|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1839 |
28.7.2026 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/1839
tat-23 ta’ Lulju 2026
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2026/820 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza marbuta mal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Greċja
(notifikata bid-dokument C(2026) 5381)
(It-test bil-Grieg biss huwa awtentiku)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 259(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-marda tal-ilsien u d-dwiefer hija marda virali infettiva li taffettwa lill-annimali mammiferi tal-ordnijiet Artiodactyla u Proboscidea u li jista’ jkollha impatt serju fuq il-popolazzjoni tal-annimali kkonċernata u fuq il-profittabbiltà tat-trobbija tal-annimali, u dan jikkawża disturb fil-movimenti tal-kunsinni ta’ dawk l-annimali u tal-prodotti derivati minnhom fl-Unjoni u fl-esportazzjonijiet lejn il-pajjiżi terzi. F’każ ta’ tifqigħa tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fl-annimali, hemm riskju serju li dik il-marda tinxtered fi stabbilimenti oħra li jżommu l-annimali tal-ispeċijiet elenkati, kif stabbilit fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 (2) (l-ispeċijiet elenkati). |
|
(2) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni 2020/687 (3) jissupplimenta r-regoli għall-kontroll tal-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1), il-punti (a), (b) u (c), tar-Regolament (UE) 2016/429, u definit bħala mard tal-kategoriji A, B u C fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1882. B’mod partikolari, l-Artikoli 21 u 22 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jipprevedu l-istabbiliment ta’ żona ristretta f’każ ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A, inkluż il-marda tal-ilsien u d-dwiefer, kif ukoll ċerti miżuri li jridu jiġu applikati fiha. Barra minn hekk, l-Artikolu 21(1) ta’ dak ir-Regolament Delegat jipprevedi li ż-żona ristretta trid tkun tinkludi żona ta’ protezzjoni u żona ta’ sorveljanza, u, jekk ikun meħtieġ, żoni ristretti ulterjuri madwar iż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza jew maġenbhom. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/820 (4) ġiet adottata abbażi tar-Regolament (UE) 2016/429 u tistabbilixxi ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mat-tifqigħat tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Greċja. B’mod partikolari, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2026/820 tipprevedi li l-Greċja trid tistabbilixxi żoni ristretti, li jinkludu żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, kif ukoll żona ristretta ulterjuri, f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, fejn il-miżuri li jeħtieġ jiġu applikati fiż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, u fiż-żona ristretta ulterjuri, iridu japplikaw imqar sad-dati elenkati fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni, u li ż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, kif ukoll iż-żona ristretta ulterjuri, iridu jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati f’dak l-Anness. Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2026/820 ġiet emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/1330 (5). |
|
(4) |
Mill-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2026/1330, il-miżuri ta’ emerġenza li jeħtieġ jiġu applikati fiż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza u fiż-żona ristretta ulterjuri elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2026/820, u l-iskeda ta’ żmien għall-applikazzjoni tagħhom, ġew rieżaminati abbażi tal-informazzjoni provduta mill-Greċja, b’mod partikolari fir-rigward tad-dati tat-tindif u tad-diżinfezzjoni preliminari tal-istabbilimenti affettwati, li jeħtieġ jitwettqu f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687. B’konsegwenza ta’ dan, id-durata tal-miżuri ta’ emerġenza f’dawk iż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza trid tiġi adattata. |
|
(5) |
Barra minn hekk, mill-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2026/1330, kien hemm aktar tifqigħat tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fi stabbilimenti fl-unità reġjonali ta’ Lesvos fil-Greċja. |
|
(6) |
Għaldaqstant, minħabba s-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fir-rigward tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Greċja, u sabiex jiġi evitat li dik il-marda tkompli tinxtered f’dak l-Istat Membru, jew fi Stati Membri oħra jew f’pajjiżi terzi, jeħtieġ jiġu aġġornati b’mod urġenti ż-żoni li bħalissa huma elenkati bħala żoni ta’ protezzjoni, żoni ta’ sorveljanza jew żoni ristretti ulterjuri fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2026/820 biex jiġu adattati kemm fl-ispazju kif ukoll fiż-żmien, meta jkun meħtieġ, kif ukoll biex jiġu stabbiliti żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza ġodda billi jitqiesu t-tifqigħat l-aktar riċenti fil-Greċja. Dan huwa meħtieġ ukoll sabiex jiġi evitat kwalunkwe disturb bla bżonn fil-kummerċ fl-Unjoni, u biex tiġi evitata l-impożizzjoni ta’ ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ minn pajjiżi terzi. |
|
(7) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2026/820 jiġi emendat kif xieraq. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2026/820 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ellenika.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Lulju 2026.
