żgurat li l-eżerċizzju tad-dritt għall-moviment liberu mogħti mit-Trattat FUE ma jkollux l-effett li jċaħħad lil ħaddiema minn vantaġġi ta’ sigurtà soċjali li huma kien ikollhom dritt għalihom kieku wettqu l-ħajja tax-xogħol tagħhom kollha fi Stat Membru wieħed biss. Konsegwenza bħal din tista’ tiskoraġġixxi lil ħaddiema tal-Unjoni milli jeżerċitaw id-dritt tagħhom għall-moviment liberu u, għalhekk, tkun tikkostitwixxi ostakolu għal dik il-libertà (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110303">3 ta’ Marzu 2011</DATE>, <NAME.CASE>Tomaszewska</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑440/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:114">EU:C:2011:114</NO.ECLI>), punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> li jipprovdi, fost l-oħrajn, li fejn il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru tissuġġetta l-kisba tad-dritt għal benefiċċji għal perijodi kkompletati ta’ assigurazzjoni, impjieg, impjieg awtonomu jew residenza, l-istituzzjoni kompetenti ta’ dak l-Istat Membru għandha tqis tali perijodi kkompletati skont il-leġiżlazzjoni ta’ kull Stat Membru ieħor daqslikieku kienu kkompletati skont il-leġiżlazzjoni li huwa jamministra. Fi kliem ieħor, il-<HT TYPE="ITALIC">perijodi</HT> kkompletati f’diversi Stati Membri għandhom jiġu aggregati<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171207">7 ta’ Diċembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Zaniewicz-Dybeck</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑189/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:946">EU:C:2017:946</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Dwar il-benefiċċji tax-xjuħija, l-Artikolu 52(1)(b)(i) tar-Regolament Nru 883/2004 jipprevedi li l-istituzzjoni kompetenti għandha tikkalkola l-ammont teoretiku tal-benefiċċju li l-persuna kkonċernata jkollha dritt għalih daqslikieku l-perijodi kollha ta’ assigurazzjoni u/jew dawk li dik il-persuna kienet ikkompletat f’diversi Stati Membri kienu ġew ikkompletati fl-Istat Membru tal-istituzzjoni kompetenti. L-istituzzjoni kompetenti jkun imbagħad jeħtiġilha, skont l-Artikolu 52(1)(b)(ii) tar-regolament, tiddetermina l-ammont attwali tal-benefiċċju abbażi tal-ammont teoretiku, skont il-proporzjon ta’ kemm ikunu damu l-perijodi ta’ assigurazzjoni u/jew ta’ residenza kkompletati fl-Istat Membru tal-istituzzjoni kompetenti ma’ kemm ikunu damu b’kollox il-perijodi ta’ assigurazzjoni u/jew ta’ residenza fid-diversi Stati Membri — fi kliem ieħor, il-metodu <HT TYPE="ITALIC">pro rata</HT> ta’ kalkolu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171207">7 ta’ Diċembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Zaniewicz-Dybeck</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑189/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:946">EU:C:2017:946</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Għandu jiġi nnotat li l-kalkolu tal-ammont teoretiku u sussegwentement tal-ammonti attwali (benefiċċju <HT TYPE="ITALIC">pro rata</HT>) tal-benefiċċji tax-xjuħija ta’ A. Bocero Torrico u ta’ J.P.K.F. Bode fi Spanja u fil-Ġermanja ma kinux ġew ikkontestati fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>L-INSS, ir-Renju ta’ Spanja u tabilħaqq A. Bocero Torrico u J.P.K.F. Bode jqisu li għandu jintuża l-ammont teoretiku ta’ benefiċċju kkalkolat skont l-Artikolu 52(1)(b)(i) tar-Regolament Nru 883/2004 sabiex jiġi eżaminat jekk hijiex issodisfatta l-kundizzjoni dwar l-ammont ta’ benefiċċju minimu impost mill-Artikolu 208(1)(c) tal-Liġi Ġenerali dwar is-Sigurtà Soċjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Min-naħa tiegħi, ma naqbilx.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, l-ammont teoretiku ta’ benefiċċju kkalkolat skont l-Artikolu 52(1)(b)(i) tar-Regolament Nru 883/2004 huwa stadju intermedju fil-kalkolu tal-benefiċċju attwali <HT TYPE="ITALIC">pro rata</HT> li għandu jingħata u ma jistax jintuża sabiex jiġi eżaminat jekk ikunx fil-fatt inkiseb id-dritt għal benefiċċju tax-xjuħija (antiċipat)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>L-ammont teoretiku ma huwa, għalhekk, ta’ ebda rilevanza <HT TYPE="ITALIC">per se</HT>.