2004R0686 — MT — 31.12.2004 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru. 686/2004

ta’ l-14 ta’ April 2004

li jippreskrivi miżuri transizzjonali li jikkonċernaw organizzazzjonijiet ta’ produtturi fil-marketing ta’ frott u ħaxix frisk, minħabba l-adesjoni tar-Repubblika Ċeka, ta’ l-Estonja, ta’ Ċipru, tal-Latvja, tal-Litwanja, ta’ l-Ungerija, ta’ Malta, tal-Polonja, tas-Slovenja u tas-Slovakkja fl-Unjoni Ewropea

(ĠU L 106, 15.4.2004, p.10)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

COMMISSION REGULATION (EC) No 2249/2004 of 27 December 2004 (*)

  L 381

23

28.12.2004



(*)

Dan l-att qatt ma ġie ppubblikat bil-Malti.




▼B

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru. 686/2004

ta’ l-14 ta’ April 2004

li jippreskrivi miżuri transizzjonali li jikkonċernaw organizzazzjonijiet ta’ produtturi fil-marketing ta’ frott u ħaxix frisk, minħabba l-adesjoni tar-Repubblika Ċeka, ta’ l-Estonja, ta’ Ċipru, tal-Latvja, tal-Litwanja, ta’ l-Ungerija, ta’ Malta, tal-Polonja, tas-Slovenja u tas-Slovakkja fl-Unjoni Ewropea



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWOPEJ,

Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkonsidrat l-Att ta’ Adesjoni tar-Repubblika Ċeka, ta’ l-Estonja, ta’ Ċipru, tal-Latvja, tal-Litwanja, ta’ l-Ungerija, ta’ Malta, tal-Polonja, tas-Slovenja u tas-Slovakkja, u b’ mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Wara li kkonsidrat l-Att ta’ Adesjoni tar-Repubblika Ċeka, ta’ l-Estonja, ta’ Ċipru, tal-Latvja, tal-Litwanja, ta’ l-Ungerija, ta’ Malta, tal-Polonja, tas-Slovenja u tas-Slovakkja u b’ mod partikolari l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 41 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1432/2003 tal-11 ta’ Awissu jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 rigward il-kondizzjojnijiet għar-rikonoxximent ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi u rikonoxximent preliminari ta’ gruppi ta’ produtturi ( 1 ), u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1433/2003 tal-11 ta’ Awissu 2003 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjioni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 in rigward ta’ fondi operattivi, programmi operattivi u assistenza finanzjarja ( 2 ) jistabbilixxi ċerti dati u kondizzjonijiet għar-rikonoxximent ta’, u għajnuna lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi. Miżuri transizzjonali għandhom jiġu preskritti biex organizzazzjonijiet ta’ produtturi u gruppi ta’ produtturi fir-Repubblika Ċeka, fl-Estonja, f’Ċipru, fil-Latvja, fil-Litwanja, fl-Ungerija, f’Malta, fil-Polonja, fis-Slovenja u fis-Slovakkja(aktar ’l isfel irriferiti bħala “l-Istati Membri l-ġodda”) biex japplikaw għall-għajnuna maħsuba f’dawk ir-Regolamenti qabel l-1 ta’ Jannar 2005.

(2)

Numru ta’ Stati Membri ġodda adotta leġislazzjoni nazzjonali fuq ir-rikonoxximent ta’, u l-għajnuna lill-organizzazzjonuijiet ta’ produtturi u gruppi ta’ produtturi, u ċerti organizzazzjojnijiet ta’ produtturi u gruppi ta’ produtturi diġà jeżistu.

(3)

L-Istati Membri l-ġodda għandhom jingħataw il-possibbilità li temporanjament jikkonsidraw lill-organizzazzjonijiet ta’ produuturi u gruppi ta’ produtturi rrikonoxxuti taħt il-liġi nazzjonali bħala li jiġu rrikonoxxuti taħt ir-Regolament (KE) Nru 2200/96. Dawk l-organizzazzjonijiet ta’ produtturi u gruppi ta’ produtturi jistgħu mbagħad japplikaw għall-għajnuna Komunitarja disponibbli. L-Istati Membri l-ġodda għandhom jivverifikaw qabel l-aħħar ta’ l-2005 jekk l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-gruppi tal-produtturi tassew jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħaxix ( 3 ). Ir-responsabbilità finanzjarja għall-għajnuna mħallsa lil dawk l-organizzazzjonijiet ta’ produtturi u gruppi ta’ produtturi taqa’ fuq l-Istati Membri l-ġodda in kwistjoni.