Għall-Kummissjoni
Olivér VÁRHELYI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 tat-3 ta’ Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal kategoriji ta’ mard elenkat u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat (ĠU L 308, 4.12.2018, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/1882/oj).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/687/oj).
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/820 tal-1 ta’ April 2026 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza marbuta mal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Greċja u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2026/732 (ĠU L, 2026/820, 8.4.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2026/820/oj).
(5) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/1330 tad-9 ta’ Ġunju 2026 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2026/820 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza marbuta mal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Greċja (ĠU L, 2026/1330, 12.6.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2026/1330/oj).
ANNESS
ANNESS
Protection, surveillance and further restricted zones established around the confirmed outbreaks
Żoni ta’ protezzjoni u żoni ta’ sorveljanza stabbiliti madwar it-tifqigħat ikkonfermati
|
Stat Membru |
Diviżjoni ammin-istrattiva |
Numru ta’ referenza tal-ADIS għat-tifqigħa |
Żoni stabbiliti bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, parti miż-żoni ristretti msemmija fl-Artikolu 1 |
Data sa meta applikabbli |
|
Il-Greċja |
Lesvos |
GR-FMD-2026-00064 |
Protection zone: Those parts of Il-Greċja, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat.39,114210, Long.25,978861. |
1.10.2026 |
|
Surveillance zone: Those parts of Il-Greċja, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat.39,114210, Long.25,978861, excluding the areas contained in the protection zone. |
||||
|
Il-Greċja |
Lesvos |
GR-FMD-2026-00086 |
Protection zone: Those parts of Il-Greċja, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat.39,211426, Long.26,442246. |
1.10.2026 |
|
Surveillance zone: Those parts of Il-Greċja, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat.39,211426, Long.26,442246, excluding the areas contained in the protection zone. |
||||
|
Il-Greċja |
Lesvos |
GR-FMD-2026-00092 |
Protection zone: Those parts of Il-Greċja, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat.39,222886, Long.26,464158. |
1.10.2026 |
|
Surveillance zone: Those parts of Il-Greċja, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat.39,222886, Long.26,464158, excluding the areas contained in the protection zone. |
||||
|
Il-Greċja |
Lesvos |
GR-FMD-2026-00102 |
Protection zone: Those parts of Il-Greċja, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat.39,243355, Long.26,255711. |
1.10.2026 |
|
Surveillance zone: Those parts of Il-Greċja, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat.39,243355, Long.26,255711, excluding the areas contained in the protection zone. |
||||
|
Il-Greċja |
Lesvos |
GR-FMD-2026-00105 |
Protection zone: Those parts of Il-Greċja, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat.39,233772, Long.26,437640. |
1.10.2026 |
|
Surveillance zone: Those parts of Il-Greċja, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat.39,233772, Long.26,437640, excluding the areas contained in the protection zone. |
||||
|
Il-Greċja |
Lesvos |
GR-FMD-2026-00108 |
Protection zone: Those parts of Il-Greċja, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat.39,213357, Long.26,421648. |
1.10.2026 |
|
Surveillance zone: Those parts of Il-Greċja, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat.39,213357, Long.26,421648, excluding the areas contained in the protection zone. |
||||
|
Il-Greċja |
Lesvos |
GR-FMD-2026-00109 |
Protection zone: Those parts of Il-Greċja, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat.39,325123, Long.26,272703. |
1.10.2026 |
|
Surveillance zone: Those parts of Il-Greċja, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat.39,325123, Long.26,272703, excluding the areas contained in the protection zone. |
||||
|
Il-Greċja |
Lesvos |
GR-FMD-2026-00110 |
Protection zone: Those parts of Il-Greċja, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat.39,285580, Long.26,347073. |
1.10.2026 |
|