</P></NOTE>. Barra minn hekk, kif indikajt fil-punti 37 u 38 ta’ dawn il-konklużjonijiet, hemm distinzjoni ċara fir-Regolament Nru 883/2004 bejn ir-regoli relatati mal-kisba tad-dritt għal benefiċċju tax-xjuħija u dawk dwar il-kalkolu tal-benefiċċju<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Il-portata limitata tar-regoli ta’ kalkolu tal-benefiċċji stabbiliti fl-Artikolu 46(2) tar-Regolament Nru 1408/71 (preżentement l-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 883/2004) ġiet enfasizzata mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171207">7 ta’ Diċembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Zaniewicz-Dybeck</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑189/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:946">EU:C:2017:946</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li din id-dispożizzjoni ma setgħetx tintuża sabiex jiġi kkalkolat l-ammont ta’ benefiċċju tax-xjuħija minimu, peress li dan il-kalkolu għandu jsir konformement mal-Artikolu 50 tar-Regolament Nru 1408/71 (li sar l-Artikolu 58 tar-Regolament Nru 883/2004).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, filwaqt li l-kisba tad-dritt għal benefiċċju tax-xjuħija taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 883/2004, din id-dispożizzjoni tirreferi b’mod ċar għall-aggregazzjoni ta’ <HT TYPE="ITALIC">perijodi</HT> ta’ assigurazzjoni, impjieg, impjieg awtonomu jew residenza u mhux għal kundizzjonijiet oħra li jagħtu lok għal tali dritt<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Għalhekk, huwa rilevanti għall-finijiet tal-Artikolu 208(1)(b) tal-Liġi Ġenerali dwar is-Sigurtà Soċjali u għall-kalkolu tal-perijodu ta’ kontribuzzjonijiet minimu ta’ 35 sena. Fil-kawża prinċipali, il-perijodi ta’ kontribuzzjonijiet ta’ A. Bocero Torrico u ta’ J.P.K.F. Bode fi Spanja u fil-Ġermanja għandhom jiġu aggregati sabiex tiġi ssodisfatta din il-kundizzjoni.</P></NOTE>. Minħabba li, skont l-Artikolu 208(1)(c) tal-Liġi Ġenerali dwar is-Sigurtà Soċjali, id-dritt għal pensjoni tax-xjuħija huwa, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, suġġett għall-kundizzjoni li l-ammont tal-benefiċċju rċevut ikun ogħla mill-benefiċċju tax-xjuħija minimu li l-persuna kkonċernata tkun intitola tirċievi fi Spanja, fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-familja tagħha meta tagħlaq l-età ta’ 65 sena, jiena nqis li l-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 883/2004 huwa d-dispożizzjoni rilevanti li għandha tiġi applikata<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Ir-Regolament Nru 1408/71 ma kienx fih dispożizzjoni ekwivalenti għall-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 883/2004. Fil-fehma tiegħi, l-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 883/2004 sempliċement jikkjarifika l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament stabbilit fl-Artikolu 4 ta’ dak ir-Regolament. L-għan tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 883/2004 huwa li jiġi żgurat li l-eżerċizzju tad-dritt għal-libertà tal-moviment ma jkollux l-effett li jċaħħad lil ħaddiema minn vantaġġi tas-sigurtà soċjali li huma kienu jkunu intitolati għalihom kieku wettqu l-ħajja tax-xogħol kollha tagħhom fi Stat Membru wieħed biss. Mill-premessa 9 tar-Regolament Nru 883/2004 jidher ċar li l-assimilazzjoni jew it-trattament ugwali ta’ benefiċċji, dħul, fatti jew każijiet fi Stat Membru ieħor skont l-Artikolu 5 ta’ dak ir-regolament huma kodifikazzjoni espliċita tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament ta’ benefiċċji, dħul, fatti jew każijiet stabbilit f’għadd ta’ sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja. L-ewwel sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja bbażata fuq l-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 883/2004 hija s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160121">21 ta’ Jannar 2016</DATE>, <NAME.CASE>Vorarlberger