(4)

Ċerti Stati Membri ġodda ma pprovdewx fil-legislazzjoni nazzjonali tagħhom rikonoxximent għall-organizzazzjonijiet ta’ produtturi bbażat fuq il-kategoriji ta’ prodotti rriferiti fl-Artikolu 11(1) (a) (ii) sa (vii) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96. Għar-raġunijiet ta’ kjarezza, l-organizzazzjonijiet ta’ produtturi jew gruppi ta’ produtturi li ġew rikonoxxuti qabel l-1 ta’ Mejju 2004, skond il-leġislazzjoni nazzjnali, għandhom għaldaqstant jiġu kkonsidrati bħala li jappartjenu lill-kategorija ta’ “frott u ħaxix” irriferita fl-Artikolu 11(1) (a) (i) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96.

(5)

Sabiex jiġi mħaffef il-proċess, organizzazzjonijiet ta’ produtturi u gruppi ta’ produtturi rrikonoxxuti qabel l-1 ta’ Mejju 2004, skond il-leġislazzjoni nazzjonali, għandhom jiġu mitluba jissottomettu applikazzjoni oħra. L-Istati Membri l-ġodda għandhom jinnotifikawhom jekk humiex irrikonoxxuti għas-sena 2004 taħt ir-Regolament (KE) Nru 1432/2003 jew le.

(6)

La l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u lanqas l-Istati Membri l-ġodda ma għandhom esperjenza ta’ programmi operattivi. Bħala miżura transizzjonali għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi fl-Istati Membri l-ġodda, jista’ jiġi sotomess programm operattiv ta’ durata massima ta’ sena u nofs. L-abbozzar ta’ programmi qosra, u sempliċi għandu jnaqqas il-perjodu għall-preparazzjoni mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-perjodu meħtieġ għall-valutazzjoni mill-awtroitajiet nazzjonali. L-abbozzar, il-valutazzjoni, l-implimentazzjoni u l-kontroll ta’ dawk il-programmi għandu jgħin kemm lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi kif ukoll lill-awtoritajiet nazzjonali fl-amministrazzjoni ta’ programmi ta’ durata normali wara l-perjodu transizzjonali.

(7)

Għal pjani ta’ rikonoximent approvati fl-Istati Membri l-ġodda taħt il-leġislazzjonijiet rispettivi tagħhom qabel l-1 ta’ Mejju 2004, id-data tat-tluq għandha titqies bħala l-1 ta’ Mejju 2004.

(8)

L-Istati Membri l-ġodda għandhom l-obbligu li jiċċekkjaw ċertu perċentwali ta’ l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u tal-gruppi tal-produtturi kull sena dwar il-konformità mal-kriterji tar-rikonoxximent, u l-kondizzjonijiet għall-għoti ta’ l-għajnuna. In vista tal-piż amministrattiv illi dan joħloq lill-Istati Membri l-ġodda, għandhom jitħallew jirriduċu l-perċentwali ta’ ċċekkjar illi jagħmlu fuq l-organizazzjonijiet tal-produtturi u tal-gruppi tal-produtturi għal mhux anqas minn nofs tal-livell normali fl-2005, iżda jekk jużaw din il-possibbilità, il-perċentwali għandu jiżdied bl-istess rata fl-2006, sabiex jintlaħaq il-livell medju normali fuq medja ta’ sentejn.

(9)

Operaturi fl-Istati Membri l-ġodda huma ħielsa li jagħżlu li ma jagħmlux użu minn dawn id-dispożizzjonijiet transizzjonali u japplikaw ir-regoli normali preskriti fir-Regolamenti (KE) Nru 1432/2003 u (KE) Nru 1433/2003 fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1943/2003 li jippreskrivu regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) nru 2200/96 f’dak li jirrigwarda għajnuna lil gruppi ta’ produtturi mogħtija preliminarjament għar-rikonoxximent ( 4 ) u fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 103/2004 tal-21 ta’ Jannar 2004 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentar tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 u in rigward arranġamenti ta’ intervent u rtirar mis-suq fis-settur tal-frott u l-ħaxix ( 5 ).

