|
25.5.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 184/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/826
tas-17 ta’ Mejju 2021
dwar l-eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni u l-eżenzjoni mill-VAT mogħtija għal oġġetti importati mill-Belġju bħala tweġiba għall-assistenza mitluba mill-Greċja sabiex tiġi indirizzata l-kriżi tal-migrazzjoni
(notifikata bid-dokument C(2021) 3274)
(il-verżjonijiet bl-Olandiż, bil-Franċiż u bil-Grieg biss huma awtentiċi)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/132/KE tad-19 ta’ Ottubru 2009 li tiddetermina l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 143(b) u (c) tad-Direttiva 2006/112/KE dwar l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud fuq l-importazzjoni finali ta’ ċerti oġġetti (1), u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1186/2009 tas-16 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ eżenzjonijiet mid-dazju doganali (2), u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 76 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fit-2 ta’ Marzu 2020, il-Greċja nediet talba għall-assistenza skont it-tifsira tal-Artikolu 15 tad-Deċiżjoni 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) wara perjodu ta’ kriżi tal-migrazzjoni. |
|
(2) |
Fis-6 ta’ Marzu 2020, bi tweġiba għat-talba tal-Greċja, il-Ministeru tad-Difiża tal-Belġju, bħala organizzazzjoni tal-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 74 tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009 u tal-Artikolu 51 tad-Direttiva 2009/132/KE, importa u bagħat lejn il-Greċja tagħmir urġenti ta’ għajnuna u provvisti oħra meħtieġa għad-distribuzzjoni jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni għal dawk li jfittxu l-ażil u l-migranti. |
|
(3) |
Sakemm tasal in-notifika tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, il-Belġju awtorizza s-sospensjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni u tat-taxxa fuq il-valur miżjud (“VAT”) applikabbli għall-oġġetti skont it-tifsira tal-Artikolu 76, it-tieni paragrafu, tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009 u tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 53 tad-Direttiva 2009/132/KE. |
|
(4) |
Fit-23 ta’ Marzu 2020, il-Belġju ressaq talba għal eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni u eżenzjoni mill-VAT fuq oġġetti fornuti lill-Greċja. Il-Belġju pprovda lill-Kummissjoni b’lista dettaljata li tindika n-natura u l-kwantitajiet tal-oġġetti ammessi mingħajr dazji fuq l-importazzjoni u eżentati mill-VAT mibgħuta lill-Greċja. |
|
(5) |
It-talba tal-Belġju biex tingħata eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni u eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud ta’ oġġetti fornuti lill-Greċja tidher li tressqet mill-Istat Membru kkonċernat skont it-tifsira tal-Artikolu 76, l-ewwel paragrafu, tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009 u l-Artikolu 53, l-ewwel paragrafu, tad-Direttiva 2009/132/KE, b’kont meħud li t-talba għall-assistenza tnediet mill-Greċja u li l-Belġju wieġeb skont it-tifsira tal-Artikolu15 tad-Deċiżjoni 1313/2013/UE. |
|
(6) |
Il-kriżi umanitarja li teħtieġ b’mod urġenti l-assistenza tal-Istati Membri l-oħra sabiex jiġi protett għadd akbar ta’ persuni li jfittxu ażil u migranti matul ix-xitwa u l-isfidi estremi li qed tikkawża, tikkostitwixxi diżastru skont it-tifsira tal-Kapitolu XVII, Taqsima C, tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009 u tat-Titolu VIII, Kapitolu 4, tad-Direttiva 2009/132/KE. |
|
(7) |
Għalhekk huwa xieraq li l-Belġju jingħata eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni imponibbli fuq l-oġġetti importati għall-finijiet deskritti fl-Artikolu 74 tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009 u eżenzjoni mill-VAT imponibbli fuq l-oġġetti importati għall-finijiet deskritti fl-Artikolu 51 tad-Direttiva 2009/132/KE. |
|
(8) |
Fit-22 ta’ Ottubru 2020 il-Greċja kkonfermat lill-Kummissjoni li rċeviet l-oġġetti msemmija fil-lista dettaljata, ippreżentata mill-Belġju; informat li s-Segretarjat Ġenerali għall-Protezzjoni Ċivili tal-Ministeru tal-Protezzjoni taċ-Ċittadini kien inħatar bħala r-riċevitur tal-oġġetti msemmija hawn fuq għad-distribuzzjoni jew id-disponibbiltà ta’ dawn tal-aħħar mingħajr ħlas għall-migranti u l-persuni li jfittxu ażil; u rrikonoxxiet li ttieħdu miżuri xierqa biex tiġi żgurata l-konformità mal-Artikoli 78, 79 u 80 tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009 u mal-Artikoli 55, 56 u 57 tad-Direttiva 2009/132/KE fir-rigward tal-oġġetti msemmija hawn fuq. |
|
(9) |
L-eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni u l-eżenzjoni mill-VAT jenħtieġ għalhekk li jingħataw fir-rigward tal-importazzjoni magħmula mill-Belġju fis-6 ta’ Marzu 2020 bil-ħsieb li tiġi ttrasferita ulterjorment lejn il-Greċja. |
|
(10) |
Fil-11 ta’ Frar 2021, l-Istati Membri ġew ikkonsultati f’konformità mal-Artikolu 76 tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009 u l-Artikolu 53 tad-Direttiva 2009/132/KE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-oġġetti għandhom jiddaħħlu mingħajr dazji fuq l-importazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 2(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009 u jkunu eżentati mit-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) fuq l-importazzjonijiet skont it-tifsira tal-Artikolu 2(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/132/KE, meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
l-oġġetti kienu maħsuba biex jitqassmu u jiġu magħmula disponibbli mingħajr ħlas mis-Segretarjat Ġenerali għall-Protezzjoni Ċivili tal-Ministeru tal-Protezzjoni taċ-Ċittadini tal-Greċja għall-benefiċċju ta’ dawk li jfittxu l-ażil u l-migranti; |
|
(b) |
l-oġġetti jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 75, 78, 79 u 80 tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009 u fl-Artikoli 52, 55, 56 u 57 tad-Direttiva 2009/132/KE; |
|
(c) |
ittieħdu miżuri xierqa mill-awtoritajiet Griegi biex tiġi żgurata l-konformità mal-Artikoli 78, 79 u 80 tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009 u mal-Artikoli 55, 56 u 57 tad-Direttiva 2009/132/KE fir-rigward tal-oġġetti importati li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
L-Artikolu 1 għandu japplika għall-importazzjoni ta’ oġġetti mill-Belġju magħmula fis-6 ta’ Marzu 2020 u sussegwentement fornuti lill-Greċja bħala tweġiba għat-talba ta’ assistenza magħmula mill-Greċja fit-2 ta’ Marzu 2020 skont l-Artikolu 15 tad-Deċiżjoni 1313/2013/UE.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju u lir-Repubblika Ellenika.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Mejju 2021.
Għall-Kummissjoni
Paolo GENTILONI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 292, 10.11.2009, p. 5.
(2) ĠU L 324, 10.12.2009, p. 23.
(3) Id-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 924).