Surveillance zone: Those parts of Il-Greċja, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat.39,285580, Long.26,347073, excluding the areas contained in the protection zone. |
||||
|
Il-Greċja |
Lesvos |
GR-FMD-2026-00114 |
Protection zone: Those parts of Il-Greċja, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat.39,249964, Long.26,210090. |
1.10.2026 |
|
Surveillance zone: Those parts of Il-Greċja, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat.39,249964, Long.26,210090, excluding the areas contained in the protection zone. |
||||
|
Il-Greċja |
Lesvos |
GR-FMD-2026-00117 |
Protection zone: Those parts of Il-Greċja, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat.39,232752, Long.26,438317. |
1.10.2026 |
|
Surveillance zone: Those parts of Il-Greċja, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat.39,232752, Long.26,438317, excluding the areas contained in the protection zone. |
||||
|
Il-Greċja |
Lesvos |
GR-FMD-2026-00119 |
Protection zone: Those parts of Il-Greċja, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat.39,289750, Long.26,362421. |
1.10.2026 |
|
Surveillance zone: Those parts of Il-Greċja, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat.39,289750, Long.26,362421, excluding the areas contained in the protection zone. |
||||
|
Il-Greċja |
Lesvos |
GR-FMD-2026-00121 |
Protection zone: Those parts of Il-Greċja, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat.39,113628, Long.26,112457. |
1.10.2026 |
|
Surveillance zone: Those parts of Il-Greċja, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat.39,113628, Long.26,112457, excluding the areas contained in the protection zone. |
||||
|
Il-Greċja |
Lesvos |
GR-FMD-2026-00122 |
Protection zone: Those parts of Il-Greċja, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat.39,242110, Long.26,256752. |
23.7.2026 |
|
Surveillance zone: Those parts of Il-Greċja, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat.39,242110, Long.26,256752, excluding the areas contained in the protection zone. |
||||
|
Il-Greċja |
Lesvos |
GR-FMD-2026-00123 |
Protection zone: Those parts of Il-Greċja, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat.39,120014, Long.26,006803. |
1.10.2026 |
|
Surveillance zone: Those parts of Il-Greċja, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat.39,120014, Long.26,006803, excluding the areas contained in the protection zone. |
||||
|
Il-Greċja |
Lesvos |
GR-FMD-2026-00124 |
Protection zone: Those parts of Il-Greċja, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat.39,223082, Long.26,452950. |
1.10.2026 |
|
Surveillance zone: Those parts of Il-Greċja, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat.39,223082, Long.26,452950, excluding the areas contained in the protection zone. |
||||
|
Il-Greċja |
Lesvos |
GR-FMD-2026-00125 |
Protection zone: Those parts of Il-Greċja, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat.39,209492, Long.26,479450. |
1.10.2026 |
|
Surveillance zone: Those parts of Il-Greċja, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat.39,209492, Long.26,479450, excluding the areas contained in the protection zone. |
||||
|
Il-Greċja |
Lesvos |
GR-FMD-2026-00126 |
Protection zone: Those parts of Il-Greċja, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat.39,369333, Long.26,275481. |
1.10.2026 |
|
Surveillance zone: Those parts of Il-Greċja, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat.39,369333, Long.26,275481, excluding the areas contained in the protection zone. |
||||
|
Il-Greċja |
Lesvos |
GR-FMD-2026-00127 |
Protection zone: Those parts of Il-Greċja, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat.39,226315, Long.26,451467. |
1.10.2026 |
|
Surveillance zone: Those parts of Il-Greċja, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat.39,226315, Long.26,451467, excluding the areas contained in the protection zone. |
||||
|
Il-Greċja |
Lesvos |
GR-FMD-2026-00128 |
Protection zone: Those parts of Il-Greċja, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat.39,156040, Long.25,989911. |
1.10.2026 |
|
Surveillance zone: Those parts of Il-Greċja, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat.39,156040, Long.25,989911, excluding the areas contained in the protection zone. |
||||
|
Il-Greċja |
Lesvos |
GR-FMD-2026-00129 |
Protection zone: Those parts of Il-Greċja, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat.39,112886, Long.25,983028. |
