|
10.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 114/10 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10632 – WATERLAND / DUVENBECK)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 114/07)
1.
Fit-2 ta’ Marzu 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Waterland Private Equity Investment B.V. (“Waterland”, in-Netherlands), |
|
— |
Duvenbeck Group (“Duvenbeck”), attwalment ikkontrollat minn Thomas Duvenbeck Holding GmbH (it-tnejn li huma fil-Ġermanja). |
Waterland takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Duvenbeck kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Waterland: Grupp indipendenti ta’ investiment ta’ ekwità privata, iffukat fuq l-esternalizzazzjoni u d-diġitalizzazzjoni, divertiment u lussu, is-sostenibbiltà u l-popolazzjoni li qed tixjieħ. Waterland hija prinċipalment attiva fl-Ewropa, b’mod partikolari l-Benelux, il-Ġermanja u r-Renju Unit. |
|
— |
Duvenbeck: Fornitur tal-loġistika li joffri loġistika ta’ terzi persuni, inklużi servizzi ta’ loġistika kunċettwali u ewlenin, loġistika tal-kuntratti, spedizzjoni tal-merkanzija u assemblaġġ ħafif. Duvenbeck hija prinċipalment attiva fil-Ġermanja, l-Awstrija, il-Polonja, ir-Repubblika Ċeka, is-Slovakkja, l-Ungerija, ir-Rumanija u Spanja. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:
M.10632 – WATERLAND / DUVENBECK
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).