(10)

il-miżuri preskritti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Frott Frisk u l-Ħaxix,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

Definizzjoni

Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, “Stati Membri l-ġodda” għandha tfisser ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja.

Artikolu 2

Rekonoxximent u rekonoxximent preliminarju

1.  B’ deroga mill-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1432/2003 u l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 2200/96, l-Istati Membri l-ġodda jistgħu jiddeċidu li jikkonsidraw organizzazzjonijiet tal-produtturi jew gruppi li ġew irrikonoxxuti qabel l-1 ta’ Mejju 2004 skond il-leġislazzjoni nazzjonali, jew bħala organizzazzjonijiet ta’ produtturi jew gruppi ta’ produtturi li ngħataw rikonoxximent preliminari taħt ir-Regolament (KE) Nru 2200/96 (aktar ’ isfel irriferiti bħala “organizzazzjonijiet tal-produtturi rrikonoxxuti” u “gruppi ta’ produtturi rrikonoxuti”).

L-istati Membri l-ġodda għandhom jinnotifikaw kull organizzazzjoni ta’ produtturi jew grupp irrikonoxxut skond il-leġislazzjoni nazzjonali qabel l-1 ta’ Mejju 2004 bid-deċiżjoni li tikkonċerna r-rikonoxximent tagħha, kif preskritt fl-ewwel subparagrafu, kemm jista’ jkun malajr wara l-1 ta’ Mejju 2004.

2.  Id-deciżjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tapplika mid-data tan-notifika tagħha sal-31 ta’ Diċembru 2005.

3.  L-istati Membri l-ġodda għandhom jikkomunikaw mal-Kummissjoni, fi żmien 30 jum wara n-notifika tad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 12(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 u l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1432/2003 li jikkonċerna l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-gruppi tal-produtturi rispettivament, li kienu rrikonoxxuti jew li ma ġewx irrikonoxxuti skond dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Kategoriji ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi

Jekk Stat Membru ġdid ma għandux disposizzjionijiet leġislattivi rigward il-kategoriji ta’ organizzazzjnijiet ta’ produtturi,preskritti fl-Artikolu 11(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi f’tali Stati Membri ġodda għandhom jiġu kkonsidrati bħala li jappartjenu għall-kategorija “ frott u ħaxix” irriferita fl-Artikolu 11(1)(a)(i) ta’ dak ir-Regolament.

Artikolu 4

Programmi operattivi

1.  Organizzazzjoni ta’ produtturi ta’ Stat Membru ġdid, irrikonoxxuta qabel l-1 ta’ Mejju 2004 skond il-leġislazzjoni nazzjonali, tista’ tissottometti progrmm operattiv għall-approvazzjoni mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2004, għal perjodu li jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2005, Tali applikazzjonijiet għandhom ikunu akkompanjati bi ftehim mill-organizzazzjoni li tissottometti programm operattiv ġdid mhux aktar tard mill-15 ta’ Settembru 2005. Programmi operattivi għandhom jindikaw l-ammonti stmati ta’ fondi operattivi kif preskritt fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1433/2003, ibbażat fuq perjodu ta’ referenza ddeterminat in segwitu għall-Artikolu 4 ta’ dak ir-Regolament, u jkollhom l-informazzjoni rriferita fl-Artikolu 8 u 9 ta’ dak ir-Regolament.

2.  Fi żmien tliet xħur mis-sottomissjoni ta’ l-applikazzjoni rriferita fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jieħdu deċiżjoni fuq il-programmi operattivi sottomessi.

Madanakollu, programmi operattivi ma għandhomx jiġu approvati kemm-il darba deċiżjoni posittiva, kif irriferita fl-Artikolu 2(1), kienet innotifikata lill-organizzazzjoni ta’ produtturi kkonċernata.

3.  L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jinnotifikaw lill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi bid-deċiżjoni tagħhom li tapprova l-programmi operattivi. L-implimentazzjoni tal-programmi operattivi tista’ tibda biss wara li l-awtritajiet kompetenti nazzjonali jkunu approvawhom.