Gebietskrankenkasse u Knauer</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑453/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:37">EU:C:2016:37</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Fil-fatt, il-premessa 10 tar-Regolament Nru 883/2004 tipprevedi li l-prinċipju ta’ assimilazzjoni jew trattament ugwali ta’ benefiċċji, dħul, fatti jew każijiet fi Stat Membru ieħor skont l-Artikolu 5 ta’ dak ir-regolament <HT TYPE="ITALIC">ma għandux jipprekludi</HT> l-prinċipju stabbilit fl-Artikolu 6 ta’ aggregazzjoni ta’ ċerti perijodi, bħal perijodi ta’ assigurazzjoni, li jitwett qu fi Stat Membru ieħor daqslikieku kienu kkompletati skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru kompetenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Il-premessi 10 sa 12 tar-Regolament Nru 883/2004 jippreċiżaw li l-prinċipju ta’ assimilazzjoni jew ta’ ugwaljanza fit-trattament stabbilit fl-Artikolu 5 ta’ dan ir-regolament huwa suġġett għal ċerti limitazzjonijiet.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, ir-rekwiżit tal-Artikolu 208(1)(c) tal-Liġi Ġenerali dwar is-Sigurtà Soċjali sabiex tinkiseb pensjoni tax-xjuħija antiċipata jiżgura li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>r-riċezzjoni<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> ta’ ammont partikolari<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Fil-punt 68 tas-sentenza tagħha tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040428">28 ta’ April 2004</DATE>, <NAME.CASE>Öztürk</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑373/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:232">EU:C:2004:232</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament stabbilit fl-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni Nru 3/80 dwar l-applikazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali tal-Istati Membri tal-Komunitajiet Ewropej għal ħaddiema Torok u l-membri tal-familji tagħhom (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="110" PAGE.FIRST="60" DATE.PUB="1983">ĠU 1983, C 110, p. 60</REF.DOC.OJ>) għandu jiġi interpretat bħala li ma jippermettix l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tissuġġetta d-dritt għal pensjoni tax-xjuħija antiċipata fil-każ ta’ qgħad għall-kundizzjoni li jiġi osservat ir-rekwiżit li l-persuna kkonċernata tkun ingħatat, f’ċertu perijodu qabel l-applikazzjoni tagħha għall-pensjoni, benefiċċji ta’ assigurazzjoni kontra l-qgħad mingħand dak l-Istat Membru biss. Fil-fehma tiegħi, ma tista’ tinsilet ebda differenza legali sinjifikattiva għall-finijiet tal-Artikolu 5(a) tar-Regolament Nru 883/2004 bejn ir-rekwiżit li persuna tirċievi benefiċċju partikolari u r-rekwiżit li persuna tirċievi ammont partikolari fuq dan il-benefiċċju. Ara wkoll is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19910307">7 ta’ Marzu 1991</DATE> <NAME.CASE>fil-kawża Masgio</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑10/90</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1991:107">EU:C:1991:107</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) dwar il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u l-effetti legali tal-ammont ta’ benefiċċju. Fil-punt 25 ta’ dik is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>ħaddiem migrant li jirċievi pensjoni tax-xjuħija skont il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru wieħed u benefiċċji ta’ assigurazzjoni kontra inċidenti mħallsa minn istituzzjoni ta’ assigurazzjoni ta’ Stat Membru ieħor ma jistax jitqiegħed f’pożizzjoni agħar, għall-finijiet tal-kalkolu tal-porzjon tal-benefiċċju li jkollu jiġi sospiż skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-ewwel Stat, minn ħaddiem li ma jkunx eżerċita d-dritt tiegħu għal moviment liberu u jkun qiegħed jirċievi ż-żewġ benefiċċji skont il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru wieħed.