Official Journal L 103 , 12/04/2001 P. 0036 - 0038
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 18/2000 tat-28 ta' Jannar 2000 li temenda l-Anness XIV (Kompetizzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "l-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu, Billi: (1) L-Anness XIV għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 84/97 tat-12 ta' Novembru 1997 [1]; (2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2790/1999 tat-22 ta' Diċembru 2000 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 81(3) tat-Trattat għal kategoriji ta' ftehim vertikali u prattiċi miftehma [2] għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim; (3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2790/1999 jieħu post, b'effett mill-1 ta' Ġunju 2000, ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KEE) Nri 1983/83 u 1984/83 tat-22 ta' Ġunju 1983 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 85(3) tat-Trattat tal-KE għall-kategoriji ta' ftehim essklussiv ta' distribuzzjoni [3] u ftehim essklussiv ta' xiri [4] rispettivament, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1582/97 [5], u r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 4087/88 tat-30 ta' Novembru 1988 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 85(3) tat-Trattat għal kategoriji dta' ftehim ta' franchise [6], li huma nkorporati fil-Ftehim u li għalhekk għandhom jiġu mibdula taħt il-Ftehim b'effett mill-1 ta' Ġunju 2000; (4) Madankollu,, minħabba li l-perjodu ta' validità tar-Regolamenti (KEE) Nri 1983/83, 1984/83 u 4087/88 skada fil-31 ta' Diċembru 1999, ir-Regolament (KE) Nru 2790/1999 jestendi l-perjodu ta' validità ta' dawn l-istrumenti sal-31 ta' Mejju 2000; l-istess estensjoni għandha tapplika taħt il-Ftehim, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 1. Fil-punt 2 (Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1983/83) fl-Anness XIV għall-Ftehim l-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud: "- 399 R 2790: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2790/1999 tat-22 ta' Diċembru 1999 (ĠU L 336, tad-29.12.1999, p. 21)." 2. Fil-punt 3 (Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1984/83) fl-Anness XIV għall-Ftehim l-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud: "- 399 R 2790: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2790/1999 tat-22 ta' Diċembru 1999 (ĠU L 336, tad-29.12.1999, p. 21)." 3. Il-Punt 8 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 4087/88) ta' l-Anness XIV tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej: 1. Li ġej għandu jiġi miżjud qabel l-addattamenti: ", kif emendat bi: - 399 R 2790: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2790/1999 tat-22 ta' Diċembru 1999 (ĠU L 336, tad-29.12.1999, p. 21)." 2. L-addattament (j) għandu jiġi mħassar. Artikolu 2 L-Anness VIV għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej b'effett mill-1 ta' Ġunju 2000: 1. It-titolu tal-Kapitolu B "FTEHIM ESSKLUSSIV TA' NEGOZJAR" għandu jiġi mibdul b'li ġej: "FTEHIM VERTIKALI U PRATTIĊI MIFTEHMA" . 2. It-test tal-Punt 2 (Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1983/83) ta' l-Anness XIV għall-Ftehim għandu jiġi mibdul b'li ġej: "399 R 2790: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2790/1999 tad-22 ta' Diċembru 1999 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 81(3) tat-Trattat għal kategoriji ta' ftehim vertikali u prattiċi miftehma (ĠU L 336, tad-29.12.1999, p. 21). Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-għanijiet tal-Ftehim, jinqraw bl-addattamenti li ġejjin: (a) fl-Artikolu 6, il-frażi "bi qbil ma' l-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 19/65/KEE" għandu jaqra "jew fuq l-inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba ta' l-awtorità ta' sorveljanza l-oħra jew Stat li jaqa' fi ħdan il-kompetenza jew ta' persuni naturali jew legali li jippretendu interess leġittimu"; (b) dan li ġej għandu jiġi miżjud fl-aħħar ta' l-Artikolu 6: "L-awtorità kompetenti ta' sorveljanza tista' f'każijiet bħal dawn toħroġ deċiżjoni bi qbil ma' l-Artikoli 6 u 8 tar-Regolament (KEE) Nru 17/62, jew id-dispożizzjonijiet li jikkorrespondu mbassra fil-Protokoll 21 għall-Ftehim taż-ŻEE, mingħajr ma tkun meħtieġa ebda notifika mill-impriżi involuti." 3. It-test ta' punt 3 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1984/83) għandu jiġi mħassar). 4. It-titolu tal-Kapitolu E (Ftehim ta' Franchising) u t-test tal-punt 8 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 4087/88) għandu jiġi mħassar. Artikolu 3 It-testi tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2790/1999 fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li huma annessi għall-verżjonijiet rispettivi tal-lingwa għal din id-Deċiżjoni, huma awtentiċi. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar id-29 ta' Jannar 2000, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [7]. L-Artikolu 1 għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2000. Artikolu 5 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmula fi Brussel, fit-28 ta' Jannar 2000. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President F. Barbaso [1] ĠU L 160, ta' l-4.6.1998, p. 42. [2] ĠU L 336, tad-29.12.1999, p. 21. [3] ĠU L 173, tat-30.6.1983, p. 1. [4] ĠU L 173, tat-30.6.1983, p. 5. [5] ĠU L 214, tas-6.8.1997, p. 27. [6] ĠU L 359, tat-28.12.1988, p. 46. [7] Ebda ħtiġiet kostituzzjonali indikati. --------------------------------------------------