▼M1

By way of derogation from Article 16(1) of Regulation (EC) No 1433/2003, in 2004, the operational programmes shall run from their date of approval by the competent national authorities until 31 December 2004.

▼B

4.  Suġġett għall-Artikoli 18,20 u 21 tar-Regolament (KE) Nru 1433/2003, organizzazzjonijiet ta’ produtturi jistgħu japplikaw għal għajnuna għall-programm operattiv tagħhom.

Madanakollu, l-Istat Membru ġdid relevanti għandu jerfa’ r-responsabbilitajiet finanzjarji riżultanti mill-għajnuna riċevuta fis-sena 2004 u fis-sena 2005 bi ksur ta’ l-Artikolu 6 jew 8 tar-Regolament (KE) Nru 1433/2003.

▼M1

4a.  By way of derogation from Article 4(1) of Regulation (EC) No 1433/2003, for the application for aid for 2004, the value of marketed production during the reference period shall be multiplied by the number of days from the date of the approval of the operational programme to 31 December 2004 (both days included), and divided by 366.

▼B

5.  Suġġett għall-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 103/2004, organizzazzjonijiet ta’ produtturi rrikonoxxuti qabel l-1 ta’ Mejju 2004 skond il-leġislazzjoni nazzjonali jistgħu japplikaw għal kumpens mill-Komunità għall-irtirar (ta’ prodotti).

Madanakollu, l-Istati Membri l-ġodda kkonċernati għandhom jerfgħu r-risponsabbilitajiet finanzjarji riżultanti min-notifika ta’ deċiżjoni negattiva, kif irriferita fl-Artikolu 2(1).

Artikolu 5

Għajnuna għal gruppi ta’ produtturi rrikonoxxuti.

Gruppi ta’ produtturi rrikonoxxuti jistgħu japplikaw għall-għajnuna msemmija fl-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96,jekk disponibbli fl-Istat Membru kkonċernat, suġġetta għall-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1943/2003.

Jekk l-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ rikonoxximent, aċċettat skond il-leġislazzjoni nazzjonali, nbeda qabel l-1 ta’ Mejju 2004, id-data ta’ l-aċċettazzjoni rriferita fl-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 1432/2003 għandha titqies illi hi l-1 ta’ Mejju 2004.

Artikolu 6

Sorveljar

Fl-2005, l-Istati Membri l-ġodda jistgħu jirriduċu l-perċentwali ta’ sorveljar għand organizzazzjonijiet produtturi u gruppi produtturi għal mhux anqas min-nofs il-perċentwali minimi preskritti fl-Artikolu 20(2) tar-Regolament (KE) Nru 1432/2003.

Jekk l-Istati Membri l-ġodda jużaw din il-possibbilità, il-perċentwali għandha tiżdied bl-istess rata bħar-rata tar-riduzzjoni fl-2005 fis-sena 2006, sabiex jintlaħaq il-livell normali f’perjodu medju ta’ sentejn.

Artikolu 7

Ir-Regolamenti (KE) Nru 1432/2003, (KE) Nru 1433/2003, (KE) Nru1943/2003 u (KE) Nru 103/2004 għandhom japplikaw suġġetti għar-regoli preskritti f’dan ir-Regolament.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ suġġett għal, u fid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Adesjoni tar-Repubblika Ċeka, ta’ l-Estonja, ta’ Ċipru, tal-Latvja, tal-Litwanja, ta’ l-Ungerija, ta’ Malta, tal-Polonja, tas-Slovenja u tas-Slovakkja.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.



( 1 ) ĠU L 203, tat-12.8.2003, p. 18.

( 2 ) ĠU L 203, tat-12.8.2003, p. 25; ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1582/2003 (ĠU L 227, tal-11.9.2003, p. 3).

( 3 ) ĠU L 297, tal-21.11.1996, p. 1; ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 47/2003 (ĠU L 7, tal-11.1.2003, p. 64).

( 4 ) ĠU L 286, ta’ l-4.11.2003, p. 5.

( 5 ) ĠU L 16, tat-23.1.2004, p. 3.