<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></P></NOTE> ta’ benefiċċju tax-xjuħija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>ikollu effetti legali<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> u, għalhekk, dan ir-rekwiżit għandu jkun konformi mal-prinċipju ta’ trattament ugwali stabbilit fl-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 883/2004 sabiex ma jiġux ippenalizzati ħaddiema li jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal-libertà tal-moviment<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Ara, b’analoġija, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19880607">7 ta’ Ġunju 1988</DATE>, <NAME.CASE>Roviello</NAME.CASE> (<NO.CASE>20/85</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1988:283">EU:C:1988:283</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141218">18 ta’ Diċembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Larcher</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑523/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2458">EU:C:2014:2458</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Għaldaqstant, inqis li l-benefiċċji tax-xjuħija fi Spanja għandhom jingħaddu ma’ benefiċċji komparabbli jew ekwivalenti rċevuti fi Stat Membru ieħor jew iktar sabiex tiġi osservata l-kundizzjoni tal-Artikolu 208(1)(c) tal-Liġi Ġenerali dwar is-Sigurtà Soċjali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Mill-proċess quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, u bla ħsara għal verifika mill-qorti tar-rinviju, jidher li l-benefiċċju tax-xjuħija antiċipat previst fl-Artikolu 208(1) tal-Liġi Ġenerali dwar is-Sigurtà Soċjali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Ara l-Artikolu 1(x) u l-Artikolu 3(d) tar-Regolament Nru 883/2004. L-Artikolu 1(x) tar-Regolament Nru 883/2004 jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>benefiċċji marbuta ma’ l-età mogħtija qabel l-età ta’ l-irtirar<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>tfisser benefiċċji mogħti qabel persuna tilħaq l-età li tintitola għal pensjoni u li jew tibqa’ tingħata wara li persuna tilħaq l-età msemmija jew li tinbidel minn benefiċċju ieħor marbut ma’ l-età<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>.</P></NOTE> u l-benefiċċji tax-xjuħija<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Ara l-Artikolu 1(x) u l-Artikolu 3(d) tar-Regolament Nru 883/2004.</P></NOTE> ta’ A. Bocero Torrico u J.P.K.F. Bode fil-Ġermanja huma benefiċċji komparabbli jew ekwivalenti għall-finijiet tal-Artikolu 5(a) tar-Regolament Nru 883/2004<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Ara, b’analoġija, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160121">21 ta’ Jannar 2016</DATE>, <NAME.CASE>Vorarlberger Gebietskrankenkasse u Knauer</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑453/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:37">EU:C:2016:37</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Fis-seduta tat-<DATE ISO="20190502">2 ta’ Mejju 2019</DATE> l-INSS u r-Renju ta’ Spanja sostnew li l-għan tad-dispożizzjonijiet nazzjonali inkwistjoni kien wieħed doppju: l-ewwel nett, li jiġi żgurat li dawk li jkollhom dritt għal u jitolbu benefiċċju tax-xjuħija antiċipat kif previst fl-Artikolu 208(1) tal-Liġi Ġenerali dwar is-Sigurtà Soċjali ma jsirux piż fuq is-sistema tas-sigurtà soċjali Spanjola u, it-tieni nett, li tiġi inkorraġġita l-attività fis-suq tax-xogħol u li jiġi skoraġġit li n-nies jagħmlu talbiet għal irtirar antiċipati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Skont it-termini espressi tal-ittra (c) tal-Artikolu 208(1) tal-Liġi Ġenerali dwar is-Sigurtà Soċjali, jidher li d-dispożizzjonijiet nazzjonali inkwistjoni kienu tfasslu b’mod speċifiku sabiex jiżguraw li dawk li jagħmlu talbiet għal benefiċċji tax-xjuħija għandhom ikunu intitolati għall-ammont tal-pensjoni minima applikabbli u, għalhekk, ma jkunux intitolati għal ċerti benefiċċji supplimentari jew supplimenti addizzjonali sabiex b’hekk jiġi żgurat li huma ma jsirux piż addizzjonali fuq is-sistema tas-sigurtà soċjali Spanjola. Għandu jiġi enfasizzat li ma huwa bl-ebda mod dan l-għan <HT TYPE="ITALIC">per se</HT> li hemm dubju dwaru f’dawn il-proċeduri, iżda