1.10.2026 |
|
Surveillance zone: Those parts of Il-Greċja, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat.39,112886, Long.25,983028, excluding the areas contained in the protection zone. |
||||
|
Il-Greċja |
Lesvos |
GR-FMD-2026-00130 |
Protection zone: Those parts of Il-Greċja, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat.39,219780, Long.26,225000. |
1.10.2026 |
|
Surveillance zone: Those parts of Il-Greċja, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat.39,219780, Long.26,225000, excluding the areas contained in the protection zone. |
||||
|
Il-Greċja |
Lesvos |
GR-FMD-2026-00131 |
Protection zone: Those parts of Il-Greċja, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat.39,256929, Long.26,263282. |
1.10.2026 |
|
Surveillance zone: Those parts of Il-Greċja, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat.39,256929, Long.26,263282, excluding the areas contained in the protection zone. |
||||
|
Il-Greċja |
Lesvos |
GR-FMD-2026-00132 |
Protection zone: Those parts of Il-Greċja, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat.39,284995, Long.26,282484. |
1.10.2026 |
|
Surveillance zone: Those parts of Il-Greċja, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat.39,284995, Long.26,282484, excluding the areas contained in the protection zone. |
||||
|
Il-Greċja |
Lesvos |
GR-FMD-2026-00133 |
Protection zone: Those parts of Il-Greċja, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat.39,327428, Long.26,272185. |
1.10.2026 |
|
Surveillance zone: Those parts of Il-Greċja, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat.39,327428, Long.26,272185, excluding the areas contained in the protection zone. |
||||
|
Il-Greċja |
Lesvos |
GR-FMD-2026-00134 |
Protection zone: Those parts of Il-Greċja, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat.39,302167, Long.26,282640. |
1.10.2026 |
|
Surveillance zone: Those parts of Il-Greċja, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat.39,302167, Long.26,282640, excluding the areas contained in the protection zone. |
||||
|
Il-Greċja |
Lesvos |
GR-FMD-2026-00135 |
Protection zone: Those parts of Il-Greċja, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat.39,225621, Long.26,244000. |
1.10.2026 |
|
Surveillance zone: Those parts of Il-Greċja, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat.39,225621, Long.26,244000, excluding the areas contained in the protection zone. |
||||
|
Il-Greċja |
Lesvos |
GR-FMD-2026-00136 |
Protection zone: Those parts of Il-Greċja, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat.39,210619, Long.26,233998. |
1.10.2026 |
|
Surveillance zone: Those parts of Il-Greċja, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat.39,210619, Long.26,233998, excluding the areas contained in the protection zone. |
||||
|
Il-Greċja |
Lesvos |
GR-FMD-2026-00137 |
Protection zone: Those parts of Il-Greċja, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat.39,311916, Long.26,211611. |
1.10.2026 |
|
Surveillance zone: Those parts of Il-Greċja, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat.39,311916, Long.26,211611, excluding the areas contained in the protection zone. |
||||
|
Il-Greċja |
Lesvos |
GR-FMD-2026-00138 |
Protection zone: Those parts of Il-Greċja, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat.39,322043, Long.26,276393. |
1.10.2026 |
|
Surveillance zone: Those parts of Il-Greċja, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat.39,322043, Long.26,276393, excluding the areas contained in the protection zone. |
||||
|
Il-Greċja |
Lesvos |
GR-FMD-2026-00139 |
Protection zone: Those parts of Il-Greċja, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat.39,220641, Long.26,477719. |
1.10.2026 |
|
Surveillance zone: Those parts of Il-Greċja, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat.39,220641, Long.26,477719, excluding the areas contained in the protection zone. |
Żona ristretta ulterjuri
|
Stat Membru |
Żona stabbilita bħala żoni ristretta ulterjuri, parti miż-żona ristretta, imsemmija fl-Artikolu 1 |
Data sa meta applikabbli |
|
Il-Greċja |
The remaining area of the Lesvos regional unit not included as part of the protection and surveillance zones listed in this Annex. |
1.10.2026 |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2026/1839/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)