pjuttost il-fatt li l-leġiżlazzjoni nazzjonali qiegħda tiġi applikata b’mod diskriminatorju bi ħsara għal ħaddiema li jkunu eżerċitaw id-dritt fundamentali tagħhom għall-moviment liberu. Barra minn hekk, ninnota li l-qorti tar-rinviju nnifisha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Ara l-punt 23 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE> indikat li wara li jingħaddu l-benefiċċji tagħhom tax-xjuħija, kemm Spanjoli kif ukoll Ġermaniżi, la A. Bocero Torrico u lanqas J.P.K.F Bode ma jkunu intitolati għal suppliment<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Ara s-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171207">7 ta’ Diċembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Zaniwicz-Dybeck</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑189/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:946">EU:C:2017:946</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) li tipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>fil-kalkolu tad-drittijiet għal benefiċċju minimu bħall-pensjoni ggarantita inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-Artikolu 58 tar-Regolament Nru 883/2004 jipprevedi speċifikament it-teħid inkunsiderazzjoni tal-ammont effettiv tal-pensjonijiet tal-irtirar li l-persuna kkonċernata tirċievi minn Stat Membru ieħor<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>.</P></NOTE>. F’dawn iċ-ċirkustanzi, ebda wieħed mir-rikorrenti ma huwa ser ikun ta’ piż fuq is-sistema tas-sigurtà soċjali Spanjola.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Filwaqt li l-għan ta’ skoraġġiment jew ta’ dissważjoni li jsiru talbiet għal irtirar antiċipat jista’ jkun ta’ min ifaħħru sabiex tiżdied il-produttività nazzjonali u jitnaqqas il-piż fuq is-sistema tas-sigurtà soċjali — b’mod partikolari fid-dawl tal-popolazzjoni li qiegħda tixjieħ u l-istennija ta’ għomor itwal — dan l-għan ma jistax jinkiseb b’mod li jiddiskrimina kontra dawk li jkunu eżerċitaw id-dritt fundamentali tagħhom għall-moviment liberu. Dwar dan, jiddispjaċini ngħid li f’dawn iż-żewġ kawżi huwa diffiċli tiġi evitata l-impressjoni li l-awtoritajiet Spanjoli eżerċitaw is-setgħat statutorji tagħhom b’mod li manifestament iddiskrimina kontra dawn iż-żewġ rikorrenti li eżerċitaw id-dritt għall-moviment liberu tagħhom u li fir-rigward tagħhom ma hemmx — jew, tal-inqas, ma għandux ikun hemm — ġustifikazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, inqis li l-Artikolu 5(a) tar-Regolament Nru 883/2004 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li teżiġi bħala kundizzjoni għal aċċess għall-benefiċċju tax-xjuħija antiċipat li l-ammont tal-benefiċċju li għandu jiġi rċevut għandu jkun ogħla mill-benefiċċju minimu li jkun dovut lill-persuna kkonċernata skont dik l-istess leġiżlazzjoni nazzjonali <HT TYPE="ITALIC">mingħajr</HT> ma jittieħed inkunsiderazzjoni wkoll il-benefiċċju attwali li dik il-persuna tista’ tirċievi permezz ta’ benefiċċju ieħor tal-istess xorta mingħand Stat Membru ieħor jew iktar.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="13"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">VII.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet esposti iktar ’il fuq, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għad-domanda preliminari magħmula mit-Tribunal Superior de Justicia de Galicia (il-Qorti Superjuri tal-Ġustizzja ta’ Galicia, Spanja), kif ġej:</TXT><P>L-Artikolu 5(a) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE> dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li teżiġi bħala kundizzjoni għal aċċess għall-benefiċċju tax-xjuħija antiċipat li l-ammont tal-benefiċċju li għandu jiġi rċevut għandu jkun ogħla mill-benefiċċju minimu li jkun dovut lill-persuna kkonċernata skont dik l-istess leġiżlazzjoni nazzjonali <HT TYPE="ITALIC">mingħajr</HT> ma jittieħed inkunsiderazzjoni wkoll il-benefiċċju attwali li dik il-persuna tista’ tirċievi permezz ta’ benefiċċju ieħor tal-istess xorta mingħand Stat Membru ieħor jew iktar.</P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>